EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993L0071

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/71/KEE tas-27 ta' Lulju 1993 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

ĠU L 221, 31.8.1993, p. 27–36 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/06/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1993/71/oj

31993L0071



Official Journal L 221 , 31/08/1993 P. 0027 - 0036
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 52 P. 0044
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 52 P. 0044


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/71/KEE

tas-27 ta' Lulju 1993

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 18 (2) tagħha,

Billi l-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE jistipulaw il-ħtiġijiet għad-dossier li jrid jiġi ssottomess mill-applikanti rispettivament sabiex tiġi inkluża sustanza attiva fl-Anness I u sabiex jiġi awtorizzat prodott għall-protezzjoni tal-pjanti;

Billi huwa meħtieġ illi jiġu indikati lill-applikanti fl-Annessi II u III, preċiż kemm jista' jkun, id-dettalji tat-tagħrif meħtieġ, bħalma huma ċ-ċirkostanzi, il-kondizzjonijiet u l-protokolli tekniċi li fuqhom trid tiġi ġġenerata ċertu informazzjoni; billi dawn id-disposizzjonijiet għandhom jiġu introdotti hekk kif ikunu disponibbli sabiex l-applikanti jitħallew jużawhom fit-tħejjija tad-dossiers tagħhom;

Billi tista' tingħata iktar preċiżjoni fil-preżent lid-disposizzjonijiet ġenerali introduttorji għall-Annessi II u III u lill-ħtiġijiet ta' l-informazzjoni li tirrigwarda t-testijiet għall-effikaċità pprovduta fit-Taqsima 6 tal-Partijiet A u B ta' l-Anness III;

Billi d-daħliet għall-Annessi II u III korrentement jirreferu sabiex jiġu applikati l-prinċipji ta' prattika tajba tal-laboratorju (PTL) għal kull ħtieġa ta' informazzjoni; billi, madankollu l-applikazzjoni ta' dawn il-prinċipji mhix ikkunsidrata approprjata sabiex tiġi ttestjata l-effikaċità u sabiex jiġu ttestjati ċerti proprjetajiet fiżiċi-kimiċi jew dwar tagħrif ieħor li ma għandhux x'jaqsam ma' l-informazjoni dwar il-proprjetajiet u/jew is-sigurtà rigward is-saħħa tal-bniedem jew ta' l-annimali jew rigward l-ambjent;

Billi barra minn hekk huwa meħtieġ illi ssir disposizzjoni sabiex tiġi pprovduta eżenzjoni temporanja ta' l-applikazjoni ta' dawn il-prinċipji rigward ċerti ħtiġijiet ta' l-informazzjoni sabiex jippermettu lill-laboratorji fil-kwistjoni li jaddattaw lilhom infushom għall-ħtiġijiet tal-PTL;

Billi l-linji gwida speċifiċi ta' l-Organizzazzjoni Ewropea u Mediterranja għall-Protezzjoni tal-Pjanti (PEMPP) bħalissa jikkostitwixxu l-aħjar bażi disponibbli sabiex jistabbilixxu l-ħtiġijiet minimi li jridu jiġu applikati fl-Istati Membri kollha rigward il-linji gwida użati sabiex tiġi ttestjata l-effikaċità, billi madankollu jidher meħtieġ illi dak li jkun jipproċedi b'urġenza għal eżami ddettaljat ta' dawn il-linji gwida u li tiġi pprovduta disposizzjoni għal standards ogħla fid-Direttiva 91/414/KEE f'każijiet fejn ċerti linji gwida jkunu jidhru inadegwati sabiex tiġi ttestjata l-effikaċità

Billi l-miżuri li hemm disposizzjoni għalihom f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L- Artikolu 1

Id-Direttiva 91/414/KEE hija emendata kif ġej:

1. it-taqsima intestata "Daħla" fl-Anness II tiġi mibdula bl-Anness I ma' hawn;

2. it-taqsima intestata "Daħla" fl-Anness III tiġi mibdula bl-Anness II ma' hawn,

3. It-Taqsima 6 intestata "L-Informazzjoni dwar l-effikaċità" fiż-żewġ Partijiet A u B ta' l-Anness III tiġi mibdula bl-Anness III ma' hawn.

L- Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma din' id-Direttiva fi żmien tnax-il xahar min-notifika ta' magħha li ġejja. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

L- Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-27 ta' Lulju 1993.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 230, tad-19. 8. 1991, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

"DAĦLA

It-tagħrif meħtieġ għandu:

1.1. jinkludi dossier tekniku li jipprovdi t-tagħrif meħtieġ sabiex jiġu evalwati r-riskji prevedibbli, sewwa jekk ikunu immedjati u sewwa jekk ittardjati, illi s-sustanza tista' tinvolvi għall-bniedem, għall-annimali u għall-ambjent u li jkun fih mill-anqas it-tagħrif u r-riżultati ta' l-istudji msemmija hawn taħt;

1.2. fejn rilevanti, jiġi ġġenerat billi jintużaw il-linji gwida riferiti jew deskritti f'dan l-Anness; fil-każ ta' l-istudji mibdija qabel l-adozzjoni tal-modifika ta' dan l-Anness, it-tagħrif għandu jkun iġġenerat bl-użu tal-linji gwida dwar it-testijiet xierqa u vvalidati internazzjonalment jew nazzjonalment jew, fl-assenza ta' dawn, il-linji gwida dwar it-testijiet aċċettati mill-awtorità kompetenti;

