Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994R2703

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) nru. 2703/94 tas-7 ta' Novembru 1994 li jemenda Annessi I, II u III ma' Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2377/90 li jistabilixxi kull proċedura tal-Komunità ghall-istabbiliment ta' limiti massimi ta' residwu fuq prodotti mediċinali veterinarji f' oġġetti tal-ikel u li ġejjin mill-annimali.(Test b' rilevanza ŻEE)

    ĠU L 287, 8.11.1994, p. 19–21 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/07/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R0470

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1994/2703/oj

    31994R2703



    Official Journal L 287 , 08/11/1994 P. 0019 - 0021
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 62 P. 0190
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 62 P. 0190


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2703/94

    tas-7 ta' Novembru 1994

    li jemenda Annessi I, II u III ma' Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabilixxi kull proċedura tal-Komunità ghall-istabbiliment ta' limiti massimi ta' residwu fuq prodotti mediċinali veterinarji f' oġġetti tal-ikel u li ġejjin mill-annimali.

    (Test b' relevanza ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidra ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2377/90 tas-26 ta' Ġunju 1990 li jistabilixxi kull proċedura tal-Komunita għall-istabbiliment tal-limiti massimu ta' residwu fuq prodotti mediċinali veterinarji f oġġetti tal-ikel [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2701/94 [2] u b' mod partikolari Artikoli 6, 7 u 8 dwar dan,

    Billi, b'mod konformi mar-Regolament (KEE) Nru. 2377/90, limiti ta' residwu massimu jridu jiġu stabbiliti progressivament għal kull sustanza farmakoloġikament attiva li hi wżata fil-Komunità fi prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għat-teħid minn annimali li jipproduċu l-ikel;

    Billi limiti ta' residwu massimu suppost ikunu stabbiliti biss wara eżami minn ġewwa il-Kummissjoni għal prodotti Mediċinali Veterinarji ta' kull informazzjoni rilevanti dwar is-sigurtà ta' residwi tas-sustanza konċernata għall-konsumatur ta' oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali u l-impatt ta' residwi fuq l-ipproċessar industrijali ta' oġġetti tal-ikel.

    Billi, fit-twaqqif ta' limiti massimu ta' residwu għal residwi ta' prodotti mediċinali veterinarji f'oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, huwa meħtieġ li tiġi speċifikata l-ispeċi tal-annimali li fihom residwi jistgħu ikunu preżenti, il-livelli li jistgħu ikunu preżenti f'kull wieħed mit-tessuti tal-laħam rilevanti miksuba mill-annimal ittrattat (tessut bersalju) u n-natura tar-residwu li hi rilevanti għall-monitoraġġ ta' residwi (residwu markatur);

    Billi, għall-kontroll ta' residwi, kif provdut f'leġiżlazzjoni xierqa tal-Komunità, limiti massimu ta' residwu għandu normalment jiġi stabbilit għat-tessuti bersalji ta' fwied jew kliewi; Billi, madankollu, il-fwied u l-kliewi huma ta' spiss imneħħija minn karkassi li jispustaw fil-kummerċ internnazzjonali, u limiti massimu ta' residwu għandhom għalhekk dejjem ikunu stabbiliti għal tessuti ta' muskolu u grass;

    Billi, fil-każ ta' prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għall-użu f'għasafar li jbidu, annimali li jagħmlu l-ħalib jew żnażan li jagħmlu l-għasel, limiti massimu ta' residwu jridu jiġu stabbiliti għall-bajd, ħalib jew għasel;

    Billi l-florfenikol għandu jiġi mdaħħal f'Anness I lir-Regolament (KEE) Nru 2377/90;

    Billi l-gandotrofina li tirilaxxa ormoni għandha tiġi mdaħħla f'Anness II għar-Regolament (KEE) Nru. 2377/90;

    Billi b'estrapolazzjoni ta' data xjentifika din il-klassifikazzajoni f'Anness II għandha tapplika għal kull annimal li jipproduċu l-ikel;Billi l-moxidektina, għandha tiġi mdaħħla f'Anness III għar-Regolament (KEE) Nru. 2377/90 sabiex tippermetti għat-twaqqif ta' l-ispeċfiċità tal-metodu analitiku kontra Doramektina li għaliha standard irid ikun publikament disponibbli;

