Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995R2526

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2526/95 tas-27 ta’ Ottubru 1995 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1439/95 li jippreskrivi regoli detaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3013/89 dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni fis-setturi tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż

    ĠU L 258, 28.10.1995, p. 48–48 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/2526/oj

    31995R2526



    Official Journal L 258 , 28/10/1995 P. 0048 - 0048


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2526/95

    tas-27 ta’ Ottubru 1995

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1439/95 li jippreskrivi regoli detaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3013/89 dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni fis-setturi tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropej,

    Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3013/89 tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1265/95 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 12 (4) tiegħu,

    Billi r-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 1439/95 tas-26 ta’ Ġunju 1995 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3013/89 dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-prodotti fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2416/95 [4], jirrekjedi liċenza għall-esportazzjoni fis-settur tal-prodotti tan-nagħaġ u tal-mogħoż; billi l-esperjenza fit-tħaddim tas-sistema tal-liċenzi għall-esportazzjoni wriet li l-kunsinna ta’ din il-liċenza toħloq piż mhux proporzjonat fuq l-amministrazzjoni, b’ mod partikolari minħabba l-kwantità żgħira li hija esportata mill-Kommunità; billi għaldaqstant hemm bżonn li dan ir-rekwiżit jitħassar;

    Billi r-Regolament (KE) Nru 1439/95 jiffissa wkoll lista ta’ l-awtoritajiet fil-pajjiżi ta’ l-esportazzjoni li għandhom is-setgħa li joħorġu dokumenti ta’ oriġini; billi l-Polonja biddlet l-awtorità li għandha s-setgħa toħroġ dawn id-dokumenti u dan b’ effett mill-15 ta’ Novembru 1995; billi l-Anness I li jinsab ma’ dan ir-Regolament għandu għaldaqstant jiġi hekk emendat;

    Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament jaqblu mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    R-Regolament (KE) Nru 1439/95 huwa emendat kif ġej:

    1. L-Artikolu 3 huwa mħassar.

    2. L-Artikolu 19(4) huwa mħassar.

    3. Fl-Anness I, l-11 il-punt huwa sostitwit b’:

    "il-Polonja; Polski Zwiazek Owezarski."

    L-Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jiġi fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu japplika mill-15 ta’ Novembru 1995.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-27 ta’ Ottubru 1995.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 289, tas-7.10.1989, p.1.

    [2] ĠU L 123, tat-3.6.1995, p. 1.

    [3] ĠU L 143, tas-27.6.1995, p. 7.

    [4] ĠU L 248, ta’ l-14.10.1995, p. 28

    --------------------------------------------------

    Top