1.3. fil-każ ta' linja gwida dwar it-testijiet li ma tkunx approprjata jew mhux deskritta, jew fejn tkun ġiet użata linja gwida oħra li mhux waħda minn dawk riferiti f'dan l-Anness, jinkludi ġustifikazzjoni, illi hija aċċettabbli għall-awtorità kompetenti dwar il-linji gwida użati;

1.4. jinkludi, meta meħtieġ mill-awtorità kompetenti, deskrizzjoni sħiħa dwar il-linji gwida użati dwar it-test, għajr jekk ikunu riferiti jew deskritti f'dan l-Anness, u deskrizzjoni sħiħa ta' kull devjazzjoni minnhom inkluża ġustifikazzjoni, li tkun aċċettabbli għall-awtorità kompetenti, għal dawn id-devjazzjonijiet;

1.5. jinkludi rapport sħiħ u mhux ippreġudikat ta' l-istudji mwettqa kif ukoll deskrizzjoni sħiħa tagħhom jew ġustifikazzjoni, li tkun aċċettabbli lill-awtorità kompetenti fejn:

- ma jiġux ipprovvduti tagħrif u informazzjoni partikolari li ma jkunux meħtieġa minħabba n-natura tal-prodott jew ta' l-użi proposti tiegħu,

jew

- ma jkunx xjentifikament meħtieġ, jew teknikament possibbli illi jiġu pprovduti t-tagħrif u l-informazzjoni;

1.6. fejn rilevanti, ikun ġie ġġenerat skond il-ħtiġijiet tad-Direttiva 86/609/KEE.

2.1. It-testijiet u l-analiżijiet għandhom jiġu kondotti skond il-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva 87/18/KEE [1] fejn it-testijiet isiru għalbiex tinkiseb l-informazzjoni dwar il-proprjetajiet u/jew is-sigurtà rigward is-saħħa tal-bniedem jew is-saħħa ta' l-annimali jew rigward l-ambjent.

2.2. Bħala deroga mill-punt 2.1, it-testijiet u l-analiżijiet magħmula sabiex tinkiseb l-informazzjoni dwar il-proprjetajiet u/jew is-sigurtà rigward in-naħal ta’ l-għasel u l-artropodi l-oħra ta’ ġid (għajr in-naħal) jistgħu jiġu kondotti bil-faċilitajiet jew l-organizzazzjonijiet tat-testijiet uffiċjali jew irrikonoxxuti uffiċjalment li jissodisfaw mill-anqas il-ħtiġijiet kif iddikjarati fil-punti 2.2 u 2.3 tad-Daħla ta' l-Anness III.

Din id-deroga tiskadi fil-31 ta' Diċembru 1999."

[1] ĠU Nru L 15, tas-17. 1. 1987, p. 29.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

"DAĦLA

It-tagħrif meħtieġ għandu:

1.1. jinkludi dossier tekniku li jforni t-tagħrif meħtieġ għall-evalwazzjoni ta' l-effikaċità u r-riskji prevedibbli, kemm jekk immedjati, kif ukoll jekk ittardjati, illi l-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jista' jinvolvi għall-bniedem, għall-annimali u għall-ambjent u li mill-anqas ikun fih it-tagħrif u r-riżultati ta' l-istudji riferiti hawn taħt;

1.2. fejn rilevanti, ikun iġġenerat billi jintużaw il-linji gwida għat-testijiet riferiti jew deskritti f'dan l-Anness;fil-każ ta' l-istudji mibdija qabel l-adozzjoni tal-modifika ta' dan l-Anness, it-tagħrif għandu jiġi ġġenerat billi jintużaw il-linji gwida xierqa għat-testijiet li jkunu vvalidati internazzjonalment jew nazzjonalment, jew fin-nuqqas ta' dawn, il-linji gwida għat-testijiet aċċettati mill-awtorità kompetenti;

1.3. fil-każ illi linja gwida għat-testijiet tkun inapproprjata, jew tiġi użata oħra flok dawk riferiti f'dan l-Anness, jinkludi ġustifikazzjoni, li hija aċċettabbli għall-awtorità kompetenti rigward il-linji gwida użati;

1.4. jinkludi meta meħtieġa mill-awtorità kompetenti, deskrizzjoni sħiħa tal-linji gwida użati, għajr jekk ikunu riferiti jew deskritti f'dan l-Anness, u deskrizzjoni sħiħa ta' kull devjazzjoni minnhom inkluża ġustifikazzjoni, li tiġi aċċettata mill-awtorità kompetenti, rigward dawn id-devjazzjonijiet;

1.5. jinkludi rapport sħiħ u mhux ippreġudikat dwar l-istudji kondotti kif ukoll deskrizzjoni sħiħa tagħhom jew ġustifikazzjoni, li tkun aċċettata mill-awtorità kompetenti fejn:

- ma jiġux ipprovduti t-tagħrif u l-informazzjoni partikolari li ma jkunux meħtieġa minħabba n-natura tal-prodott jew ta' l-użi proposti għalih,

jew

- ma jkunx xjentifikament meħtieġ, jew teknikament possibbli illi jiġu forniti t-tagħrif u l-informazzjoni.

1.6. fejn rilevanti, jkun ġie ġġenerat skond il-ħtiġijiet tad-Direttiva 86/609/KEE.

2.1. It-testijiet u l-analiżijiet għandhom jiġu kondotti skond il-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva 87/18/KEE fejn it-testijiet isiru sabiex tinkiseb l-informazzjoni dwar il-proprjetajiet u/jew is-sigurtà rigward is-saħħa tal-bniedem jew ta' l-annimali jew rigward l-ambjent.