    Billi ċeftiorfur għandu jiġi mdaħħal f'Anness III għar-Regolament (KEE) Nru. 2377/90 sabiex jippermetti għat tlestija tal-validazzjoni tal-medtodu analitiku tal-fwied u tessuti tal-grass ta' bovini u porċini; Billi monitoraġġ ta' residwi ta' ċeftiofur hi assigurata bil-monitoraġġ ta' tessuti ta' muskolu u kliewi ta' bovini u porċini;

    Billi kull perijodu ta' 60 jum għandu jiġi permess qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sabiex jippermetti lill-Istati Membri biex jagħmlu kull bidla li tista' tkun meħtieġa għall-awtroiżżazzjonijiet biex jiġu ppjazzati l-prodotti mediċinali veterinarji konċernati fis-suq li ġew mogħtija b'mod konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 81/851/KEE [3], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 93/40/KEE [4] biex jittieħed akkont tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

    Billi l-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-fehma tal-Kumitat għall-adattament għall-progress tekniku ta' Direttivi fuq it-tneħħija ta' barrieri tekniċi għall-kummerċ fis-settur ta' prodotti mediċinali veterinarji,

    ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Annessi I, II u III għar-Regolament (KEE) Nru. 2377/90 huma b'dan emendat kif imfassal fl-Anness hawnhekk.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-sittin jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, is-7 ta' Novembru 1994.

    Għall-Kummissjoni

    Martin Bangemann

    Membru tal Kummissjoni

    [1] ĠU Nru L 224, 18. 8. 1990, p. 1.

    [2] Ara paġna 7 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    [3] ĠU Nru L 317, 6. 11. 1981, p. 1.

    [4] ĠU Nru L 214, 24. 8. 1993, p. 31.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    A. Anness I hu emendat kif ġej:

    1. Aġenti anti-infettivi

    1.2. Antibijotiċi

    1.2.5. Florfenikol u komposti relatati

    "Sustanza farmakoloġikament attiva | Residwu markatur | Speċi tal-annimal | LMR | Tessut bersal | Disposizzjonijiet oħra |

    1.2.5.1. Florfenikol | Somma ta' florfenikol u l-metaboliti tiegħu mkejla bħala florenficol-amine | Bovini | 200 μg/kg 300 μg/kg 3000 μg/kg | Muskolu Kliewi Fwied" | |

    B. F'Anness II, punt 2. "Komposti organiċi" is-segwenti titoli huma miżjuda:

    2. Komposti Organiċi

    "Sustanza(i) farmakoloġikament attiva | Speċi tal-annimal | Disposizzjonijiet oħra |

    2.9. Ormon li jirrilaxxa l-Gonadotrofina | L-ispeċi kollha li jipproduċu l-ikel" | |

    Ċ. Anness III hu emendat kif ġej:

    1. Aġenti anti-infettivi

    2. Antibijotiċi

    1.2.4. Ċefalosporini

    "Sustanza(/i) farmakoloġikament attiva(/i) | Residwu markatur | Speċi tal-annimal | LMR | Tessut bersall | Disposizzjonijiet oħra |

    1.2.4.1. Ceftiofur | Somma tar-residwi kollha li jirritjenu l-istruttura betalactam espressa bħala desfuroyleceftiofur | Bovini | 2000 μg/kg 200 μg/kg 600 μg/kg 100 μg/kg | Kliewi, fwied Muskolu Grass Ħalib | Il-LMR proviżorju jiskadu fl-1 ta' Lulju 1997 |

    | | Porċini | 4000 μg/kg 3000 μg/kg 500 μg/kg 600 μg/kg | Kliewi Fwied Muskolu Grass" | |

    2. Aġenti antiparassitiċi

    2.3. Aġenti li jaġixxu kontra l-endo u ekto-parassiti

    2.3.1. Avermektini

    "Sustanza(/i) farmakoloġikament attiva(/i) | Residwu markatur | Speċi tal-annimal | LMR | Tessut bersall | Disposizzjonijiet oħra |

    2.3.1.1. Moxidektina | Moxidektina | Bovini Ovini | 200 μg/kg 20 μg/kg | Xaħam Kliewi, fwied | Il-LMR proviżorji jiskadu fl-1 ta' Lulju 1997" |

    --------------------------------------------------

    Top