Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994L0036

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/36/KE tat-30 ta’ Ġunju 1994 dwar il-kuluri għall-użu fl-ikel

ĠU L 237, 10.9.1994, pp. 13–29 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/01/2010; Imħassar b' 32008R1333

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1994/36/oj

31994L0036



Official Journal L 237 , 10/09/1994 P. 0013 - 0029
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 27 P. 0015
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 27 P. 0015


Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/36/KE

tat-30 ta’ Ġunju 1994

dwar il-kuluri għall-użu fl-ikel

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidraw id-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward l-addittivi ta’ l-ikel awtorizzati għall-użu fl-ikel intiż għal konsum mill-bniedem [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 189b tat-Trattat [4],

Billi d-differenzi bejn il-liġijiet nazzjonali dwar il-kondizzjonijiet ta’ l-użu tal-kuluri fl-ikel ifixklu l-moviment liberu tal-prodotti ta’ l-ikel; billi dan jista’ joħloq kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni mhux ġusta;

Billi l-ewwel konsiderazzjoni għal xi regoli fuq dawn l-addittivi ta’ l-ikel u l-kondizzjonijiet ta’ l-użu tagħhom għandha tkun il-ħtieġa li jkun protett u infurmat il-konsumatur;

Billi l-addittivi ta’ l-ikel jistgħu jkun użati biss meta jkun hemm evidenza li huma teknoloġikament meħtieġa u li l-użu tagħhom mhuwiex ħażin għas-saħħa;

Billi l-kuluri huma wżati biex jerġgħu jagħtu d-dehra oriġinali ta’ l-ikel li l-kulur tiegħu jkun affettwat bl-ipproċessar, il-ħażna, l-imballaġġ u d-distribuzzjoni, li bihom l-aċċettabiltà viswali tista’ tkun imħassra;

Billi l-kuluri huma użati biex jagħmlu l-ikel iktar attraenti viżwalment u jgħinu biex jidentifikaw it-togħma normalment assoċċjata mal-ikel partikolari u biex jagħtu kulur lil ikel li inkella ma jkollux kulur;

Billi huwa meħtieġ li jkunu inklużi ċerti kuluri maħsuba għall-immarkar tas-saħħa tal-laħam taħt ir-responsabbiltà tal-veterinarju uffiċjali skond il-ħtiġiet tad-Direttiva 91/497/KEE [5], u b’mod partikolari il-Kapitolu XI ta’ l-Anness I tagħha;

Billi dawk il-kuluri biss li huma awtorizzati minn din id-Direttiva għandhom ikunu wżati għad-dekorazzjoni ta’ bajd jew għall-istampar ta’ bajd kif ipprovvdut fir-Regolament (KEE) Nru 1274/91 [6];

Billi l-kuluri huma wżati biex isaħħu l-kuluri diġà preżenti fl-ikel;

Billi huwa ġeneralment rikonoxxut li l-prodotti ta’ l-ikel mhux ipproċessati u ċerti prodotti bażiċi oħra ta’ l-ikel għandhom ikunu ħielsa mill-addittivi ta’ l-ikel;

Billi, fir-rigward ta’ l-informazzjoni xjentifika u tossikoloġika l-aktar reċenti dwar l-addittivi, xi wħud minn dawn jistgħu jkunu permissibbli biss għal ċerti prodotti ta’ l-ikel u taħt ċerti kondizzjonijiet ta’ l-użu;

Billi huwa meħtieġ li jsiru regoli strinġenti għall-użu ta’ l-addittivi fl-ikel għat-tfal żgħar;

Billi l-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel ġie kkonsultat fuq dawk is-sustanzi li għadhom mhux suġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Komunità;

Billi huwa mixtieq li meta tittieħed deċiżjoni dwar jekk prodott partikolari ta’ l-ikel jagħmilx parti minn ċerta kategorija ta’ l-ikel, il-konsultazzjoni tal-Kumitat Permanenti ta’ l-Ikel hija l-proċedura li għandha tkun segwita;

Billi din id-Direttiva parzjalment tieħu post id-Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 1962 dwar l-approssimazzjoni tar-regolamenti ta’ l-Istati Membri li jikkonċernaw is-sustanzi kuluranti awtorizzati għall-użu fi prodotti ta’ l-ikel maħsuba għal konsum tal-bniedem [7];

Billi l-modifika eżistenti ta’ kriterji ta’ purità dwar is-sustanzi kuluranti u speċifikazzjoni ġdida għal dawk meta ma teżistix kriterja ta’ purità, għandhom ikunu proposti bi qbil mal-proċedura ta’ l-Artikolu 11 tad-Direttiva 89/107/KEE;

Billi, biex ikunu protetti l-konsumaturi, il-Komunità għandha tippromwovi riċerka dwar l-effetti possibbli (inklużi dawk ta’ natura kumulattiva u sinerġika) dwar is-saħħa tal-bniedem tal-kuluri wżati fil-prodotti ta’ l-ikel, b’referenza speċjali għal dawk li n-nuqqas tagħhom ta’ possibbilità li jagħmlu l-ħsara hija fid-dubju,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. Din id-Direttiva hija direttiva speċifika li tifforma parti mid-direttiva komprensiva fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 89/107/KEE,

2. Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, ‘kuluri’ huma sustanzi li jżidu jew jerġgħu jagħtu kulur lil xi ikel, u jinkludu kostitwenti naturali tal-prodotti ta’ l-ikel u sorsi naturali li normalment ma jkunux ikkonsumati bħala prodotti ta’ l-ikel bħala tali u mhux normalment użati bħala ingredjenti karatteristiċi ta’ l-ikel.