2.2. It-testijiet u l-analiżijiet, meħtieġa skond id-disposizzjonijiet tal-punti 6.2. sa 6.7 tat-Taqsima 6 ta' dan l-Anness, għandhom jiġu kondotti b'faċilitajiet jew minn organizzazzjonijiet tat-testijiet uffiċjali jew irrikonoxxuti uffiċjalment li jissodisfaw mill-anqas il-ħtiġijiet li ġejjin:

- li jkollhom għad-disposizzjoni tagħhom il-personal xjentifiku jew tekniku biżżejjed, bl-edukazzjoni, it-taħriġ, l-għerf tekniku u l-esperjenza meħtieġa għall-funzjonijiet assenjati lilhom,

- li jkollhom għad-disposizzjoni tagħhom l-oġġetti xierqa tat-tagħmir meħtieġa għax-xogħol korrett tat-testijiet u tal-kejlijiet li jippretendi illi huma kompetenti li jwettquhom. Dan it-tagħmir għandu jkun miżmum f'kondizzjoni tajba u kkalibrat fejn xieraq qabel ma jibda jitħaddem u wara dan skond programm stabbilit.

- li jkollhom għad-disposizzjoni tagħhom għelieqi sperimentali xierqa, u fejn meħtieġa serer, kabinetti għat-tkabbir jew kmamar għall-ħażna. L-ambjent li fih jitwettqu t-testijiet ma għandux jinvalida r-riżultati tiegħu jew jaffettwa b'mod żvantaġġuż l-eżattezza meħtieġa tal-kejlijiet,

- li jagħmlu disponibbli lill-personal kollu rilevanti l-proċeduri tat-tħaddim u l-protokolli użati għall-provi,

- li jagħmlu disponibbli, fejn mitlub mill-awtorità kompetenti, qabel ma jinbeda test, it-tagħrif iddettaljat dwaru, li jkun fih mill-anqas il-lokazzjoni tiegħu u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti inklużi fih,

- li jiżgura illi l-kwalità tax-xogħol imwettaq ikun approprjat għat-tip, il-firxa, il-volum u l-għan maħsub tiegħu,

- ir-reġistrazzjonijiet tal-kalibrazzjoni u r-rapport tat-test finali sakemm il-prodott interessat ikun awtorizzat fil-Komunità.

2.3. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi l-faċilitajiet għat-testijiet u l-organizzazzjonijiet uffiċjalment irrikonoxxuti, u, fejn mitlub, il-faċilitajiet u l-organizzazzjonijiet uffiċjali:

- jirrappurtaw lill-awtorità nazzjonali relevanti t-tagħrif kollu ddettaljat meħtieġ għalbiex juri illi jista' jissodisfa l-ħtiġijiet ipprovduti fil-punt 2.2,

- jaċċettaw f'kull ħin l-ispezzjonijiet, li kull Stat Membru għandu jorganizza regolarment fit-territorju tiegħu sabiex jivverifika t-tħaris tal-ħtiġijiet stabbiliti fil-punt 2.2.

2.4. Bħala deroga mill-punt 2.1 id-disposizzjonijiet tal-punti 2.2 u 2.3 japplikaw ukoll sal-31 ta' Diċembru 1999 rigward it-testijiet u l-analiżijiet magħmula sabiex tinkiseb l-informazzjoni dwar il-proprjetajiet u/jew is-sigurtà rigward in-naħal ta’ l-għasel u l-artropodi l-oħra ta’ ġid (għajr in-naħal).

3. It-tagħrif meħtieġ għandu jinkludi l-klassifika u t-tikkettjar proposti għall-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti skond id-Direttivi Komunitarji rilevanti.

4. F'każijiet individwali jista' jkun meħtieġ ċertu tagħrif kif ipprovdut fil-Parti A ta' l-Anness II, għall-formolanti. Qabel ma dan it-tagħrif irid ikun jinħtieġ u qabel ma jridu jitwettqu l-istudji l-ġodda possibbli, irid jiġi kkunsidrat it-tagħrif kollu dwar il-formolant, li jkun ġie magħmul disponibbli lill-awtorità kompetenti, b'mod partikolari meta:

- l-użu tal-formolant ikun permess fl-ikel, fl-għalf ta' l-annimali, fil-mediċini jew fil-kosmetiċi skond il-leġislazzjoni Komunitarja,

jew

- tkun ġiet issottomessa folja bl-informazjoni dwar is-sigurtà rigward il-formolant skond id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE."

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

"6. L-informazzjoni dwar l-effikaċità

Ġenerali

L-informazzjoni fornita għandha tkun biżżejjed għalbiex tippermetti li ssir evalwazjoni tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti. B'mod partikolari għandu jkun possibbli illi jiġu evalwati n-natura u l-kobor tal-benefiċċji li jakkumulaw wara l-użu tat-tħejjija, fejn jeżistu b'paragun mal-prodotti xierqa ta' referenza u l-għetiebi tad-dannu, u għalbiex jiddefinixxu l-kondizzjonijiet għall-użu tiegħu.

In-numru tal-provi li jridu jiġu kondotti u rraportati dwarhom jiddependi prinċipalment fuq fatturi bħalma huma safejn il-proprjetajiet tas-sustanza/i attiva/i li jkunu jinsabu fih/om huma magħrufa u l-firxa tal-kondizzjonijiet differenti li jistgħu jinqalgħu, inklużi l-varjabbiltà fil-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-pjanti, id-differenzi klimatiċi, il-varjazzjoni fil-prattiċi tal-biedja, l-uniformità ta' l-uċuh tar-raba’, il-mod ta' l-applikazzjoni, it-tip ta' l-organiżmu perikoluż u t-tip tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti.

Irid jiġi ġġenerat u ssottomess tagħrif biżżejjed sabiex jikkonferma illi t-tendenzi stabbiliti jgħoddu għar-reġjuni u għall-firxa tal-kondizzjonijiet, li x'aktarx jiltaqgħu magħhom fir-reġjuni interessati, li għalihom irid jiġi rrakkomandat l-użu. Fejn applikant jippretendi illi t-testijiet f'wieħed jew f’iktar mir-reġjuni proposti għall-użu ma jkunux meħtieġa billi l-kondizzjonijiet jipparagunawma' dawk f'reġjuni oħra fejn it-testijiet ikunu ġew imwettqa, l-applikant għandu jissustanzja l-pretensjoni tal-komparabbiltà b'xiehda dokumentarja.

Sabiex issir stima tad-differenzi staġjonali, jekk ikun hemm minnhom, irid jiġi ġġenerat u ssottomess tagħrif biżżejjed sabiex jiġi kkonfermat it-twettiq tax-xogħol tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti f'kull reġjun agronomikament u klimatikament differenti għal kull wiċċ tar-raba’ partikolari (jew oġġett tad-dar) taħlit ta' l-organiżmi perikolużi. Normalment iridu jiġu rrappurtati l-provi għall-effikaċità jew il-fitotossiċità, fejn rilevanti, f'mill-anqas żewġ staġuni tat-tkabbir.

Jekk fl-opinjoni ta' l-applikant il-provi ta' l-ewwel staġun jikkonfermaw adegwatament il-validità tal-pretensjonijiet magħmula fuq il-bażi ta' l-estrapolazzjoni tar-riżultati minn uċuh tar-raba’ oħra, mill-oġġetti tad-dar jew mis-sitwazzjonijiet jew minn eżamijiet li jixbħu mill-qrib tħejjijiet simili, trid tiġi pprovduta ġustifikazzjoni, li hija aċċettabbli għall-awtorità kompetenti sabiex ma jitwettaqx ix-xogħol fit-tieni staġun. Bil-maqlub, fejn, minħabba l-kondizzjonijiet klimatiċi jew tas-saħħa tal-pjanti jew minħabba raġunijiet oħra l-informazzjoni miskuba f'kull staġun partikolari tkun ta' valur limitat għall-istima tat-twettiq tax-xogħol, iridu jiġu kondotti u rapportati l-provi fi staġun jew f'iktar.

6.1. Il-provi preliminari

Iridu jiġu ssottomessi rapporti f'għamla mqassra dwar it-testijiet preliminari, inklużi l-istudji tas-serer u ta’ l-għelieqi, użati għalbiex jistmaw l-attività bijoloġika u r-riżultat tal-firxa tad-doża tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti u tas-sustanza/i attiva/i li tinsab/jinsabu fiha, meta mitluba mill-awtorità kompetenti. Dawn ir-rapporti għandhom jipprovdu tagħrif addizzjonali lill-awtorità kompetenti meta tevalwa l-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti. Fejn ma jiġix issottomess dan it-tagħrif, trid tiġi pprovduta ġustifikazzjoni aċċettabbli għall-awtorità kompetenti.

6.2. L-effikaċità tat-testijiet

L-għanijiet tat-testijiet

It-testijiet għandhom jipprovdu informazzjoni biżżejjed sabiex jippermettu evalwazzjoni tal-livell, tat-tul taż-żmien u tal-konsistenza tal-kontroll jew tal-protezzjoni jew ta' l-effetti l-oħra maħsuba dwar il-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti meta jiġu pparagunati mal-prodotti xierqa ta' referenza, fejn dawn jeżistu.

Il-kondizzjonijiet tat-testijiet

Normalment prova tikkonsisti minn tliet komponenti: il-prodott tat-test, il-prodott ta' referenza u l-kontroll mhux ittrattat.

It-twettiq tax-xogħol tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għandu jiġi investigat b'konnessjoni mal-prodotti xierqa ta' referenza, fejn dawn jeżistu. Prodott xieraq ta' referenza huwa ddefinit bħala prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li jagħti prova biżżejjed tat-twettiq fil-prattika tax-xogħol skond il-kondizzjonijiet agrikoli, tas-saħħa tal-pjanti u ta' l-ambjent (inklużi dawk klimatiċi) fiż-żona proposta għall-użu. B'mod ġenerali, it-tip tal-formolazzjoni, l-effetti fuq l-organiżmi ta' ħsara, il-firxa tax-xogħol u l-metodu ta' l-applikazzjoni għandhom ikunu qrib dawk tal-prodott ittestjat għall-protezzjoni tal-pjanti.

Il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jridu jiġu ttestjati f'ċirkostanzi fejn l-organiżmu ta' ħsara fil-mira jkun ġie muri li kien preżenti f'livell li jikkawża jew li hu magħruf li jikkawża effetti żvantaġġużi (il-produzzjoni, il-kwalità, il-benefiċċju tat-tħaddim) fuq wiċċ tar-raba’ jew fuq żona mhux protetta jew fuq pjanti jew prodotti mill-pjanti li ma jkunux ġew ittrattati jew fejn l-organiżmu ta' ħsara jkun preżenti f'livell hekk illi tista' ssir evalwazzjoni tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti.

