Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993L0016

    Id-Direttiva Tal-Kunsill 93/16/KEE tal-5 ta’ April 1993 biex tiffaċilità l-moviment liberu tat-tobba u r-rikonoxximent tad-diplomi, ċertifikati u prova oħra ta’ kwalifiki formali tagħhom

    ĠU L 165, 7.7.1993, p. 1–24 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/10/2007; Imħassar b' 32005L0036

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1993/16/oj

    31993L0016



    Official Journal L 165 , 07/07/1993 P. 0001 - 0024
    Finnish special edition: Chapter 6 Volume 4 P. 0102
    Swedish special edition: Chapter 6 Volume 4 P. 0102


    Id-Direttiva tal-Kunsill 93/16/KEE

    tal-5 ta’ April 1993

    biex tiffaċilità l-moviment liberu tat-tobba u r-rikonoxximent tad-diplomi, ċertifikati u provi oħra ta’ kwalifiki formali tagħhom

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 49, l-Artikolu 57(1) u (2), l-ewwel u t-tielet sentenza, u l-Artikolu 66 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    B’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

    Billi d-Direttivi tal-Kunsill 75/362/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1975 li jikkonċernaw ir-rikonoxximent tad-diplomi, ċertifikati u prova oħra ta’ kwalifiki formali fil-mediċina, jinkludu miżuri biex jiffaċilitàw l-eżerċizzju effettiv tad-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi [3] u 75/363/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1975 li tikkonċerna l-koordinament tad-dispożizzjonijiet stabbiliti b’liġi, b’regolamenti u b’azzjoni amministrattiva fir-rigward ta’ l-attivitajiet tat-tobba [4] ġew emendati kemm-il darba u sostanzjalment; billi, għalhekk, għal raġunijiet ta’ ċarezza u razzjonalità, id-Direttivi msemmija għandhom ikunu kkonsolidati; billi huwa tajjeb wkoll li, billi jinġabru d-Direttivi msemmija f’test wieħed, tiġi inkorporata magħhom id-Direttiva tal-Kunsill 86/457/KEE tal-15 ta’ Settembru 1986 dwar taħriġ speċifiku fil-prattika medika ġenerali [5];

    Billi, skond it-Trattat, kull trattament diskriminatorju fuq bażi ta’ nazzjonalità fir-rigward ta’stabbiliment u l-proviżjoni tas-servizzi huwa projbit mit-tmiem tal-perijodu transitorju; billi l-prinċipju ta’ trattament bħal dan ibbażat fuq in-nazzjonalità japplika b’mod partikolari għall-għoti ta’ xi awtorizzazzjoni mitluba biex wieħed jaħdem ta’ tabib u wkoll biex wieħed jirreġistra ma’, jew isir membru ta’, organizzazzjonijiet jew korpi professjonali;

    Billi jidher madankollu mixtieq li jkunu introdotti ċerti provvedimenti biex jiffaċilitàw l-eżerċizzju effettiv tad-dritt ta’ stabbiliment u ta’ libertà biex jiġu pprovduti servizzi fir-rigward ta’ l-attivitajiet tat-tobba;

    Billi, skond it-Trattat, l-Istati Membri huma mitluba biex ma jagħtu l-ebda forma ta’ għajnuna li tista’ tgħawweġ il-kondizzjonijiet ta’ l-istabbiliment;

    Billi l-Artikolu 57(1) tat-Trattat jistipula li jinħarġu direttivi għar-rikonoxximent ta’ diplomi, ċertifikati u provi oħra ta’ kwalifiki formali; billi l-għan ta’ din id-Direttiva huwa r-rikonoxximent ta’ diplomi, ċertifikati u evidenzi oħra ta’ kwalifiki formali li bihom wieħed jista’ jidħol fil-qasam tal-mediċina u r-rikonoxximent ta’ diplomi, ċertifikati u evidenzi oħra formali fir-rigward ta’ speċjalisti;

    Billi, f’dak li għandu x’jaqsam mat-taħriġ ta’ speċjalisti, rikonoxximent tal-kwalifiki tat-taħriġ huwa xieraq fejn dawn il-kwalifiki, meta ma jkunux kondizzjoni ta’ aċċess biex tinbeda l-attività ta’ speċjalista, xorta jagħtuh iċ-ċans li juża t-titolu ta’ speċjalista;

    Billi xi tibdiliet fil-leġislazzjoni ta’ l-Istati Membri ġabu magħhom ċerti emendi tekniċi meħtieġa biex jikkunsidraw, b’mod partikolari, il-bidliet fit-titoli tad-diplomi, ċertifikati u provi oħra ta’ kwalifiki formali f’dawn il-professjonijiet jew fid-deskrizzjoni ta’ ċerti speċjalizzazzjonijiet mediċi, kif ukoll l-istabbiliment ta’ ċerti speċjalizzazzjonijiet mediċi ġodda jew in-nuqqas ta’ kontinwazzjoni ta’ ċerti speċjalizzazzjonijiet li kienu jsiru qabel fl-Istati Membri;

