This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31993L0032
Council Directive 93/32/EEC of 14 June 1993 on passenger hand-holds on two-wheel motor vehicles
Id-Direttiva tal-Kunsill 93/32/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1993 fuq imqabad ta' l-idejn għall-passiġġieri fuq vetturi bil-mutur b'żewġ roti
Id-Direttiva tal-Kunsill 93/32/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1993 fuq imqabad ta' l-idejn għall-passiġġieri fuq vetturi bil-mutur b'żewġ roti
ĠU L 188, 29.7.1993, p. 28–31
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009; Imħassar b' 32009L0079
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 31993L0032R(01) | (EN, FI, SV) | |||
Modified by | 31999L0024 | Emenda | anness | 11/05/1999 | |
Repealed by | 32009L0079 |
Official Journal L 188 , 29/07/1993 P. 0028 - 0031
Finnish special edition: Chapter 7 Volume 4 P. 0234
Swedish special edition: Chapter 7 Volume 4 P. 0234
Id-Direttiva tal-Kunsill 93/32/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1993 fuq imqabad ta' l-idejn għall-passiġġieri fuq vetturi bil-mutur b'żewġ roti IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu, Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi b'żewġ jew bi tliet roti [1], Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [2], B'kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [3], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [4], Billi s-suq intern jinkludi żona mingħajr fruntieri interni li fiha l-moviment liberu ta' merkanzija, persuni, servizzi u kapital huwa żgurat; billi l-miżuri meħtieġa għal dak l-iskop għandhom ikunu adottati; Billi, fir-rigward ta' mqabad ta' l-idejn għall-passiġġieri tagħhom, f'kull Stat Membru vetturi bil-mutur b'żewġ roti jridu juru ċerti karatteristiċi tekniċi stabbiliti b'dispożizzjonijiet obbligatorji li huma differenti minn Stat Membru għal ieħor; billi, bħala riżultat tad-differenzi tagħhom, dawn id-dispożizzjonijiet joħolqu barriera għall-kummerċ ġewwa l-Komunità; Billi dawn l-ostakli għall-operat tas-suq intern jistgħu jitneħħew jekk l-istess ħtiġijiet ikunu adottati mill-Istati Membri kollha minflok ir-regoli nazzjonali tagħhom; Billi huwa meħtieġ li jitfasslu ħtiġijiet armonizzati dwar imqabad għall-idejn għall-passiġġieri fuq vetturi bil-mutur b'żewġ roti sabiex jagħmluha possibbli li l-proċeduri ta' approvazzjoni tat-tip u approvazzjoni tat-tip tal-komponent stabiliti fid-Direttiva 92/61/KEE jkunu applikati għal kull tip ta' vetturi simili; Billi, meta tqis l-iskala u l-impatt ta' l-azzjoni proposta fis-settur in kwistjoni, il-miżuri tal-Komunità koperti b'din id-Direttiva huma meħtieġa, tassew essenzjali, biex jinkiseb l-għan maħsub, li huwa li tkun stabbilita approvazzjoni tat-tip ta' vettura tal-Komunità; billi dak l-għan ma jistax jintlaħaq b'mod xieraq mill-Istati Membri individwali, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Din id-Direttiva u l-Anness tagħha japplikaw għal imqabad ta' l-idejn għall-passiġġieri ta' kull tip ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti kif definiti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE. L-Artikolu 2 Il-proċedura għall-għoti ta' approvazzjoni tat-tip tal-komponent fir-rigward ta' mqabad ta' l-idejn għall-passiġieri fuq tip ta' vettura bil-mutur b'żewġ roti u l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-moviment liberu ta' l-imsemmija vetturi għandhom ikunu stabbiliti fil-Kapitoli II u III tad-Direttiva 92/61/KEE. L-Artikolu 3 Kull emenda meħtieġa biex ikunu addattati l-ħtiġijiet ta' l-Annessi għall-progress tekniku għandhom ikunu adottati b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE [5]. L-Artikolu 4 1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-14 ta' Diċembru 1993. Huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkazzjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri. Mid-data msemmija fl-ewwel sotto-paragrafu l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet marbuta ma' l-imqabad ta' l-idejn għall-passiġġieri, jimpedixxu id-dħul inizjali fis-servizz ta' vetturi li huma konformi ma' din id-Direttiva. Huma għandhom iħaddmu d-dispożizzjonijiet riferiti fl-ewwel sub-paragrafu mill-14 ta' Ġunju 1995. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-kamp kopert b'din id-Direttiva. L-Artikolu 5 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fil-Lussemburgu, fl-14 ta' Ġunju 1993. Għall-Kunsill Il-President J. TRØJBORG [1] ĠU L 225, ta' l-10.8.1992, p. 72. [2] ĠU C 293, tad-9.11.1992, p. 49. [3] ĠU C 337, tal- 21.12.1992, p. 103, u ĠU C 150, tal-31.5.1993. [4] ĠU C 73, tal-15.3.1993, p. 22. [5] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/53/KEE (ĠU L 225, ta' l-10.8.1992, p. 1). -------------------------------------------------- L-ANNESS 1. ĦTIĠIET ĠENERALI Fejn issir dispożizzjoni għall-ġarr ta' passiġġier, il-vettura jrid ikollha sistema ta' maqbad għall-idejn tal-passiġġier, Dik għandha tieħu l-forma ta' ċinga jew maqbad ta' l-idejn jew imqabad ta' l-idejn. 1.1. Ċinga Iċ-ċinga trid tkun imwaħħla mal-magħqad b'mod li faċilment tkun tista' tintuża mill-passiġġier. Iċ-ċinga u kif tkun imwaħħla jridu jkunu disenjati b'mod li jifilħu, mingħajr ma jitqattgħu, forza ta' ġbid vertikali ta' 2000 N applikata waqt li tkun wieqfa fiċ-ċentru tal-wiċċ taċ-ċinga bi pressjoni massima ta' 2 MPa. 1.2. Maqbad ta' l-idejn Jekk jintuża maqbad għandu jkun qrib il-magħqad u simetriku għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura. Il-maqbad ta' l-idejn għandu jkun disenjat b'mod li jkun jiflaħ, mingħajr ma jinqata', forza vertikali ta' ġbid ta' 2000 N applikata waqt li (l-vettura) tkun wieqfa fiċ-ċentru tal-maqbad ta' l-idejn bi pressjoni massima ta' 2 MPa. Jekk żewġ imqabad ta' l-idejn ikunu użati, huma jridu jitwaħħlu wieħed kull naħa f'manjiera simmetrika. Dawn l-imaqbad ta' l-idejn iridu jkunu disenjati b'mod li jkunu jifilħu, mingħajr ma jinqatgħu, forza vertikali ta' ġbid ta' 1000 N, applikata waqt li (l-vettura) tkun wieqfa fiċ-ċentru tal-maqbad ta' l-idejn bi pressjoni massima ta' 1 MPa. --------------------------------------------------