Il-provi għalbiex jipprovdu informazzjoni dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti għall-kontroll ta' l-organiżmi ta' ħsara għandhom juru l-livell tal-kontroll ta' l-ispeċi ta' l-organiżmi ta' ħsara interessati jew ta' l-ispeċi rappreżentattiv tal-gruppi li għalihom isiru l-pretensjonijiet. Il-provi jridu jinkludu l-istadji differenti ta' l-iżvilupp taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ l-ispeċi ta' ħsara, fejn dan ikun rilevanti u t-tnissil jew ir-razezz differenti, fejn dawn x'aktarx li juru gradi differenti ta' suxxettibbiltà.

Bl-istess mod, il-provi magħmula sabiex tiġi pprovduta l-informazzjoni dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkunu regolaturi ta' l-iżvilupp tal-pjanti, iridu juru l-livell ta' l-effetti fuq l-ispeċi li jkunu sejrin jiġu ttrattati, u jinkludu investigazzjoni tad-differenzi fir-rispons ta' kampjun rappreżentattiv tal-firxa tal-varjetajiet imnissla bil-kultivazzjoni li fuqu jiġi propost l-użu tiegħu.

Sabiex jiġi ċċarat ir-rispons tad-doża, ir-rati tad-dożi iktar baxxi min dik irrakkomandata għandhom jiġu inklużi f'uħud mill-provi sabiex ikun jista' jiġi stmat jekk ir-rata irrakkomandata hijiex il-minimu meħtieġ għalbiex jinkiseb l-effett mixtieq.

Irid jiġi investigat it-tul taż-żmien ta' l-effetti tat-trattament rigward il-kontroll ta' l-organiżmu fil-mira jew l-effett fuq il-pjanti ttrattati jew fuq il-prodotti mill-pjanti, kif approprjat. Meta tiġi rrakkomandata iktar minn applikazzjoni waħda, għandhom jiġu rrappurtati l-provi li jistabbilixxu t-tul taż-żmien ta' l-effetti ta' l-applikazzjoni, in-numru ta' l-applikazzjonijiet meħtieġa u l-intervalli taż-żmien bejniethom mixtieqa.

Trid tiġi ssottomessa xhieda għalbiex turi illi d-doża, il-ħin u l-metodu ta' l-applikazzjoni rrakkomandati jagħtu kontroll adegwat, protezzjoni jew ikollhom l-effett maħsub fil-firxa taċ-ċirkostanzi li x'aktarx li jiltaqgħu magħhom fl-użu fil-prattika.

Għajr jekk ikun hemm indikazzjonijiet ċari illi t-twettieq tax-xogħol tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti mhux probabbli li jiġi affettwat sa grad sinifikanti mill-fatturi ambjentali, bħalma huma t-temperatura jew ix-xita, irid jitwettaq u jiġi rrappurtat stħarriġ dwar l-effetti ta' dawn il-fatturi dwar it-twettieq tax-xogħol, b'mod partikolari fejn ikun magħruf illi t-twettieq tal-ħidma tal-prodotti relatati kimikament ikun hekk affettwat.

Fejn il-pretensjonijiet proposti tat-tikketta jinkludu rakkomandazzjonijiet dwar l-użu għall-protezzjoni tal-pjanti ma' prodott/i jew awżiljarju/i ieħor/oħra jrid jiġi pprovdut it-tagħrif dwar it-twettieq tax-xogħol tat-taħlita.

Il-linja gwida tat-testijiet

Iridu jiġu ddisinjati l-provi sabiex jinvestigaw kwistjonijiet speċifiċi, jimminimizzaw l-effetti tal-varjazzjoni mingħajr għażla bejn il-partijiet differenti ta' kull lok u jgħinu l-analiżi statistika li trid tiġi applikata lir-riżultati amenabbli għal din l-analiżi. Id-disinn, l-analiżi u r-rappurtaġġ tal-provi għandhom ikunu skond il-linji gwida 152 u 181 ta' l-Organizzazzjoni Ewropea u Mediterranja għall-Protezzjoni tal-Pjanti (OEMPP). Ir-rapport għandu jinkludi stima kritika u ddettaljata ta' l-informazzjoni.

Il-provi jridu jiġu mwettqa skond il-linji gwida speċifiċi ta' l-OEMPP, fejn disponibbli, jew fejn Stat Membru jkun hekk jeħtieġ u meta t-test jitwettaq fit-teritorju ta' dan l-Istat Membru, bil-linji gwida li jissodisfaw mill-anqas il-ħtiġijiet tal-linja gwida korrispondenti ta' l-OEMPP

Trid titwettaq analiżi statisitika tar-riżultati amenabbli għal din l-analiżi; fejn ikun meħtieġ il-linja gwida użata trid tiġi addattata sabiex tgħin lil din l-analiżi.

6.3. It-tagħrif dwar l-okkorrenza jew l-okkorrenza possibbli ta' l-iżvilupp tar-reżistenza

Iridu jiġu pprovduti l-informazzjoni tal-laboratorju u fejn jeżisti, it-tagħrif li għandu x'jaqsam ma' l-okkorrenza u l-iżvilupp tar-reżistenza jew ir-reżistenza minn naħa għall-oħra fil-popolazzjonijiet ta' l-organiżmi ta' ħsara għas-sustanza/i attiva/i, jew għas-sustanzi attivi li għandom x'jaqsmu magħhom. Fejn dan it-tagħrif ma jkunx direttament rilevanti għall-użi li għalihom tiġi mfittxa l-awtorizzazzjoni jew għat-tiġdid tagħha (speċji differenti ta' organiżmi ta' ħsara jew uċuh differenti tar-raba’), irid madankollu jiġi pprovdut, jekk ikun disponibbli, billi jista' jipprovdi indikazzjoni dwar il-probabbiltà tar-reżistenza li tiżviluppa fil-popolazzjoni fil-mira.