    Billi huwa xieraq li jsiru provvedimenti għal miżuri relatati mad-drittijiet miksuba fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ diplomi, ċertifikati u provi oħra ta’ kwalifiki formali fil-mediċina maħruġa mill-Istati Membri u li japprovaw it-taħriġ li kien inbeda qabel l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva;

    Billi, fir-rigward ta’ pussess ta’ ċertifikat formali ta’ taħriġ, peress li d-Direttiva dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi ma timplikax neċessarjament ekwivalenza mat-taħriġ kopert minn diplomi bħal dawn, l-użu ta’ kwalifiki għandu jkun awtorizzat biss fil-lingwa ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini jew ta’ l-Istat Membru li minnu jiġi ċ-ċittadin barrani;

    Billi, biex tiġi ffaċilitàta l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva mill-awtoritàjiet nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jippreskrivu li, b’żieda maċ-ċertifikati formali ta’ taħriġ, il-persuna li tissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ taħriġ mitluba minn din id-Direttiva għandha tipprovdi ċertifikat mill-awtoritàjiet kompetenti tal-pajjiż ta’ l-oriġini tagħha jew tal-pajjiż li ġejja minnu li fih tiddikjara li dawn iċ-ċertifikati huma dawk koperti mid-Direttiva;

    Billi din id-Direttiva ma taffettwax il-provvedimenti stabbiliti b’liġi, b’regolamenti jew b’azzjonijiet amministrattivi fl-Istati Membri, li jipprojbixxu l-kumpaniji jew id-ditti kummerċjali milli jeżerċitaw professjoni medika jew li jimponu fuqhom ċerti kundizzjonijiet għal din it-tip ta’ professjoni;

    Billi, fil-każ ta’ provvista ta’ servizzi, il-ħtieġa ta’ reġistrazzjoni ma’, jew li ssir membru ta’, organizzazzjonijiet jew korpi professjonali, peress li hija relatata man-natura fissa u permanenti ta’ l-attività magħmula fil-pajjiż ospitanti, mingħajr dubju tikkostitwixxi ostaklu għal persuna li tixtieq tipprovdi servizz, minħabba n-natura temporanja ta’ l-attività tagħha; billi din il-ħtieġa għandha għalhekk tkun imħassra; billi, però, f’dan il-każ, kontroll fuq id-dixxiplina professjonali, li hija r-responsabbiltà ta’ dawn l-organizzazzjonijiet jew korpi professjonali, għandu jkun iggarantit; billi, għal dan il-għan, għandu jkun iggarantit; billi, għalhekk, għandu jkun ipprovdut, suġġett għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 62 tat-Trattat, li l-persuna kkonċernata tista’ tkun mitluba li tissottometti lejn l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li jospita d-dettalji relatati mal-provvediment tas-servizzi;

    Billi, fir-rigward tal-ħtiġiet relatati ma’ karattru tajjeb u reputazzjoni tajba, għandha ssir distinzjoni bejn il-ħtiġiet li għandom ikunu sodisfatti biex wieħed jieħu l-professjoni u dawk li għandhom ikunu sodisfatti biex wieħed jipprattikaha;

    Billi, bil-għan li jkun hemm rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u provi oħra ta’ kwalifiki formali fil-mediċina speċjalizzata u biex il-membri kollha tal-professjoni li huma ċittadini ta’ l-Istati Membri jitpoġġew fuq l-istess livell fi ħdan il-Komunità, xi koordinament għal ħtiġiet għat-taħriġ fil-mediċina speċjalizzata jidher meħtieġ; billi ċerti kriterji minimi għandhom ikunu stabbiliti għal dan il-għan li jikkonċerna id-dritt li wieħed jieħu t-taħriġ speċjalizzat, il-perijodu minimu ta’ taħriġ, il-metodu kif isir dan it-taħriġ u l-post fejn għandu jitwettaq, kif ukoll is-sorveljanza li għandu jkun suġġett għaliha; billi dawn il-kriterji jikkonċernaw biss l-ispeċjalizzazzjonijiet komuni fl-Istati Membri kollha jew f’żewġ Stati Membri jew aktar;

    Billi l-koordinament tal-kondizzjonijiet għad-dedikazzjoni ta’ dawn l-attivitajiet, kif ikkunsidrat minn din id-Direttiva, ma jeskludix kull koordinament sussegwenti;