Il-preparazzjonijiet miksuba mill-prodotti ta’ l-ikel u sorsi materjali naturali oħrajn miksuba minn estrazzjoni fiżika u/jew kimika li tirriżulta f’estrazzjoni selettiva ta’ pigmenti relattivi mal-kostitwenti nutrittivi jew aromatiċi huma kuluri fi ħdan it-tifsira ta’ din id-Direttiva.

3. Madankollu, s-sustanzi li ġejjin m’għandhomx ikunu kkonsidrati kuluri għall-għan ta’ din id-Direttiva:

- prodotti ta’ l-ikel, kemm jekk niexfa jew f’forma kkonċentrata u sustanzi li jagħtu t-togħma inkorporati waqt il-manifattura ta’ prodotti ta’ komposti ta’ l-ikel, minħabba l-propjetajiet aromatiċi, bnini jew nutrittivi flimkien mal-effett kulurit sekondarju, bħal ma hi l-paprika, it-turmerik u ż-żagħfran,

- kuluri wżati biex ikunu kkuluranti l-partijiet esterni mhux tajba għall-ikel tal-prodotti ta’ l-ikel, bħal kisi tal-ġobon u għal kisi taz-zalzett.

Artikolu 2

1. Is-sustanzi biss elenkati fl-Anness I jistgħu jkunu wżati bħala kuluri fil-prodotti ta’ l-ikel.

2. Il-kuluri jistgħu jintużaw biss fil-prodotti ta’ l-ikel elenkati fl-Annessi III, IV u V u taħt il-kondizzjonijiet speċifikati hemmhekk; il-kuluri jistgħu jintużaw f’dawk l-istess prodotti ta’ l-ikel meta jkunu maħsuba għal użu partikolari bi qbil mad-Direttiva 89/398/KEE [8].

3. Il-kuluri ma jistgħux jintużawx fil-prodotti ta’ l-ikel elenkati fl-Anness II minbarra kif ipprovvdut speċifikament fl-Annessi III, IV jew V.

4. Il-kuluri permissibbli għal ċerti użu biss huma elenkati fl-Anness IV.

5. Il-kuluri permissibbli b’mod ġenerali fi prodotti ta’ l-ikel u l-kondizzjonijiet ta’ l-użu għal dan il-għan huma elenkati fl-Anness V.

6. Il-livelli massimi indikati fl-Annessi:

- jirrelataw ma’ prodotti ta’ l-ikel lesti biex jittieklu, ippreparati skond l-istruzzjonijiet għall-użu,

- jirreferu għal kwantitajiet tal-prinċipju tal-kulur kontenut fil-preparazzjoni tal-kulur.

7. Fl-Annessi ta’ din id-Direttiva ‘quantum satis’ tfisser li l-ebda l-livell massimu m’huwa speċifikat. Madankollu, sustanzi kuluranti għandhom jintużaw skond prattika ta’ manifattura tajba f’livell mhux għola minn dak meħtieġ biex jinkiseb l-għan intiż u bil-kondizzjoni li ma jiżgwidawx lil konsumatur.

8. Għall-iskopijiet ta’ l-immarkar tas-saħħa kif ipprovvdut fid-Direttiva 91/497/KEE u l-immarkar l-ieħor meħtieġ fuq prodotti tal-laħam, jistgħu jintużaw biss E 155 Kannella HT, E133 Ikħal Brillanti FCF jew E 129 Aħmar Allura AC jew taħlita xierqa ta’ E133 Ikħal Brillanti FCF u E 129 Aħmar Allura AC.

9. Biss dawk il-kuluri msemmija fl-Anness I jistgħu jkunu wżati għad-dekorazzjoni tal-qxur tal-bajd jew għall-istampar tal-qxur tal-bajd kif ipprovvdut fir-Regolament (KEE) Nru 1274/91.

10. Biss dawk il-kuluri elenkati fl-Anness I, bl-eċċezzjoni ta’ E 123, E 127, E 128, E 154, E 160b, E 161g, E 173 u E 180, jistgħu jinbiegħu direttament lill-konsumaturi.

11. Fi ħdan it-tifsira ta’ din id-Direttiva ‘mhux ipproċessat’ tfisser li m’għaddiex mill-ebda trattament li jirriżulta f’bidla sostanzjali mill-istat oriġinali tal-prodotti ta’ l-ikel. Madankollu, jistgħu per eżempju jkunu diviżi, maqsuma, servuti, iddissussati, magħmula kapuljat, misluħa, maqtugħa, mqaxxra, mitħuna, mnaddfa, mirquma, iffriżati ħafna, iffriżati, mkessħin, mitħuna jew mifsuqa, ippakkjati jew mhux ippakkjati.

Artikolu 3

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-Komunità, il-preżenza ta’ kulur fi prodott ta’ l-ikel hija permissibbli:

- fi prodott ta’ l-ikel kompost apparti minn dak msemmi fl-Anness II sal-limiti li l-kulur ikun permissibli f’wieħed mill-ingredjenti tal-prodott ta’ l-ikel kompost.

jew

- jekk il-prodott ta’ l-ikel jkun iddestinat biex jintuża biss fil-preparazzjoni ta’ prodott ta’ l-ikel kompost u sal-limiti li dak il-prodott ta’ l-ikel kompost ikun konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 4

Jista’ jkun deċiż mill-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5, jekk prodott ta’ l-ikel partikolari jagħmilx parti minn kategorija ta’ l-ikel msemmija fl-Annessi, u jekk sustanzi humiex kuluri fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1.