Fejn ikun hemm xhieda jew tagħrif li jissuġġerixxu illi, fl-użu kummerċjali, x'aktarx li tiżviluppa r-reżistenza, trid tiġi ġġenerata u ssottomessa x-xhieda dwar is-sensittività tal-popolazzjoni ta' l-organiżmu ta' ħsara interessat għall-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti. F'dawn il-każi trid tiġi pprovduta strateġija maniġerjali ddisinnjata sabiex timminimizza l-probabbiltà tar-reżistenza jew tar-reżistenza minn naħa għall-oħra li jiżviluppaw fl-ispeċi fil-mira.

6.4. L-effetti fuq il-produzzjoni tal-pjanti ttrattati jew tal-prodotti mill-pjanti f'termini ta' kwantità u/jew kwalità

6.4.1. L-effetti fuq il-kwalità tal-pjanti jew tal-prodott mill-pjanti

L-għan tat-testijiet

It-testijiet għandhom jipprovdu informazzjoni biżżejjed għalbiex jippermettu l-evalwazzjoni ta' l-okkorrenza possibbli ta' nġiesa jew ta' riħa jew ta' aspetti oħra tal-kwalità fil-pjanti jew fil-prodotti mill-pjanti wara t-trattament bil-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti.

Iċ-ċirkostanzi li fihom huma meħtieġa

Għandha tiġi investigata u rrappurtata l-possibbiltà ta' l-okkorrenza ta' nġiesa jew riħa fl-uċuh tar-raba’ għall-ikel fejn:

- in-natura tal-prodotti jew ta' l-użu tagħhom ikunu hekk illi jista' jiġi mistenni r-riskju ta' l-okkorrenza ta' l-inġiesa jew tar-riħa,

jew

- il-prodotti l-oħra bbażati fuq dan l-ingredjent attiv jew wieħed jixbħu ħafna kienu ġew murija li jippreżentaw ir-riskju ta' l-okkorrenza ta' l-inġiesa jew tar-riħa.

Iridu jiġu investigati u rrappurtati l-effetti tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fuq l-aspetti l-oħra tal-kwalità tal-pjanti ttrattati jew tal-prodotti mill-pjanti fejn:

- in-natura tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jew l-użu tiegħu jista' jkollhom influwenza żvantaġġuża fuq l-aspetti l-oħra tal-kwalità (per eżempju fil-każ ta' l-użu tar-regolaturi ta' l-iżvilupp tal-pjanti qrib jew mal-ħsad), jew

- il-prodotti l-oħra bbażati fuq l-istess ingredjent attiv jew wieħed jixxiebaħ mill-qrib kienu ġew murija illi għandhom influwenza żvantaġġuża fuq il-kwalità.

It-testijiet għandhom jiġu kondotti fil-bidu fuq l-uċuh ewliena tar-raba’ li fuqhom il-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jrid jiġi użat, b'darbtejn id-daqs tar-rati normali ta' l-applikazzjoni u bl-użu, fejn rilevanti, tal-metodi ewlenin tal-proċessar. Fejn l-effetti jiġu osservati huwa meħtieġ li jitwettqu t-testijiet bir-rata normali ta' l-applikazzjoni.

Il-kobor ta' l-investigazzjoni meħtieġa fuq l-uċuh l-oħra jrid jiddependi fuq il-grad tax-xebħ tagħhom għall-uċuh li jkunu diġà ġew ittestjati, il-kwantità u l-kwalità ta' l-informazzjoni disponibbli dwar dawn l-uċuh ewliena u safejn ikunu simili l-manjiera ta' l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti u l-metodi tal-proċessar. Huwa ġeneralment biżżejjed illi jsir it-test bit-tip ewlieni tal-formolazzjoni li jrid jiġi awtorizzat.

6.4.2. L-effetti fuq il-proċess tat-trasformazzjoni

L-għan tat-testijiet

It-testijiet għandhom jipprovdu informazzjoni biżżejjed sabiex tkun tista' ssir evalwazzjoni ta' l-okkorrenza possibbli ta' l-effetti żvantaġġużi wara t-trattament bil-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fuq il-proċessi tat-trasformazzjoni jew fuq il-kwalità tal-prodotti tagħhom.

Iċ-ċirkostanzi li fihom jiġu meħtieġa

Meta l-pjanti jew il-prodotti mill-pjanti ttrattati jkunu normalment maħsuba sabiex jintużaw fil-proċess tat-trasformazzjoni bħalma huma l-għemil ta' l-inbid, l-għemil tal-birra jew l-għemil tal-ħobż u meta fi żmien il-ħsad ikunu preżenti fdalijiet sinifikanti, trid tiġi investigata u rrappurtata l-possibbiltà ta' l-okkorrenza ta' l-effetti żvantaġġużi:

- ikun hemm indikazzjonijiet illi l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti seta' kellu influwenza fuq il-proċessi involuti (per eżempju fil-każ ta' l-użu tar-regolaturi ta' l-iżvilupp tal-pjanti jew tal-fungiċidi qrib taż-żmien tal-ħsad),

jew

- prodotti oħra bbażati fuq l-istess ingredjent attiv jew ingredjent attiv simili kienu ġew murija li kellhom effett żvantaġġuż fuq dawn il-proċessi jew il-prodotti tiegħu.

Huwa ġeneralment biżżejjed li jitwettaq it-test bit-tip ewlieni li jrid jiġi awtorizzat għall-formolazzjoni.

6.4.3. L-effetti fuq il-produzzjoni tal-pjanti jew fuq il-prodotti mill-pjanti ttrattati

L-għan tat-testijiet

It-test għandu jipprovdi informazzjoni biżżejjed sabiex jippermetti l-evalwazzjoni tat-twettiq tax-xogħol tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti u ta' l-okkorrenza possibbli tat-tnaqqis fil-produzzjoni jew fit-telf fil-magazzinaġġ tal-pjanti jew tal-prodotti mill-pjanti ttrattati.

Iċ-ċirkostanzi li fih ikun meħtieġ

Iridu jiġu stabbiliti l-effetti tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fuq il-produzzjoni jew fuq il-komponenti tal-produzzjoni tal-pjanti ttrattati, fejn rilevanti. Meta l-pjanti jew il-prodotti mill-pjanti ttrattati x'aktarx li jiġu maħżuna, għandu jiġi stabbilit l-effett fuq il-produzzjoni wara l-magazzinaġġ, inkluża l-informazzjoni dwar it-tul ta' ħajja tal-magazzinaġġ, fejn rilevanti.

Dan it-tagħrif ikun normalment disponibbli mit-testijiet meħtieġa skond id-disposizzjoniijiet tal-punt 6.2.

6.5. Il-fitotossiċità għall-pjanti fil-mira (inklużi l-varjetajiet differenti mnissla bil-kultivazzjoni), jew għall-prodotti mill-pjanti fil-mira

L-għan tat-testijiet

It-test għandu jipprovdi informazzjoni biżżejjed sabiex jippemetti l-evalwazzjoni dwar it-twettiq tax-xogħol tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti u dwar l-okkorrenza possibbli tal-fitotossiċità wara t-trattament bil-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti.

Iċ-ċirkostanzi li fihom ikun meħtieġ

Għall-erbiċidi u għall-prodotti l-oħra għall-protezzjoni tal-pjanti li għalihom l-effetti żvantaġġużi, ikunu kemm ikunu transitorji, jidhru waqt il-provi, imwettqa skond il-punt 6.2, iridu jiġu stabbiliti l-marġni tas-selettività fuq l-uċuh tar-raba’ fil-mira, billi tintuża għal darbtejn ir-rata rrakkomandata ta' l-applikazzjoni. Fejn jidhru effetti fitotossiċi serji, trid tiġi investigata wkoll ir-rata intermedjarja ta' l-applikazzjoni.

Fejn jiġru effetti żvantaġġużi, imma jkun pretest illi ma jkunux importanti meta pparagunati mal-benefiċċji ta' l-użu jew ikunu transjenti, hija meħtieġa x-xhieda sabiex tapoġġja din il-pretensjoni. Jekk ikun meħtieġ, irid jiġi ssottomess il-kejl tal-produzzjoni.

Trid tiġi murija s-sigurtà ta' prodott għall-protezzjoni tal-pjanti rigward il-varjetajiet ewliena mnissla bil-kultivazzjoni ta' l-uċuh ewliena tar-raba’ li għalihom ikun irrakkomandat, inklużi l-effetti ta' l-istadju ta' l-iżvilupp tal-wiċċ tar-raba’, is-saħħa u l-fatturi l-oħra li jistgħu jinfluwenzaw is-suxxettibbiltà għad-dannu jew għall-ħsara.

Il-kobor ta' l-investigazzjoni meħtieġa fuq l-uċuh tar-raba’ l-oħra irid jiddependi fuq il-livell tax-xebħ tagħhom ma' l-uċuh ewliena tar-raba’ diġà ttestjati, mal-kwantità u l-kwalità ta' l-informazzjoni disponibbli dwar dawn l-uċuh ewliena tar-raba’ u safejn ikun jixbaħ il-manjiera ta' l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, jekk dan ikun relevanti. Huwa ġeneralment biżżejjed illi jitwettaq it-test bit-tip ewlieni li jrid jiġi awtorizzat tal-formolazzjoni.

Fejn il-pretensjonijiet proposti tat-tikketti jinkludu rakkomandazzjonijiet dwar l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti ma' prodott/i oħra għall-protezzjoni tal-pjanti, id-disposizzjonijiet tal-paragrafu ta' qabel japplikaw għat-taħlita.

Il-linja gwida għat-testijiet

Iridu jitwettqu l-osservazzjonijiet li jirrigwardaw il-fitotossiċità fit-testijiet ipprovvduti fil-punt 6.2.

Fejn jidhru l-effetti fitotossiċi, għandhom jiġu stmati u rreġistrati bi preċiżjoni skond il-linja gwida 135 ta' l-OEMPP jew meta Stat Membru hekk jeħtieġ u meta t-test jitwettaq fit-territorju ta' dan l-Istat Membru, bil-linji gwida li jissodisfaw mill-anqas il-ħtiġijiet ta' din il-linja gwida ta' l-OEMPP.

Trid titwettaq analiżi statistika tar-riżultati amenabbli għal din l-analiżi, fejn meħtieġ il-linja gwida użata trid tiġi addattata sabiex tgħin lil din l-analiżi.

6.6. L-osservazzjonijiet dwar l-effetti sekondarji mhux mixtieqa jew mhux maħsuba, p.e. fuq l-organiżmi ta' benefiċċju jew oħrajn mhux fil-mira, fuq l-uċuh tar-raba’ li jiġu wara, fuq il-pjanti l-oħra ttrattati jew fuq il-partijiet tal-pjanti ttrattati użati għall-għanijiet tal-propogazzjoni (p. e. iż-żerriegħa, it-tirqid, il-pjanti li jixxebilku).

6.6.1. L-impatt fuq l-uċuh tar-raba’ li jiġu wara

L-għan tat-tagħrif meħtieġ

Trid tiġi rrappurtata informazzjoni biżżejjed sabiex tippermetti l-evalwazzjoni ta' l-effetti żvantaġġużi possibbli dwar it-trattament bil-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fuq l-uċuh tar-raba’ li jiġu wara.

Iċ-ċirkostanzi li fihom tkun meħtieġa

Fejn l-informazzjoni, iġġenerata skond il-punt 9.1 fit-Taqsima 9, turi illi l-fdalijiet ta' sinifikat tas-sustanzi attivi, tal-metaboliti jew tal-prodotti li jiddegradaw, li għandhom jew jista' jkollhom attività bijologika fuq l-uċuh tar-raba’ li jiġu wara, jibqgħu fil-ħamrija jew fil-materjali ta' l-impjanti, bħat-tiben jew il-materjal organiku li jibqa' saż-żmien taż-żrigħ jew tat-taħwil ta' l-uċuh tar-raba’ li possibiliment jiġu wara, iridu jiġu pprovduti l-osservazzjonijiet dwar l-effetti fuq il-firxa normali ta' l-uċuh tar-raba’ li jiġu wara.

6.6.2. L-impatt fuq il-pjanti l-oħra, inklużi l-uċuh tar-raba’ li jmissu magħhom

L-għan tat-tagħrif meħtieġ

Trid tiġi rrappurtata informazzjoni biżżejjed sabiex tippermetti l-evalwazzjoni ta' l-effetti żvantaġġużi possibbli dwar it-trattament bil-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fuq il-pjanti l-oħra, inklużi l-uċuh tar-raba’’ li jmissu magħhom.

Iċ-ċirkostanzi li fihom tkun meħtieġa

Iridu jiġu ssottomessi l-osservazzjonijiet dwar l-effetti żvantaġġużi fuq il-pjanti l-oħra, inkluża l-firxa normali ta' l-uċuh tar-raba’ li jmissu magħhom, fejn ikun hemm indikazzjonijiet illi l-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jista' jaffettwa dawn il-pjanti permezz tal-mixi tal-fwar.

6.6.3. L-impatt fuq il-pjanti ttrattati jew fuq il-prodotti mill-pjanti li jridu jintużaw għall-propogazzjoni

L-għan tat-tagħrif meħtieġ

Trid tiġi rrappurtata informazzjoni biżżejjed sabiex tippermetti l-evalwazzjoni ta' l-effetti żvantaġġużi possibbli dwar it-trattament bil-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fuq il-pjanti jew il-prodotti mill-pjanti li jridu jintużaw għall-propagazzjoni.

Iċ-ċirkostanzi li fihom tkun meħtieġa

Iridu jiġu ssottomessi l-osservazzjonijiet dwar l-impatt tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fuq il-partijiet tal-pjanti użati għall-propagazzjoni għajr fejn l-użi proposti jipprekludu l-użu fuq l-uċuh tar-raba’ maħsuba għall-produzzjoni taż-żerriegħa, għat-tirqid, għall-pjanti li jixxebilku jew għat-tuberi tat-taħwil, kif approprjat.

(i) għaż- żerriegħa - il-vijabbiltà, il-ġerminazzjoni u l-qawwa;

(ii) it-tirqid - ir-rati tat-tkabbir ta’ l-għeruq u ta' l-iżvilupp;

(iii) il-pjanti li jixxebilku – ir-rati ta' l-istabbiliment u ta' l-iżvilupp;

(iv) it-tuberi - in-nebbieta u l-iżvilupp normali.

Il-linji gwida għat-testijiet

It-testijiet taż-żerriegħa għandhom isiru skond il-Metodi ta' l-ISTA [1].

6.6.4. L-effetti fuq l-organiżmi ta' benefiċċju u l-organiżmi l-oħra mhux fil-mira

Għandu jiġi rrappurtat kull effett, pożittiv jew negattiv, dwar l-okkorrenza ta' l-organiżmi l-oħra ta' ħsara, li jiġu osservati fit-testijiet magħmula skond il-ħtiġijiet ta' din it-Taqsima. Irid jiġi rrappurtat ukoll kull effett ambjentali osservat, speċjalment l-effetti fuq l-annimali selvaġġi u/jew l-organiżmi li jagħmlu l-ġid.

6.7. Is-sommarju u l-evalwazzjoni ta' l-informazzjoni ppreżentata fis-6.1 sa' 6.6

Għandu jingħata sommarju ta' l-informazzjoni kollha u ta' kull tagħrif ipprovduti fil-punti 6.1 sa' 6.6, flimkien ma' stima kritika ta' l-informazzjoni, b'referenza partikolari għall-benefiċċji li joffri l-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, l-effetti żvantaġġużi li jinqalgħu jew li jistgħu jinqalgħu u l-miżuri meħtieġa sabiex jiġu evitati jew imminimizzati l-effetti żvantaġġużi."

[1] Ir-regoli internazzjonali għat-testijiet taż-żerrriegħa, 1985. Il-Proċeduri ta' l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Testijiet taż-Żerriegħa, tax-Xjenza u Teknoloġija taż-Żerriegħa, Volum 13, No 2, 1985.

--------------------------------------------------

Top