    Billi l-punt intlaħaq fejn huwa universalment rikonoxxut li hemm bżonn ta’ taħriġ speċifiku għal tabib ġenerali biex ikollu ċ-ċans li jtejjeb il-funzjoni tiegħu; billi din il-funzjoni, li tiddependi l-aktar fuq it-tagħrif personali tat-tabib fuq l-ambjent tal-pazjenti tiegħu, tikkonsisti f’għoti ta’ pariri fuq il-prevenzjoni mill-mard u l-protezzjoni tas-saħħa ġenerali tal-pazjenti, minbarra l-għoti ta’ trattament xieraq;

    Billi dan il-bżonn għal taħriġ speċifiku għal tobba ġenerali qam prinċipalment bħala riżultat ta’ l-iżvilupp fix-xjenza medika, li kabbret dejjem aktar il-qasma bejn ir-riċerka medika u t-tagħlim fuq naħa u x-xogħol ta’ tabib fuq in-naħa l-oħra, biex b’hekk aspetti importanti tax-xogħol ta’ tabib m’għadhomx jistgħu ikunu mgħallma b’mod sodisfaċenti fl-istruttura preżenti ta’ taħriġ mediku ta’ l-Istati Membri;

    Billi, minbarra l-benefiċċji għal pazjenti, huwa rikonoxxut ukoll li taħriġ mtejjeb għal funzjoni speċifika ta’ tabib ġenerali jikkontribwixxi għal titjib fil-kura tas-saħħa, partikolarment bl-iżvilupp ta’ avviċinament aktar selettiv għal konsultazzjoni ta’ speċjalisti, użu ta’ laboratorji u stabbilimenti u tagħmir ieħor speċjalizzat ħafna;

    Billi taħriġ imtejjeb għal xogħol ta’ tabib sejjer jgħolli l-istatus ta’ tabib ġenerali;

    Billi, għalkemm din is-sitwazzjoni tidher irriversibbli; hija żviluppat b’rati differenti fl-Istati Membri varji; billi huwa mixtieq li jkun assigurat li modi differenti jikkonverġu fi stadji suċċessivi, mingħajr però ma jgħaġġlu żżejjed, bil-ħsieb li jkun hemm taħriġ xieraq għal kull tabib ġenerali biex jissodisfa l-ħtiġiet speċifiċi ta’ tabib ġenerali;

    Billi, biex tiġi assigurata introduzzjoni gradwali għal din ir-riforma, huwa meħtieġ fi stadju tal-bidu li jkun istitwit f’kull Stat Membru taħriġ speċifiku fix-xogħol ta’ tabib ġenerali li jissodisfa l-ħtiġiet minimi ta’ kwalità u kwantità, u jżid mat-taħriġ bażiku minimu li t-tobba ġenerali għandhom jirċievu bi qbil ma’ din id-Direttiva; billi huwa immaterjali jekk dan it-taħriġ fix-xogħol ta’ tabib ġenerali jinkisibx bħala parti ta’, jew separat mit-taħriġ bażiku minimu kif stabbilit nazzjonalment; billi, fit-tieni stadju, għandhom isiru provvedimenti sabiex l-eżerċizzju tax-xogħol ta’ tabib ġenerali taħt skema ta’ sigurtà soċjali tkun suġġetta għat-tlestija ta’ taħriġ speċifiku fix-xogħol ta’ tabib ġenerali; billi aktar proposti biex titkompla r-riforma għandhom sussegwentement jitressqu;

    Billi din id-Direttiva ma taffettwax is-saħħa ta’ l-Istati Membri li jorganizzaw l-iskemi ta’ sigurtà nazzjonali tagħhom u li jiddeterminaw liema attivitajiet għandhom jittwettqu taħt dawn l-iskemi;

    Billi l-koordinament, skond din id-Direttiva, tal-kondizzjonijiet minimi li jirregolaw il-ħruġ ta’ diplomi, ċertifikati, jew provi oħra ta’ kwalifiki formali li jiċċertifikaw tlestija ta’ taħriġ speċifiku fix-xogħol ta’ tabib ġenerali sejjer irendi possibbli r-rikonoxximent ta’ dawn id-diplomi, ċertifikati jew provi oħra ta’ kwalifiki formali mill-Istati Membri;

    Billi, skond din id-Direttiva, Stat Membru ospitanti mhux intitolat li jenħtieġ minn prattikanti tal-mediċina, li għandhom diplomi miksuba fi Stat Membru ieħor u rikonoxxuti bis-saħħa ta’ din id-Direttiva, biex itemmu xi taħriġ addizzjonali biex jaħdmu fl-iskema tas-sigurtà soċjali tiegħu, anki meta t-taħriġ bħal dan huwa mitlub għal dawk li għandhom diplomi ta’ mediċina miksuba fit-territorju tiegħu; billi din il-konsegwenza ta’ din id-Direttiva sejra tibqa’ fis-seħħ fir-rigward ta’ l-attwazzjoni tax-xogħol ta’ tabib ġenerali permezz ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali sa l-1 ta’ Jannar 1995, minn din id-data din id-Direttiva teħtieġ lill-Istati Membri kollha biex jagħmlu x-xogħol ta’ tabib ġenerali fil-kuntest ta’ l-iskemi ta’ sigurtà soċjali tagħhom suġġetti għal pussess ta’ taħriġ speċifiku ġenerali fix-xogħol ta’ tabib ġenerali; billi tobba ġenerali stabbiliti qabel id-data skond din id-Direttiva għandu jkollhom id-dritt li jaħdmu bħala tobba ġenerali taħt l-iskema ta’ sigurtà soċjali nazzjonali tal-pajjiż ospitanti jekk ma jkunux temmew it-taħriġ speċifiku fix-xogħol ta’ tabib ġenerali;

    Billi l-koordinament ikkunsidrat minn din id-Direttiva jkopri it-taħriġ professjonali tat-tobba, billi, għal dak li jikkonċerna t-taħriġ, ħafna mill-Istati Membri preżentement ma jagħmlux distinzjoni bejn tobba li jagħmlu l-attività tagħhom bħala persuni impjegati u dawk li jaħdmu għal rashom; billi regoli relatati ma’ karattru tajjeb jew reputazzjoni tajba, dixxiplina professjonali jew użu tat-titolu għal professjonijiet koperti huma jew jistgħu jkunu applikabbli, skond l-Istat Membru individwali, kemm għall-impjegati u kemm għal dawk li jaħdmu għal rashom; billi l-attivitajiet ta’ tabib huma suġġetti fl-Istati Membri kollha għal pussess ta’ diploma, ċertifikat jew prova oħra ta’ kwalifiki formali fil-mediċina; billi attivitajiet bħal dawn huma magħmula kemm mill-impjegati kif ukoll minn dawk li jaħdmu għal rashom, jew mill-istess persuni fiż-żewġ kapaċitajiet tul il-karriera professjonali tagħhom; billi, biex tkun inkuraġġita l-libertà ta’ moviment ta’ dawn il-professjonisti fi ħdan il-Komunità, jidher għalhekk meħtieġ li din id-Direttiva tiġi estiża għal tobba impjegati;

    Billi, din id-Direttiva m’għandhiex taffettwa l-obbligi ta’ l-Istati Membri li jikkonċernaw ż-żmien ta’ l-għeluq għat-transposizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III, Parti B,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    TITOLU I

    SKOP

    L-Artikolu 1

    Din id-Direttiva għandha tapplika għall-attivitajiet ta’ tobba li jaħdmu bħala impjegati jew għal rashom li huma ċittadini ta’ l-Istati Membri.

    TITOLU II

    IR-RIKONOXXIMENT TA’ DIPLOMI, ĊERTIFIKATI U PROVI OĦRA TA’ KWALIFIKI FORMALI FIL-MEDIĊINA

    KAPITOLU I

    DIPLOMI, ĊERTIFIKATI U PROVI OĦRA TA’ KWALIFIKI FORMALI FIL-MEDIĊINA

    L-Artikolu 2

    Kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi diplomi, ċertifikati u provi oħra ta’ kwalifiki formali mogħtija liċ-ċittadini ta’ l-Istati Membriminn Stati Membri oħra bi qbil mal-Artikolu 23 u li huma stabbiliti fl-Artikolu 3, billi jagħti lil dawn il-kwalifiki, sakemm id-dritt tax-xogħol ta’ tabib huwa kkonċernat, l-istess effett fit-territorju tiegħu kif jagħti l-istess Stat Membru.

    L-Artikolu 3

    Id-diplomi, iċ-ċertifikati u l-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali msemmija fl-Artikolu 2 huma kif ġej:

    (a) fil-Belġju:

    (diploma ta’ tabib tal-mediċina, tal-kirurġija u tal-ostetrija meħtieġa mil-liġi) mogħtija mill-fakultajiet tal-mediċina ta’ l-università, mill-Bord Ċentrali ta’ l-Eżaminijiet jew mill-Bord ta’ l-Eżaminijiet ta’ l-Edukazzjoni ta’ l-Università ta’ l-Istat;

    (b) fid-Danimarka:

    "bevis for bestået lægevidenskabelig embedseksamen" (diploma ta’ tabib ġenerali meħtieġa mil-liġi) mogħtija mill-fakultà tal-mediċina ta’ l-università u "dokumentation for gennemført praktisk uddannelse", (ċertifikat ta’ taħriġ prattiku maħruġ mill-awtoritàjiet kompetenti tas-servizzi tas-saħħa);

    (ċ) fil-Ġermanja:

    1. "Zeugnis über die ärztliche Staatsprüfung"(iċ-ċertifikat ta’ l-eżami ta’ l-Istat fil-mediċina) mogħti mill-awtoritàjiet kompetenti, "Zeugnis über die Vorbereitungszeit als Medizinalassistent" (ċertifikat li jiddikjara li l-perijodu ta’ preparazzjoni bħala assistent mediku ġie mwettaq) sakemm il-liġi Ġermaniża tkun għadha titlob perijodu biex ikun mitmum taħriġ mediku;

    2. "Zeugnis über die ärztliche Staatsprüfung" (iċ-ċertifikat ta’ l-eżami ta’ l-Istati fil-mediċina) mogħti mill-awtoritàjiet kompetenti wara t-30 ta’ Ġunju 1988 u ċertifikat li jafferma ix-xogħol tal-mediċina waqt il-perijodu ta’ taħriġ prattiku ("Arzt im Praktikum");

    (d) fil-Greċja:

    "Πτυχιο Ιατρικης" (grad fil-mediċina) mogħti minn:

    - il-fakultà tal-mediċina ta’ università, jew

    - il-fakultà tax-xjenzi tas-saħħa, dipartiment tal-mediċina, ta’ università;

    (e) fi Spanja:

    "Título de Licenciado en Medicina y Cirugia" (grad universitarju fil-mediċina u fil-kirurġija) mogħti mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u Xjenza jew mir-rettur ta’ l-università;

    (f) fi Franza:

    1. "diplôme d’État de docteur en médecine" (diploma Statali ta’ tabib tal-mediċina) mogħtija mill-fakultajiet tal-mediċina ta’ l-università, il-fakultajiet magħquda tal-mediċina u l-farmaċija ta -università; jew mill-universitàjiet;

    2. "diplôme d’université de docteur en médicine" (diploma universitarja ta’ tabib tal-mediċina) fejn dik id-diploma tiċċertifika t-tlestija tal-istess kors ta’ taħriġ bħal dak mniżżel għad-diploma Statali ta’ tabib tal-mediċina;

    (g) fl-Irlanda:

    kwalifika primarja mogħtija fl-Irlanda wara li wieħed jgħaddi mill-eżami ta’ kwalifika magħmul minn korp kompetenti ta’ l-eżamijiet u ċ-ċertifikat ta’ esperjenza mogħti mill-korp li japprova r-reġistrazzjoni bħala tabib ġenerali kompletament reġistrat;

    (h) fl-Italja:

    "diploma di laurea in medicina e chirurgia" (diploma ta’ gradwat fil-mediċina u fil-kirurġija) mogħtija minn università, akkumpanjata b’ "diploma di abilitazione all’esercizio della medicina e chirurgia" (diploma li tagħti d-dritt biex wieħed jipprattika l-mediċina u l-kiruġija) mogħtija mill-Kummissjoni ta’ l-Eżamijiet ta’ l-Istat;

    (i) fil-Lussemburgu:

    "diplôme d’État de docteur en médecine, chirurgie et accouchements" (diploma Statali ta’ tabib tal-mediċina, fil-kirurġija u fil-ostetriċja) mogħtija mill-Bord ta’ l-Eżamijiet ta’ l-Istat, u approvata uffiċċjalment mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, u "certificat de stage" (ċertifikat ta’ taħriġ prattiku) approvat uffiċċjalment mill-Ministeru għas-Saħħa Pubblika;

    (j) fl-Olanda:

    "universitair getuigschrift van arts" (ċertifikat universitarju ta’ tabib);

    (k) fil-Portugall:

    "Carta de curso de licenciatura em medicina" (diploma li tikkonferma t-tlestija ta’ l-istudji mediċi), mogħtija minn università, u d-"Diploma comprovativo da conclusão do internato geral" (diploma li tikkonferma t-tlestija ta’ l-internship ġenerali), mogħti mill-awtoritàjiet kompetenti tal-Ministeru tas-Saħħa;

    (l) fir-Renju Unit:

    kwalifika primarja mogħtija fir-Renju Unit wara li wieħed jgħaddi mill-eżami ta’ kwalifika magħmul minn korp kompetenti ta’ l-eżamijiet u ċertifikat ta’ esperjenza mogħti mill-korp li approva r-reġistrazzjoni bħala tabib ġenerali reġistrat kompletament.

    KAPITOLU II

    DIPLOMI, ĊERTIFIKATI U PROVI OĦRA TA’ KWALIFIKI FORMALI FIL-MEDIĊINA SPEĊJALIZZATA KOMUNI GĦALL-ISTATI MEMBRI KOLLHA

    L-Artikolu 4

    Kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi d-diplomi, iċ-ċertifikati u l-provi oħra ta’ kwalifiki formali fil-mediċina speċjalizzata mogħtija lil ċittadini ta’ l-Istati Membri mill-Istati Membri l-oħra bi qbil mal-Artikoli 24, 25, 26 u 29 u li huma stabbiliti fl-Artikolu 5, billi jagħti lil dawn il-kwalifiki, l-istess effett fit-territorju tiegħu bħal dawk li jagħti l-Istat Membru nnifsu.

    L-Artikolu 5

    1. Id-diplomi, iċ-ċertifikati u l-provi oħra ta’ kwalifiki formali msemmija fl-Artikolu 4 għandhom ikunu dawk li, mogħtija mill-awtoritàjiet jew korpi kompetenti mniżżla fil-paragrafu 2, jikkorrispondu, għall-iskop tat-taħriġ speċjalizzat ikkonċernat, għal kwalifiki rikonoxxuti fid-diversi Stati Membri u mniżżla fil-paragrafu 3.

    2. Id-diplomi, iċ-ċertifikati u l-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali mogħtija mill-awtoritàjiet jew korpi kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 huma kif ġej:

    fil-Belġju:

    (prova formali ta’ kwalifika bħala speċjalist mediku) maħruġa mill-Ministeru responsabbli mis-saħħa pubblika;

    fid-Danimarka:

    "bevis for tilladelse til at betegne sig som speciallæge" (ċertifikat li jikkonċerna t-titolu ta’ speċjalista) maħruġ mill-awtoritàjiet kompetenti tas-servizz tas-saħħa;

    fil-Ġermanja:

    "Fachärztliche Anerkennung" (ċertifikat rikonoxxut ta’ speċjalista mediku, maħruġ mil-"Landesärztekammer" (Kamra ta’ Fiżiċi ta’ l-Art ikkonċernata);

    fil-Greċja:

    "Tίτλος Ιατρικής Ειδικοτητας" (ċertifikat ta’ speċjalizzazzjoni medika) mogħti mill-"Noμαρχίες" (prefetturi);

    fi Spanja:

    "Título de Especialista" (kwalifika professjonali ta’ speċjalista) mogħtija mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u Xjenza;

    fi Franza:

    - "certificat d’études spéciales de médecine" (ċertifikat ta’ studji speċjalizzati fil-mediċina) maħruġ mill-fakultà tal-mediċina ta’ università, fakultajiet magħquda tal-mediċina u tal-farmaċija ta’ l-università jew mill-universitàjiet,

    - ċertifikati ta’ speċjalist mediku kwalifikat, imħejji mill-Kunsill ta’ l-Ordre des médecins,

    - "certificat d'études spéciales de médecine" (ċertifikat ta’ studji speċjalizzati fil-mediċina) maħruġ mill-fakultà tal-mediċina ta’ università, fakultajiet magħquda tal-mediċina u tal-farmaċija ta’ l-università jew ċertifikati ekwivalenti magħmula taħt digriet tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni,

    - "diplôme d’études spécialisées de médecine délivré par les universités"(diploma ta’ studji speċjalizzati fil-mediċina mogħtija minn università);

    fl-Irlanda:

    ċertifikat ta’ tabib speċjalizzat maħruġ mill-awtorità kompetenti rikonoxxut għal dan il-għan mill-Ministeru tas-Saħħa;

    fl-Italja:

    "diploma di medico specialista, rilasciati dal rettore di una università" (diploma ta’ tabib speċjalizzat, mogħtija minn rettur ta’ università);

    fil-Lussemburgu:

    "certificat de médecin spécialiste" (ċertifikat ta’ tabib speċjalista) maħruġ mill-Ministeru tas-Saħħa Pubblika fuq il-parir tal-kulleġġ mediku;

    fl-Olanda:

    - "Getuigschrift van erkenning en inschrijving in het Specialistenregister" (ċertifikat ta’ rikonoxximent u ta’ reġistrazzjoni fir-Reġistru ta’ l-Ispeċjalisti, maħruġ mill-"Specialisten-Registratiecommissie (SRC)" (Kummissjoni għar-Reġistrazzjoni ta’ l-Ispeċjalisti (CRS)),

    - "Getuigschrift van erkenning en inschrijving in het Register von Sociaal-Geneeskundigen" (ċertifikat ta’ approvazzjoni u reġistrazzjoni maħruġ mis-"Sociaal-Geneeskundigen Registratie-Commissie (SGRC)" (Bord ta’ Reġistrazzjoni ta’ Tobba ta’ Mediċina Soċjali);

    fil-Portugall:

    "Grau de Assistente" (grad ta’ assistent), mogħti mill-awtoritàjiet kompetenti tal-Ministeru tas-Saħħa, jew "Título de Especialista" (kwalifika professjonali ta’ speċjalista) mogħtija mill-assoċjazzjoni professjonali għat-tobba;

    fir-Renju Unit:

    ċertifikat ta’ tlestija tat-taħriġ ta’ speċjalizzazzjoni maħruġ mill-awtorità kompetenti rikonoxxuta għal dan il-għan.

    3. It-titoli użati preżentement fl-Istati Membri li jikkorrispondu għal korsijiet ta’ taħriġ speċjalizzat f’dan il-każ huma kif ġej:

    - anestetiċi:

    Il-Belġju: | anesthésiologieanesthesiolgie |

    Id-Danimarka: | anæsteasiolgi |

    Il-Ġermanja: | Anästhesiologie |

    Il-Greċja: | αναισθησιολογία |

    Spanja: | anestesiología y reanimación |

    Franza: | anesthésiologie-réanimation chirurgicale |

    L-Irlanda: | anaesthetics |

    L-Italja: | anestesia e rianimazione |

    Il-Lussemburgu: | anesthésie-réanimation |

    L-Olanda: | anesthesiologie |

    Il-Portugall: | anestesiologia |

    Ir-Renju Unit: | anaesthetics, |

    - kirurġija ġenerali:

    Il-Belġju: | chirurgieheelkunde |

    Id-Danimarka: | kirurgi eller kirurgiske sygdomme |

    Il-Ġermanja: | Chirurgie |

    Il-Greċja: | χειρουργική |

    Spanja: | cirugía general y del aparato digestivo |

    Franza: | chirurgie générale |

    L-Irlanda: | general surgery |

    L-Italja: | chirurgia generale |

    Il-Lussemburgu: | chirurgie générale |

    L-Olanda: | heelkunde |

    Il-Portugall: | cirurgia geral |

    Ir-Renju Unit: | general surgery, |

    - kirurġija newroloġika:

    Il-Belġju: | neurochirurgieneurochirurgie |

    Id-Danimarka: | neurokirurgi eller kirurgiske nervesygdomme |

    Il-Ġermanja: | Neurochirurgie |

    Il-Greċja: | νευροχειρουργική |

    Spanja: | neurocirugia |

    Franza: | neurochirurgie |

    L-Irlanda: | neurological surgery |

    L-Italja: | neurochirurgia |

    Il-Lussemburgu: | neurochirurgie |

    L-Olanda: | neurochirurgie |

    Il-Portugall: | neurocirurgia |

    Ir-Renju Unit: | neurological surgery, |

    - ostetrija u ginekoloġija:

    Il-Belġju: | gynécologie-obstétriquegynecologie-verloskunde |

    Id-Danimarka: | gynaekologi og obstetrik eller kvindesygdomme og fødselshjæelp |

    Il-Ġermanja: | Frauenheilkunde und Geburtshilfe |

    Il-Greċja: | μαιευτική-γυναικολογία |

    Spanja: | obstetricia y ginecología |

    Franza: | gynécologie-obstétrique |

    L-Irlanda: | obstetrics and gynaecology |

    L-Italja: | ostetricia e ginecologia |

    Il-Lussemburgu: | gynécologie-obstétrique |

    L-Olanda: | verloskunde en gynaecologie |

    Il-Portugall: | ginecologia e obstetricia |

    Ir-Renju Unit: | obstetrics and gynaecology, |

    - mediċina (interna) ġenerali:

    Il-Belġju: | médecine interneinwendige geneeskunde |

    Id-Danimarka: | intern medicin eller medicinske sygdomme |

    Il-Ġermanja: | Innere Medizin |

    Il-Greċja: | παθολογία |

    Spanja: | medicina interna |

    Franza: | médecine interne |

    L-Irlanda: | general (internal) medicine |

    L-Italja: | medicina interna |

    Il-Lussemburgu: | maladies internes |

    L-Olanda: | inwendige geneeskunde |

    Il-Portugall: | medicina interna |

    Ir-Renju Unit: | general medicine, |

    - oftalmoloġija:

    Il-Belġju: | ophtalmologieoftalmologie |

    Id-Danimarka: | oftalmologi eller oøjensygdomme |

    Il-Ġermanja: | Augenheilkunde |

    Il-Greċja: | οφθαλμολογία |

    Spanja: | oftalmología |

    Franza: | ophtalmologie |

    L-Irlanda: | ophtalmology |

    L-Italja: | oculistica |

    Il-Lussemburgu: | ophtalmologie |

    L-Olanda: | oogheelkunde |

    Il-Portugall: | oftalmologia |

    Ir-Renju Unit: | opthalmology, |

    - oto rhino laringoloġija:

    Il-Belġju: | oto-rhino-laryngologieotorhinolaryngologie |

    Id-Danimarka: | oto-rhino-laryngologi eller øre-næse-halssygdomme |

    Il-Ġermanja: | Hals-Nasen-Ohrenheilkunde |

    Il-Greċja: | ωτορινολαρυγγολογία |

    Spanja: | otorrinolaringología |

    Franza: | oto-rhino-laryngologie |

    L-Irlanda: | otolaryngology |

    L-Italja: | otorinolaringoiatria |

    Il-Lussemburgu: | oto-rhino-laryngologie |

    L-Olanda: | keel-, neus-en oorheelkunde |

    Il-Portugall: | otorrinolaringologia |

    Ir-Renju Unit: | otolaryngology, |

    - pedjatrija:

    Il-Belġju: | pédiatriekindergeneeskunde |

    Id-Danimarka: | pædiatri eller børnesygdomme |

    Il-Ġermanja: | Kinderheilkunde |

    Il-Greċja: | παιδιατρική |

    Spanja: | pediatría sus áreas específicas |

    Franza: | pédiatrie |

    L-Irlanda: | paediatrics |

    L-Italja: | pediatria |

    Il-Lussemburgu: | pédiatrie |

    L-Olanda: | kindergeneeskunde |

    Il-Portugall: | pediatria |

    Ir-Renju Unit: | paediatrics, |

    - mediċina respiratorja:

    Il-Belġju: | pneumologiepneumologie |

    Id-Danimarka: | medicinske lungesydomme |

    Il-Ġermanja: | Lungen- und Bronchialheilkunde |

    Il-Greċja: | φυματιολογία-πνευμονολογία |

    Spanja: | neumologia |

    Franza: | pneumologie |

    L-Irlanda: | respiratory medicine |

    L-Italja: | tisiologia e malattie dell’apparato respiratorio |

    Il-Lussemburgu: | pneumo-phtisiologie |

    L-Olanda: | longziekten en tuberculose |

    Il-Portugall: | pneumologia |

    Ir-Renju Unit: | respiratory medicine, |

    - uroloġija

    Il-Belġju: | urologieurologie |

    Id-Danimarka: | urologi eller urinvejenes kirurgiske sygdomme |

    Il-Ġermanja: | Urologie |

    Il-Greċja: | ïõñïëïãßá |

    Spanja: | urología |

    Franza: | chirurgie urologique |

    L-Irlanda: | urology |

    L-Italja: | urologia |

    Il-Lussemburgu: | urologie |

    L-Olanda: | urologie |

    Il-Portugall: | urologia |

    Ir-Renju Unit: | urology; |

    - ortopedija:

    Il-Belġju: | orthopédieorthopedie |

    Id-Danimarka: | ortopædisk kirurgi |

    Il-Germanja: | Orthopädie |

    Il-Greċja: | ïñèïπåäéêή |

    Spanja: | traumatología y cirugía ortopédica |

    Franza: | chirurgie orthopédique et traumatologie |

    L-Irlanda: | orthopaedic surgery |

    L-Italja: | ortopedia e traumatologia |

    Il-Lussemburgu: | orthopédie |

    L-Olanda: | orthopedie |

    Il-Portugall: | ortopedia |

    Ir-Renju Unit: | orthopaedic surgery, |

    - anatomija patoloġika:

    Il-Belġju: | anatomie pathologiquepathologische anatomie |

    Id-Danimarka: | patologisk anatomi og histologi eller vævsundersøgelse |

    Il-Germanja: | Pathologie |

    Il-Greċja: | πáèïëïãéêή áíáôïìéêή |

    Spanja: | anatomía patológica |

    Franza: | anatomie et cytologie pathologique |

    L-Irlanda: | morbid anatomy and histopathology |

    L-Italja: | anatomia patologica |

    Il-Lussemburgu: | anatomie pathologique |

    L-Olanda: | pathologische anatomie |

    Il-Portugall: | anatomia patológica |

    Ir-Renju Unit: | morbid anatomy and histopathology; |

    - newroloġija:

    Il-Belġju: | neurologieneurologie |

    Id-Danimarka: | neuromedicin eller medicinske nervesygdomme |

    Il-Ġermanja: | Neurologie |

    Il-Greċja: | íåõñïëïãßá |

    Spanja: | neurologia |

    Franza: | neurologie |

    L-Irlanda: | neurology |

    L-Italja: | neurologia |

    Il-Lussemburgu: | neurologie |

    L-Olanda: | neurologie |

    Il-Portugall: | neurologia |

    Ir-Renju Unit: | neurology, |

    - psikjatrija:

    Il-Belġju: | psychiatriepsychiatrie |

    Id-Danimarka: | psykiatri |

    Il-Ġermanja: | Psychiatrie |

    Il-Ġreċja: | øõχéáôñéêή |

    Spanja: | psiquiatría |

    Franza: | psychiatrie |

    L-Irlanda: | psychiatry |

    L-Italja: | psichiatria |

    Il-Lussemburgu: | psychiatrie |

    L-Olanda: | psychiatrie |

    Il-Portugall: | psiquiatria |

    Ir-Renju Unit: | psychiatry. |

    KAPITOLU III

    DIPLOMI, ĊERTIFIKATI U PROVI OĦRA TA’ KWALIFIKI FORMALI FIL-MEDIĊINA SPEĊJALIZZATA PARTIKULARI GĦAL ŻEWