Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995D0165

    Id-Deciżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-4 ta’ Mejju 1995 li tistabbilixxi kriterji uniformi għall-għoti ta’ derogazzjonijiet lil ċerti stabbilimenti li jimmanifatturaw prodotti bażati fuq il- ħalib

    ĠU L 108, 13.5.1995, p. 84–86 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/01/2006; Imħassar b' 32006D0765

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1995/165/oj

    31995D0165



    Official Journal L 108 , 13/05/1995 P. 0084 - 0086


    Id-Deciżjoni tal-Kummissjoni

    ta’ l-4 ta’ Mejju 1995

    li tistabbilixxi kriterji uniformi għall-għoti ta’ derogazzjonijiet lil ċerti stabbilimenti li jimmanifatturaw prodotti bażati fuq il- ħalib

    (95/165/KE)

    IL- KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kunsidrat it- Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kunsidrat id-Direttiva tal- Kunsill 92/46/KEE tas− 16 ta’ Ġunju 1992 li tistabbilixxi r- regoli tas- saħħa għall- produzzjoni u t-tpoġġija fuq is- suq ta’ ħalib nej, ħalib ittrattat bis- sħana u prodotti bbażati fuq il- ħalib [1], kif l- aħħar emendat mill-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, l-Fillandja u l- Isvezja, u b’ mod partikolari l-Artikolu 11(2) tagħha,

    Billi l- Istati Membri bagħtu lill- Kummissjoni, konformi mat- tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(1) tad- Direttiva 92/46/KEE, l- informazzjoni li huma kkunsidraw xierqa għal ċerti kriterji uniformi għall-għoti ta’ derogi lil ċerti stabbilimenti li jimmanufatturaw prodotti bbażati fuq il- ħalib;

    Billi, minħabba l-varjetà ta’ prodotti bażati fuq il- ħalib u proċessi ta’ manufattura, l-kwantità totali ta’ ħalib użata f’sena partikolari minn stabbiliment biex jimmanufattura wieħed jew aktar prodotti bażati fuq il-ħalib suppost jittieħed bħala bażi, billi l-kriterji adottati jirriflettu n- natura limitata tal- produzzjoni ta’ stabbiliment;

    Billi l- miżuri li għalihom hemm provvediment f’ din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

    ADDOTTAT DIN ID- DECIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il- kriterji unformi li għalihom hemm provvediment fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 92/46/KEE għall- għoti ta’ derogi mill- l-Artikolu 7(A)(2) u l-Artikolu 14(2) tad- Direttiva 92/46/KEE għal ċerti stabbilimenti li jimmanufatturaw prodotti bbażati fuq il- ħalib huma stabbiliti fl-Anness A ta’ dan. Dawn id- derogi għandhom ikunu mogħtija biss jekk ma jeffettwawx il-kundizzjonijiet iġjeniċi tal- produzzjoni.

    Artikolu 2

    Il-kriterji unformi li għalihom hemm provvediment fl- l-Artikolu 11(2) tad- Direttiva 92/46/KEE għall- għoti ta’ derogi mill-Kapitoli I u V ta’ l-Anness B għad-Direttiva 92/46/KEE għal ċerti stabbilimenti li jimmanufatturaw prodotti bbażati fuq il- ħalib huma stabbiliti fl- l-Anness B ta’ dan. Dawn id-derogi għandhom ikunu mogħtija biss jekk ma jeffettwawx il- kundizzjonijiet iġjeniċi tal-produzzjoni.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill− 1 ta’ Jannar 1996.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hi Indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmulha fi Brussel, fl-4 ta’ Mejju 1995.

    Għall- Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal- Kummissjoni

    [1] ĠU L 268, ta' l-14.9.1992, p 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS A

    Kriterji unformi li għalihom hemm provvediment fl- l-Artikolu 11(2) tad- Direttiva 92/46/KEE għall- għoti ta’ derogi mill-Artikolu 7(A)(2) u l-Artikolu 14(2) tad- Direttiva 92/46/KEE għal ċerti stabbilimenti li jimmanufatturaw prodotti bbażati fuq il- ħalib

    1. L-istabbilimenti jridu jżommu dokumenti li jistgħu ikunu wżati biex jiddeterminaw il-kwantità ta’ ħalib ipproċessata minnhom fis-sena ta’ qabel. Iridu jkunu kapaċi jipprovdu dawn id-dokumenti għall- awtorità kompetenti biex tispezzjona.

    2. Stabbilimenti jridu jkunu pproċessaw is- sena ta’ qabel kwantità ta’ ħalib mhux anqas minn 500000 litru jew jridu jagħtu nota bil- miktub lill-awtorità kompetenti li l- kwantità proċessata annwalment ma teċċediex dak l- ammont.

    3. L- istabbilimenti jridu jippreżentaw lill- awtorità kompetenti applikazzjoni bil- miktub għal derogi kif għaliha hemm ipprovdut fl-Artikolu 11 tad- Direttiva 92/46/KEE. Mingħajr preġudizzju għal informazzjoni speċifika li l- awtorità kompetenti tista’ tixtieq li tirċievi, l-applikazzjonijiet iridu jindikaw:

    - l- isem u l- indirizz ta’ l- istabbilimenti,

    - il- kwantità ta’ ħalib ipproċessat minnu matul is- sena preċedenti li fiha l-applikazzjoni hi magħmulha jew nota biex ma jipproċessax kwantità li teċċedi 500000 litru annwalment,

    - in-natura tad- dokumenti li jistgħu ikunu wżati biex jiddeterminaw il- kwantità ta’ ħalib ipproċessat millistabbiliment,

    - it-tip u l-kwantità ta’ prodotti bbażati fuq il- ħalib manufatturati mill- istabbiliment matul is-sena preċedenti għal dik meta tkun magħmula l-applikazzjoni,

    - it- tip ta’ derogi li l- istabbiliment jixtieq jirċievi.

    l-applikazzjonijiet iridu, wkoll, jikkontjenu nota biex tkun notifikata l-awtorità kompetenti bil- miktub fejn stabbiliment ma jissodisfax aktar il- kriterju fil-punt 2 ta’ dan l-Anness.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS B

    Kriterji unformi li għalihom hemm provvediment fl- l-Artikolu 11(2) tad- Direttiva 92/46/KEE għall- għoti ta’ derogi mill-Kapitoli I u V ta’ l-Anness B għad- Direttiva 92/46/KEE għal ċerti stabbilimenti li jimmanufatturaw prodotti bbażati fuq il- ħalib

    1. L- istabbilimenti jridu jżommu dokumenti li jistgħu ikunu wżati biex jiddeterminaw il- kwantità ta’ ħalib ipproċessata minnhom is- sena ta’ qabel. Iridu jkunu kapaċi jipprovdu dawn id- dokumenti għall- awtorità kompetenti biex tispezzjona.

    2. Stabbilimenti jridu jkunu pproċessaw is- sena ta’ qabel kwantità ta’ ħalib mhux anqas minn 2 milljun litru jew jridu jagħtu nota bil- miktub lill- awtorità kompetenti li l- kwantità pproċessata annwalment ma teċċediex dak l- ammont.

    3. L- istabbilimenti jridu jippreżentaw lill- awtorità kompetenti applikazzjoni bil- miktub għal derogi kif għaliha hemm ipprovdut fl- l-Artikolu 11 tad-Direttiva tal- Kunsill 92/46/KEE. Mingħajr preġudizzju għall- informazzjoni speċifika li l-awtorità kompetenti tista’ tixtieq li tirċievi, l- applikazzjonijiet iridu jindikaw:

    - l- isem u l- indirizz ta’ l- istabbilimenti,

    - l- kwantità ta’ ħalib ipproċessat minnu matul is- sena preċedenti li fiha l- applikazzjoni hi magħmula jew nota biex ma jipproċessax kwantità li teċċedi 2 milljun litru annwalment,

    - in-natura tad- dokumenti li jistgħu ikunu wżati biex jiddeterminaw il- kwantitat ta’ ħalib ipproċessat mill- istabbiliment,

    - it-tip u l-kwantità ta’ prodotti bażati fuq il-ħalib manufatturati mill-istabbiliment matul is- sena preċedenti għal dik meta tkun magħmula l- applikazzjoni,

    - it-tip ta’ derogi li l- istabbiliment jixtieq jirċievi.

    l-applikazzjonijiet iridu, wkoll, jikkontjenu nota biex tkun notifikata l-awtorità kompetenti bil- miktub fejn stabiliment ma jissodisfax aktar il- kriterju fil- punt 2 ta’ dan l-Anness.

    --------------------------------------------------

    Top