Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994R1663

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1663/94 tas-7 ta' Lulju 1994 li jirrigwarda l-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda

    ĠU L 176, 9.7.1994, p. 2–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1994/1663/oj

    31994R1663



    Official Journal L 176 , 09/07/1994 P. 0002 - 0003
    Finnish special edition: Chapter 2 Volume 12 P. 0111
    Swedish special edition: Chapter 2 Volume 12 P. 0111


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1663/94

    tas-7 ta' Lulju 1994

    li jirrigwarda l-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1641/94 [2], u b'mod partikolari Artikolu 15 tiegħu,

    Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifika tal-oġġetti riferiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament;

    Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali sabiex tiġi interpretata n-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija fl-intier tagħha jew f'parti minnha msejsa fuqha jew li żżid kull subdiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi Komunitarji, bil-ħsieb li jiġu applikati l-miżuri tat-tariffi u miżuri oħra li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ fl-oġġetti;

    Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża mar-Regolament preżenti jridu jiġu kklassifikati skond il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet iddikjarati fil-kolonna 3;

    Billi hija l-aċċettazzjoni illi t-tagħrif li jorbot tat-tariffi maħruġ mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifika tal-oġġetti fin-nomenklatura magħquda u li ma jikkonformawx mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, jistgħu jissoktaw jiġu invokati, skond id-dispożizzjonijiet f'Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [3], għal perjodu taż-żmien ta' tliet xhur mill-pussessur;

    Billi l-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tat-Taqsima dwar in-Nomenklatura tat-Tariffa u Statistika tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża huma issa kklassifikati ġewwa n-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

    Artikolu 2

    It-tagħrif li jorbot tat-tariffi maħruġ mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati membri li ma jikkonformawx mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament jistgħu jissoktaw jiġu invokati skond id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2912/02 għal perjodu taż-żmien ta' tliet xhur.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' Lulju 1994.

    Għall-Kummissjoni

    Christiane Scrivener

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 256, tal-10.9.1987, p. 1.

    [2] ĠU L 172, tal-10.7.1994, p. 12.

    [3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Id-Deskrizzjoni tal-oġġetti | Il-Kodiċi tal- Klassifika tan-NM | Ir-Raġunijiet |

    (1) | (2) | (3) |

    Is-silikon li jkun fih skond il-piż: iktar minn 98,7 % tas-silikon0,1 % jew iktar imma mhux iktar minn 0,2 % tal-karbonjuinqas minn 0,1 % tal-kalċju.Dan is-silikon huwa ġeneralment użat fil-fabbrikazzjoni tal-alkilklorosilani | 28046900 | Il-Klassifika hija stabbilita bid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, u l-mod tal-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 2804 u 28046900. |

    --------------------------------------------------

    Top