This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31994D0157
94/157/EC: Council Decision of 21 february 1994 on the conclusion, on behalf of the Community, of the Convention on the Protection of the Marine Environment of the Baltic Sea Area (Helsinki Convention as revised in 1992)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 1994 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità, tal-Konvenzjoni fuq il-Protezzjoni ta'l-Ambjent Marin taż-Żona tal-Baħar Baltiku (Il-Konvenzjoni ta' Ħelsinki kif riveduta fl-1992)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 1994 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità, tal-Konvenzjoni fuq il-Protezzjoni ta'l-Ambjent Marin taż-Żona tal-Baħar Baltiku (Il-Konvenzjoni ta' Ħelsinki kif riveduta fl-1992)
ĠU L 73, 16.3.1994, p. 19–19
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1994/157/oj
Official Journal L 073 , 16/03/1994 P. 0019 - 0019
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 29 P. 0238
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 29 P. 0238
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 1994 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità, tal-Konvenzjoni fuq il-Protezzjoni ta'l-Ambjent Marin taż-Żona tal-Baħar Baltiku (Il-Konvenzjoni ta' Ħelsinki kif riveduta fl-1992) (94/157/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 130s flimkien ma'l-Artikolu 228(3), l-ewwel subparagrafu tiegħu, Wara li kunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi l-Kummissjoni, f'isem il-Komunità, ħadet parti fin-negozjati fuq l-abbozzar tal-Konvenzjoni ta' Ħelsinki kif riveduta fl-1992; Billi l-Konvenzjoni ġiet iffirmata f'isem il-Komunità fl-24 ta' Settembru 1992; Billi l-Konvenzjoni stabbiliet qafas għal koperazzjoni reġjonali biex tiżgura r-riabilitazzjoni tal-Baħar Baltiku bil-għan ta' l-awto-riġenerazzjoni ta' l-ambjent tal-baħar tiegħu u l-preservazzjoni tal-bilanċ ekoloġiku tiegħu; Billi l-Komunita adottat miżuri fil-qasam kopert mill-Konvenzjoni u għandha taġixxi f'livell internazzjonali f'dawk l-oqsma; Billi l-politika tal-Komunità fuq l-ambjent tikkontribwixxi għall-kisba ta'l-għanijiet għall-preservazzjoni, l-protezzjoni u t-titjib tal-kwalita ta'l-ambjent, għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-utilizzazzjoni prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali; Billi l-politika tal-Komunita fuq l-ambjent timmira għal livell għoli ta' protezzjoni; billi dan huwa bbażat fuq il-prinċipju tal-prekawzjoni u fuq il-prinċipji li għandha tittieħed azzjoni preventiva, li l-ħsara ambjentali għandha bħala priorita tissewwa f'ras il-għajn u li l-inkwinant għandu jħallas; Billi fil-qafas tar-responsabbiltajiet kollettivi, il-Komunità u l-Istati Membri jikkoperaw ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti; Billi l-konklużjoni tal-Konvenzjoni mill-Komunità għandha tgħin biex jintlaħqu l-għanijiet spjegati fl-Artikolu 130r tat-Trattat, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Konvenzjoni fuq il-Protezzjoni ta' l-Ambjent Marin taż-Żona tal-Baħar Baltiku (Konvenzjoni ta' Helsinki kif riveduta fl-1992), iffirmata f'Helsinki (il-Finlandja) fl-24 Settembru 1992, qiegħda hawnhekk tiġi approvata f'isem il-Komunita Ewropea. It-test ta' din il-Konvenzjoni qed jiġi anness ma'din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill għandu jiddepożita l-istrument ta' l-approvazzjoni mal-Gvern Finlandiż b'konformità ma'l-Artikolu 38 tal-Konvenzjoni. Magħmulha fi Brussel, fil-21 ta' Frar 1994. Għall-Kunsill Il-President Th. Pangalos [1] ĠU C 226, tal-21.8.1993, p. 8. [2] ĠU C 315, tat-22.11.1993. [3] ĠU C 34, tat-2.2.1994, p. 5. --------------------------------------------------