Artikolu 5

1. Meta l-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu għandha tkun segwita, il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna mill-Kumitat Permanenti dwar l-Ikel, stabbilit permezz tad-Direttiva 69/414/KEE [9], minn hawn ‘l quddiem msemmi bħala ‘il-Kumitat’.

2. Il-president għandu jirreferi l-materja lejn il-Kumitat jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq it-talba ta’ rappreżentant ta’ Stat Membru.

3. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lejn il-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq l-abbozz fil-limitu taż-żmien li l-president jista’ jistabbilixxi skond l-urġenza tal-każ L-opinjoni għandha tingħata mill-maġġoranza kif stabbilita fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ ta’ deċiżjonijiet li l-Kunsill huwa meħtieġ li jieħu fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti tal-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat għandhom jkunu mogħbija skond il-maniera stabbilita f’dak l-Artikolu. Il-president m’għandux jivvota.

4. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri maħsuba jekk dawn ikunu jaqblu mal-opinjoni tal-Kumitat.

(b) Jekk il-miżuri maħsuba ma jkunux bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk ma tingħata l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni għandha minnufih tissottometti lejn il-Kunsill proposta relatata mal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.

Jekk, fit-tmiem ta’ tliet xhur mid-data tar-referenza lejn il-Kunsill, il-Kunsill ikun għandu ma aġixxiex, il-miżuri proposti għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni.

Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom, fi żmien tliet snin mill-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, jistabbilixxu sistemi biex jissorveljaw il-konsum u l-użu tal-kuluri u jirrapurtaw ir-riżultati tagħhom lejn il-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport lejn il-Parlament Ewropew fi żmien ħames snin mill-adozzjoni ta’ din id-Direttiva dwar il-bidliet li jkunu seħħu fis-suq tal-kuluri, il-livelli ta’ l-użu u l-konsum.

Bi qbil mal-kriterji ġenerali tal-punt 4 ta’ l-Anness II tad-Direttiva 89/107/KEE, fi żmien ħames snin mill-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tirrevedi il-kondizzjonijiet ta’ l-użu msemmija f’din id-Direttiva, u tipproponi bidliet fejn meħtieġ.

Artikolu 7

L-Artikoli 1 sa 7, l-Artikolu 8(1), it-tieni nċiż u (2), u l-Artikoli 9 sa 15 tad-Direttiva tat-23 ta’ Ottubru 1962 dwar is-sustanzi tal-kulur fi prodotti ta’ l-ikel huma hawnhekk revokati.

Ir-referenzi għad-dispożizzjonijiet revokati għandhom jkunu interpretati bħala referenzi għad-dispożizzjonijiet korrispondenti ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 8

Il-Kummissjoni għandha, biex tikkoinċidi mad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, tistabbilixxi kampanja, flimkien mal-Parlament Ewropew, ministeri nazzjonali, l-industriji ta’ l-ikel u l-korpi tal-konsumatur, biex tinforma lill-konsumaturi dwar il-proċeduri ta’ l-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni għall-kuluri permissibbli, u t-tifsira tas-sistema tan-numri ‘E'.

Artikolu 9

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mil-31 ta’ Diċembru 1995 sabiex:

- jippermettu, mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1995, kummerċ u użu tal-prodotti li huma konformi ma’ din id-Direttiva,

- jipprojbixxu, mhux iktar tard mit-30 ta’ Ġunju 1996, kummerċ u użu tal-prodotti li ma humiex konformi ma’ din id-Direttiva. Prodotti mpoġġija fis-suq jew ittikkettjati qabel dik id-data li ma jkunux konformi ma’ din id-Direttiva jistgħu, b’dana kolu, jkunu mibjugħa sakemm jispiċċaw il-ħażniet.

Dawn għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih.

2. Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jkunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-publikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif isiru dawn it-tipi ta’ referenzi għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 10

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-publikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 11

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, it-30 ta’ Ġunju 1994.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

E. Klepsch

Għall-Kunsill

Il-President

A. Baltas

[1] ĠU L 40, 11.2.1989, p. 27; Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 94/34/KE (ara l-paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

[2] ĠU Ċ 12, 8.1.1992, p. 7.

[3] ĠU Ċ 313, 30.11.1992, p. 1.

[4] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Marzu 1993 (ĠU Ċ 115, 26.4.1993, p. 105), ikkonfermata fit-2 ta’ Diċembru 1993 (ĠU Ċ 342, 20.12.1993), il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 1994 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 1994 (ĠU Ċ 91, 28.3.1994, p. 79).

[5] ĠU Ċ 268, 24.6.1991, p. 69; Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/5/KEE (ĠU L 57, 2.3.1992, p. 1).

[6] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1274/91 tal-15 ta’ Mejju 1991 li jintroduċi regoli għall-implimentazzjoni tar- Regolament (KEE) Nru 1907/90 dwar ċerti standards ta’ kummerċ għall-bajd (ĠU L 121, 16.5.1991, p. 11). Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1259/94 (ĠU L 137, 1.6.1994, p. 54).

[7] ĠU L 115, 11.11.1962, p. 2645/62; Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 85/7/KEE (ĠU L 2, 3.1.1995, p.22).

[8] ĠU L 186, 30.6.1989, p. 27.

[9] ĠU L 291, 19.11.1969, p. 9.

--------------------------------------------------

ANNESS 1

LISTA TA’ KULURI PERMISSIBBLI TA’ L-IKEL

Nota:

Koloranti ta’ l-aluminju ppreparati mill-kuluri msemmija f’dan l-Anness huma awtorizzati.

Nru KE | Isem komuni | Indiċi tal-kulur Nru jew deskrizzjoni |

E 100 | Kurkumin | 75300 |

E 101 | (i)Riboflavin(ii)Riboflavin-5’-fosfat | |

E 102 | Tartrażina | 19140 |

E 104 | Kwinolin Isfar | 47005 |

E 110 | Isfar ta’ nżul ix-xemx FCF Isfar fl-oranġjo S | 15985 |

E 120 | ‘Koċinil’, aċidu Karminiku, Karmini | 75470 |

E 122 | Ażorubine, Karmojsin | 14720 |

E 123 | Amarant | 16185 |

E 124 | Ponsu 4R, Koċineal Aħmar A | 16255 |

E 127 | Eritrosin | 45430 |

E 128 | Aħmar 2G | 18050 |

E 129 | Aħmar Allura AC | 16035 |

E 131 | Ikħal Patenti V | 42051 |

E 132 | Indigotin, Karminju Indigo | 73015 |

E 133 | Ikħal ileqq FCF | 42090 |

E 140 | Klorofilli u Klorofillini: (i)Klorofilli(ii)Klorofillini | 75810 75815 |

E 141 | Kumplessi tar-ram (aħmar) tal-klorofilli u Klorofillini (i)Kumplessi tar-ram tal-klorofilli(ii)Kumplessi tar-ram tal-klorofillini | 75815 |

E 142 | Aħdar S | 44090 |

E 150a | Karamella sempliċi | |

E 150b | Karamella tas-sulfid kawstiku | |

E 150ċ | Caramel ta’ l-ammonja | |

E 150d | Caramel b’sulfid ta’ l-ammonja | |

E 151 | Iswed ileqq BN, Iswed PN | 28440 |

E 153 | Karbonju tal-ħaxix | |

E 154 | Kannella FK | |

E 155 | Kannella HT | 20285 |

E 160a | Karoteni: (i)Karoteni mħallta(ii)Beta-karoteni | 75130 40800 |

E 160b | Annatto, bixin, norbixin | 75120 |

E 160ċ | Estratt tal-paprika, kapsantin, kapsorubin | |

E 160d | Likopin | |

E 160e | Beta-apo-8’-karotenal (C30) | 40820 |

E 160f | Ester etiliku ta’ l-aċidu beta-apo-8’-karotenal (C 30) | 40825 |

E161b | Lutejna | |

E 1 | Kantaxantin | |

E 162 | Aħmar tal-pitravi, betanin | |

E 163 | Antosajnini | Preparat b’mezzi fiżiċi mill-frott u l-ħaxix |

E 170 | Karbonat tal-kalċju | 77220 |

E 171 | Diossidu tat-titanju | 77891 |

E 172 | Ossidi tal-ħadid u idro-ossidi | 77491 77492 77499 |

E 173 | Aluminju | |

E 174 | Fidda | |

E175 | Deheb | |

E 180 | Litolrubin BK | |

--------------------------------------------------

ANNESS II

PRODOTTI TA’ L-IKEL LI MA FIHOMX KULURI MIŻJUDA, MINBARRA META PROVVDUT SPEĊIFIKAMENT FL-ANNESSI III, IV JEW V

(It-titoli wżati fl-Anness II ma jippreġudikawx il-prinċipju li jitmexxew ‘il quddiem fil-każi meta l-prodotti jkun fihom ingredjenti b’kulur leġittmu bi dritt tagħhom)

1. Prodotti ta’ l-ikel mhux ipproċessati

2. L-ilma kollu fil-fliexken jew ippakkjat

3. Ħalib, nofsu-xkumat u ħalib xkumat, pasturizzat jew sterilizzat (inkluża l-isterilizzazzjoni UHT) (mingħajr togħma)

4. Ħalib biċ-ċikkulata

5. Ħalib iffermentat (mingħajr togħma)

6. Ħalib ippriservat kif msemmi fid-Direttiva 76/118/KEE

7. Xorrox tal-butir (mingħajr togħma)

8. Krema u trabijiet tal-krema (mingħajr togħma)

9. Żjut u xaħmijiet li ġejjin mill-annimali jew mill-ħaxix

10. Bajd u prodotti tal-bajd kif definiti fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/437/KEE

11. Dqiq u prodotti oħra mitħuna u l-lamti

12. Ħobż u prodotti simili

13. Għaġin u njokki

14. Zokkor, inklużi l-mono- u d-dissakkaridi kollha

15. Kunserva tat-tadam u tadam fil-bott jew fil-flixkun

16. Zlazi tat-tadam

17. Ġulepp tal-frott u nektar tal-frott kif msemmi fid-Direttiva 75/726/KEE u ġulepp tal-ħxejjex

18. Frott, ħaxix (inkluża l-patata) u faqqiegħ - fil-bott, fil-flixkun jew imqadded; frott, ħaxix (inkluża l-patata) u faqqiegħ ipproċessat

19. Kunserva kkonċentrata tal-frott, ġelatina kkonċentrata, u purea tal-qastan kif msemmija fid-Direttiva 79/693/KEE; crème de pruneaux

20. Ħut, molluski u krustaċej, laħam, tjur u kaċċa kif ukoll il-preparazzjonijiet tagħhom, imma ma jinkludux ikliet ippreparati li fihom dawn l-ingredjenti

21. Prodotti tal-kawkaw u komponenti taċ-ċikkulata fi prodotti taċ-ċikkulata kif imsemmija fid-Direttiva 73/241/KEE

22. Kafè, tè, ċikwejra, inkaljati; estratti tat-tè u ċ-ċikwejra; preparazzjonijiet tat-tè, tal-pjanti, tal-frott u taċ-ċereali għall-infużjoni, kif ukoll taħlitiet u taħlitiet istantanji ta’ dawn il-prodotti

23. Melħ, sostituti tal-melħ, ħwawar u taħlit tal-ħwawar

24. Inbid u prodotti oħra kif definiti fir-Regolament (KEE) Nru 822/87

25. Korn (qamħ Ġermaniż), Kornbrand, xorb spirtuż mil-frott, spirti tal-frott, Ouzo, Grappa, Tsikoudia minn Kreta, Tsipouro mill-Maċedonja, Tsipouro minn Thessaly, Tsipouro minn Tyrnavos, Eau de vie de marcMarque nationale luxembourgeoise, Eau de vie de seigle Marque nationale luxembourgeoise, ġnibru ta’ Londra, kif definiti fir-Regolament (KEE) Nru 1576/89

26. Sambuca, Maraschino u Mistra kif definiti fir-Regolament (KEE) Nru 1180/91

27. Sangria, Clarea u Zurra kif imsemmija fir-Regolament (KEE) Nru 1601/91

28. Ħall magħmul mill-inbid

29. Ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar kif msemmi fid-Direttiva 89/398/KEE inkluż l-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar li ma jkunux f’saħħithom

30. Għasel

31. Xgħir u prodotti tax-xgħir

32. Ġobon misjur u mhux misjur (mingħajr togħma)

33. Ġobon mill-ħalib tan-nagħaġ u tal-mogħoż

--------------------------------------------------

ANNESS III

IKEL LI MIEGĦU JISTGĦU JIŻDIEDU BISS CERTI KULURI PERMISSIBBLI

Ikel | | Kulur permissibbli | Livell massimu |

Ħobż tax-xgħir | E 150a | Karamella sempliċi | quantum satis |

E 150b | Karamella b’sulfid kawstiku | |

E 150c | Karamella ta’ l-ammonja | |

E 150d | Karamella b’sulfid ta’ l-ammonja | |

Birra | E 150a | Karamella sempliċi | quantum satis |

Cidre bouché | E 150b | Karamella b’sulfid kawstiku | |

E 150c | Karamella ta’ l-ammonja | |

E 150d | Karamella b’sulfid ta’ l-ammonja | |

Butir (inkluż il-butir b’anqas xaħam u butir ikkonċentrat) | E 160a | Karoteni | quantum satis |

Marġerina, ‘minarine’, emulsjonijiet oħra ta’ xaħam, u xaħmijiet essenzjalment ħielsa mill-ilma | E 160a | Karoteni | quantum satis |

E 100 | Kurkumin | quantum satis |

E 160b | Annatto, Bixine, Norbixine | 10 mg/kg |

Ġobon Sage Derby | E 140 | Klorofilli Klorofillini | quantum satis |

E 141 | Kumplessi tar-ram tal-korofilli u l-klorofillini | |

Ġobon misjur Oranġjo, Isfar u abjad-safrani; ġobon mhux ipproċessat u mingħajr togħma | E 160a | Karoteni | quantum satis |

E 160c | Estratt tal-paprika | |

| E 160b | Annatto, Bixin, Norbixin | 15 mg/kg |

Ġobon Red Leicester | E 160b | Annatto, Bixin, Norbixin | 50 mg/kg |

Ġobon mimolette | E 160b | Annatto, Bixin, Norbixin | 35 mg/kg |

Ġobon morbier | E 153 | Karbonju tal-ħxejjex | quantum satis |

Ġobon irhamat aħmar | E 120 | Koċineal, aċidu karminiku, karminji | 125 mg/kg |

| E 163 | Anthocyanins | quantum satis |

Ħall | E 150a | Karamella sempliċi | quantum satis |

E 150b | Karamella b’sulfid kawstiku | |

E 150c | Karamella ta’ l-ammonja | |

E 150d | Karamella b’sulfid ta’ l-ammonja | |

Whisky, Whiskey, spirtu tal-qamħ (minbarra l-Korn jew il-Kornbrand jew Eau de vie de seigle Marquenationale luxemburgeoise), spirtu ta’ l-inbid, rum, Brandy, Weinbrand, il-karfa ta’ l-għeneb, l-ispirtu tal-karfa ta’ l-għeneb (minbarra Tsikoudia u Tsipouro u Eau de vie de marc Marque nationale luxemburgeoise), Grappa invecchiata, Bagaceira velha kif msemmija fir-Regolament (KEE) Nru 1576/89 | E 150a | Karamella sempliċi | quantum satis |

E 150b | Karamella b’sulfid kawstiku | |

E 150c | Karamella ta’ l-ammonja | |

E 150d | Karamella b’sulfid ta’ l-ammonja | |

Xorb aromatiku b’bażi ta’ l-inbid (minbarra bitter soda) u nbejjed aromatiċi kif msemmija fir-Regolament (KEE) Nru 1601/91 | E 150a | Karamella sempliċi | quantum satis |

E 150b | Karamella b’sulfid kawstiku | |

E 150c | Karamella ta’ l-ammonja | |

E 150d | Karamella b’sulfidi ta’ l-ammonja | |

Amerikan | E 150a | Karamella sempliċi | quantum satis |

E 150b | Karamella b’sulfid kawstiku | |

E 150c | Karamella ta’ l-ammonja | |

E 150d | Karamella b’sulfidi ta’ l-ammonja | |

E 163 | Anthocyanins | |

| E 100 | Kurkumin | 100 mg/l (individwalment jew flimkien) |

| E 101 | (i)Riboflavin(ii)Riboflavin-5’-fosfat | |

| E 102 | Tartrażina | |

| E 104 | Kinolin Isfar | |

| E 120 | Koċineal, aċidu Karminiku, Karminji | |

| E 122 | Azorubine carmoisine | |

| E 123 | Amaranth | |

| E 124 | Ponceau 4R | |

Bittersoda, bittervino kif msemmi fir-Regolament (KEE) Nru 1601/91 | E 150a | Karamella sempliċi | quantum satis |

E 150b | Karamella b’sulfid kawstiku | |

E 150c | Karamella ta’ l-ammonja | |

E 150d | Karamella b’sulfid ta’ l-ammonja | |

| E 100 | Kurkumin | 100 mg/l (individwalment jew flimkien) |

| E 101 | (i)Riboflavin(ii)Riboflavin-5’-fosfat | |

| E 102 | Tartrażina | |

| E 104 | Kinolin Isfar | |

| E 110 | Isfar ta’ nżul ix-xemx FCF Isfar oranġjo S | |

| E 120 | Koċineal, aċidu Karminiku, Karminji | |

| E 122 | Azorubine carmoisine | |

| E 123 | Amaranth | |

| E 124 | Ponceau 4R, Aħmar Koċineal A | |

| E 129 | Aħmar Allura AC | |

Inbejjed likurużi u inbejjed likurużi ta’ kwalita prodotti f’reġjuni speċifiċi | E 150a | Karamella sempliċi | quantum satis |

E 150b | Karamella b’sulfid kawstiku | |

E 150c | Karamella ta’ l-ammonja | |

E 150d | Karamella b’sulfid ta’ l-ammonja | |

Ħaxix fil-ħall, fis-salmura jew fiż-żejt (minbarra ż-żebbuġ) | E 101 | (i)Riboflavin(ii)Riboflavin-5’-fosfat | quantum satis |

E 140 | Klorofilli, Klorofillini | |

E 150a | Karamella sempliċi | |

E 150b | Karamella b’sulfid kawstiku | |

E 150ċ | Karamella ta’ l-ammonja | |

E 150d | Karamella b’sulfid ta’ l-ammonja | |

E 141 | Kumplessi tar-ram tal-klorofilli u klorofillini | |

E 160a | Karoteni: (i)Karoteni mħallta(ii)Beta-karoteni | |

E 162 | Aħmar tal-pitravi, betanin | |

E 163 | Anthocyanins | |

Ċereali tal-kolazzjon estrużi, minfuha u/jew bit-togħmal tal-frott | E 150c | Karamella ta’ l-ammonja | quantum satis |

E 160a | Karoteni | quantum satis |

E 160b | Annatto, Bixin, Norbixin | 25 mg/kg |

E 160c | Estratt tal-paprika, Kapsantin, Kapsorubin | quantum satis |

Ċereali tal-kolazzjon bit-togħma tal-frott | E 120 | Koċineal, aċidu Karminiku, Karminji | 200 mg/kg (individwalment jew imħalta) |

E 162 | Aħmar tal-pitravi, betanine | |

E 163 | Anthocyanins | |

Kunserva tal-frott, ġelatini u marmellati kif msemmija fid-Direttiva 79/693/KEE u taħlitiet oħrajn simili tal-frott inklużi l-prodotti ta’ kaloriji baxxi | E 100 | Kurkumin | quantum satis |

E 140 | Klorofills u klorofillini | |

E 141 | Kumplessi tar-ram tal-klorofilli u l-klorofillini | |

E 150a | Karamella sempliċi | |

E 150b | Karamella b’sulfid kawstiku | |

E 150ċ | Karamella ta’ l-ammonja | |

E 150d | Karamella b’sulfid ta’ l-ammonja | |

E 160a | Karoteni: (i)Karoteni mħallta(ii)Beta-karoteni | |

E 160c | Estratti tal-paprika, Kapsantin, Kapsorubin | |

E 162 | Aħmar tal-pitravi, betanine | |

E 163 | Anthocyanins | |

| E 104 | Kwinolin Isfar | 100 mg/kg (individwalment jew imħalta) |

| E 110 | Isfar ta’ nżul ix-xemx | |

| E 120 | Koċineal, aċidu Karminiku, Karminji | |

| E 124 | Ponceau 4R, Koċineal | |

| E 142 | Aħdar S | |

| E 160d | Lypcopene | |

| E 161b | Luteine | |

Zalzett, patés u terrini | E 100 | Kurkumin | 20 mg/kg |

E 120 | Koċineal, aċidu Karminiku, Karminji | 100 mg/kg |

E 150a | Karamella sempliċi | quantum satis |

E 150b | Karamella b’sulfid kawstiku | quantum satis |

E 150c | Karamella ta’ l-ammonja | quantum satis |

E 150d | Karamella b’sulfid ta’ l-ammonja | quantum satis |

E 160a | Karoteni | 20 mg/kg |

E 160c | Estratti tal-paprika, Kapsantin, Kapsorubin | 10 mg/kg |

E 162 | Aħmar tal-pitravi, betanine | quantum satis |

Luncheon meat | E 129 | Aħmar Allura | 25 mg/kg |

Zalzett għall-kolazzjon b’kontenut minimu ta’ ċereali ta’ 6 % | E 129 | Aħmar Allura AC | 25 mg/kg |

Laħam tal-pulpetti (burgers) b’kontenut minimu ta’ ħaxix u/jew ċereali ta’ 4 % | E 120 | Koċineal, aċidu Karminiku, Karminji | 100 mg/kg |

E 150a | Karamella sempliċi | quantum satis |

E 150b | Karamella b’sulfid kawstiku | quantum satis |

E 150c | Karamella ta’ l-ammonja | quantum satis |

E 150d | Karamella b’sulfid ta’ l-ammonja | quantum satis |

Zalzett Chorizo Salchichon | E 120 | Koċineal, aċidu Karminiku, Karminji | 200 mg/kg |

E 124 | Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A | 250 mg/kg |

Sobrasada | E 110 | Isfar ta’ nżul ix-xemx FCF | 135 mg/kg |

E 124 | Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A | 200 mg/kg |

Pasturmas (kisi estern li jittiekel) | E 100 | Kurkumin | quantum satis |

E 101 | (i)Riboflavin(ii)Riboflavin-5’-fosfat | |

E 120 | Koċineal, aċidu Karminiku, Karminji | |

Granuli u frak tal-patata mqadda | E 100 | Kurkumin | quantum satis |

Piżelli mgħaffġa w ipproċessata (fil-bott) | E 102 | Tartrażina | 100 mg/kg |

E 133 | Ikħal ileqq | 20 mg/kg |

E 142 | Aħdar S | 10 mg/kg |

--------------------------------------------------

ANNESS IV

KULURI PERMISSIBBLI BISS GĦAL ĊERTU UŻU

| Kuluri | Ikel | Livell massimu |

E 123 | Amaranth | nbejjed aperittivi, xorb spirtuż inklużi l-prodotti b’anqas minn 15 % alkohol bil-volum | 30 mg/l |

| | Bajd tal-ħut | 30 mg/kg |

E 127 | Erythrosine | Ċirasa tal-cocktail u konfettura taċ-ċirasa | 200 mg/kg |

| | Ċirasa bigarreaux fil-ġulepp u fil-cocktail | 150 mg/kg |

E 128 | Aħmar 2G | Zalzett tal-kolazzjon b’kontenut minimu ta’ ċereali ta’ 6 % | 20 mg/kg |

| | Laħam tal-burger b’kontenut minimu ta’ ħaxix u/jew ċereali ta’ 4 % | |

E 154 | Kannella FK | Ħut immellaħ | 20 mg/kg |

E 161g | Canthaxanthin | Saucisses de Strasbourg | 15 mg/kg |

E 173 | Aluminju | Kisi estern taz-zokkor tad-dolċiera għad-dekorazzjoni tal-kejkijiet jew tal-ħlewwiet | quantum satis |

E 174 | Fidda | Kisi minn barra ta’ prodotti tad-dulċiera | quantum satis |

| | Dekorazzjoni taċ-ċikkulati | |

| | Likuri | |

E 175 | Deheb | Kisi minn barra ta’ prodotti tad-dulċiera | quantum satis |

| | Dekorazzjoni taċ-ċikkulati | |

| | Likuri | |

E 180 | Lithorubine BK | Qoxra tal-ġobon li tittiekel | quantum satis |

E 160b | Annatto, Bixin, Norbixin | Marġerina, ‘minerine’, emulsjonijiet oħra ta’ xaham, u xahmijiet essenzjalment ħielsa mill-ilma | 10 mg/kg |

| | Dekorazzjonijiet u kisi | 20 mg/kg |

| | Prodotti fini tal-ifran | 10 mg/kg |

| | Silġ li jittiekel | 20 mg/kg |

| | Likuri, inkluż xorb imsaħħah b’inqas minn 15 % alkohol bil-volum | 10 mg/l |

| | Ġobon ipproċessat bit-togħma | 15 mg/kg |

| | Ġobon misjur Oranġjo, Isfar u abjad-safrani Ġobon ipproċessat mingħajr togħma | 15 mg/kg |

| | Deżerti | 10 mg/kg |

| | ’Ikliet ħfief’: niexfa, ‘savoury potato’, ċereali, jew prodotti b’bażi ta’ lamtu: | |

| | —Prodotti ‘savoury snack’ ‘estrużi’ jew minfuha | 20 mg/kg |

| | —Prodotti ta’ ‘savoury snack’ oħra u lewż miksi għat-togħma tajba | 10 mg/kg |

| | Ħut iffumigat | 10 mg/kg |

| | Qoxra tal-ġobon li tittiekel u kisi li jittiekel | 20 mg/kg |

| | Ġobon Red Leicester | 50 mg/kg |

| | Ġobon mimolette | 35 mg/kg |

| | Ċereali għal kolazzjon, estrużi, minfuha u/jew bit-togħma tal-frott | 25 mg/kg |

--------------------------------------------------

ANNESS V

KULURI PERMISSIBBLI FI PRODOTTI TA’ L-IKEL APPARTI MINN DAWK IMSEMMIJA FL-ANNESSI II U III

Parti 1

Il-kuluri li ġejjin jistgħu jintużaw fi prodotti ta’ l-ikel msemmija fl-Anness V, il-Parti 2 u fil-prodotti l-oħra kollha ta’ l-ikel minbarra dawk elenkati fl-Annessi II u III fi quantum satis.

E 101 | (i)Riboflavin(ii)Riboflavin-5’-phosfat |

E 140 | Klorofilli u klorofillini |

E 141 | Kumplessi tar-ram (aħmar) tal-klorofilli u l-klorofillini |

E 150a | Karamella sempliċi |

E 105b | Karamella b’sulfid kawstiku |

E 150ċ | Karamella ta’ l-ammonja |

E 105d | Karamella b’sulfid ta’ l-ammonja |

E 153 | Karbonju tal-ħaxix |

E 160a | Karoteni |

E 160c | Estrett tal-paprika, kapsantin, kapsorubin |

E 162 | Aħmar tal-pitravi, betanin |

E 163 | Anthocyanins |

E 170 | Kalċju karbonat |

E 171 | Diossidu tat-titanju |

E 172 | Ossidi tal-ħadid u idro-ossidi |

Parti 2

Il-kuluri li ġejjin jistgħu jintużaw waħedhom jew flimkien fl-ikel li ġej sal-livell massimu speċifikat fit-tabella. Madankollu, għal xorb mhux alkoħoliku bit-togħma, silġ li jittiekel, deżerti, prodotti fini tal-furnara, il-kuluri jistgħu jintużaw biss sal-limitu indikat fit-tabella xierqa imma l-kwantitajiet ta’ kull wieħed mill-kuluri E 110, E 122, E 124 u E 155 ma jistgħux jeċċedu l-50mg/kg jew mg/l.

E 100 | Kurkumin |

E 102 | Tartrażina |

E 104 | Kinolin Isfar |

E 110 | Isfar ta’ nżul ix-xemx FCF, Isfar fl-oranġjo S |

E 120 | Koċineal, aċidu Karminiku, Karminji |

E 122 | Azorubine, Carmoisine |

E 124 | Ponceau 4R, Aħmar Koċineal A |

E 129 | Aħmar Allura AC |

E 131 | Ikħal Speċjali V |

E 132 | Indigotine, Karminju ta’ l-indigo |

E 133 | Ikħal ileqq FCF |

E 142 | Aħdar S |

E 151 | Iswed Ileqq BN, Iswed PN |

E 155 | Kannella HT |

E 160d | Lycopene |

E 160e | Beta-apo-8’-carotenal (C 30) |

E 160f | Ester etile ta’ l-aċidu Beta-apo-8’-carotenic (C 30) |

E 161b | Luteina |

Ikel | Livell massimu |

Xorb mhux alkoholiku bit-togħma | 100 mg/l |

Konfettura tal-frott u l-ħaxix, Mostarda di frutta | 200 mg/kg |

Frott aħmar ippriservat | 200 mg/kg |

Prodotti tad-dulċiera | 300 mg/kg |

Dekorazzjonijiet u kisi | 500 mg/kg |

Prodotti fini ta’ l-ifran (e.g. viennoiserie, gallettini, kejkijiet, ‘wafers’) | 200 mg/kg |

Silġ li jittiekel | 150 mg/kg |

Ġobon ipproċessat bit-togħma | 100 mg/kg |

Deżerti, inklużi prodotti tal-ħalib bit-togħma | 150 mg/kg |

Zlazi, ħwawar (per eżempju, trab tal-curry, tandoori), pikles, zlazi pikkanti, chutney u piccalilli | 500 mg/kg |

Mustarda | 300 mg/kg |

Dlik tal-ħut u dlik tal-krustaċej | 100 mg/kg |

Krustaċej imsajjra bil-lest | 250 mg/kg |

Sostituti tas-salamun | 500 mg/kg |

Surimi | 500 mg/kg |

Bajd tal-ħut | 300 mg/kg |

Ħut iffumigat | 100 mg/kg |

"Ikliet ħfief": mqadda, patata bit-tgħoma, ċereali jew prodotti ta’ ikliet ħfief ibbażati fuq il-lamtu:

—Prodotti ta’ ikliet ħfief bit-togħma estrużi jew espanduti | 200 mg/kg |

—Prodotti ta’ ikliet ħfief oħrajn u ġews miksi bit-tgħoma | 100 mg/kg |

Qoxra u kisi li jittieklu tal-ġobon | quantum satis |

Formuli sħaħ għall-kontroll tal-piż maħsuba biex jieħdu post l-ammont ta’ l-ikel mittiekel ta’ kull jum jew ta’ ikla ndividwali | 50 mg/kg |

Formuli sħaħ u supplimenti nutrizzjonali għall-użu taħt is-superviżżjoni medika | 50 mg/kg |

Supplimenti likwidi ta’ l-ikel/integraturi tad-dieta | 100 mg/l |

Supplimenti solidi ta’ l-ikel/integraturi tad-dieta | 300 mg/kg |

Sopop | 50 mg/kg |

Analogi tal-laħam jew tal-ħut ibbażati fuq il-proteini veġitali | 100 mg/kg |

Xorb spiritus (inklużi l-prodotti ta’ anqas minn 15 % alkoħol bil-volum), apparti minn dawk imsemmija fl-Anness II jew III | 200 mg/l |

Inbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq inbejjed aromatizzati u prodotti ta’ cocktails b’inbejjed aromatizzati kif imsemmija fir-Regolament (KEE) Nru 1601/91, apparti minn dawk imsemmija fl-Annes II jew III | 200 mg/l |

Inbejjed tal-frott (normali jew frizzanti) cider (apparti mil-ciderbouche) u inbejjed perry aromatizzati tal-frott, cider u perry | 200 mg/l |

--------------------------------------------------

Top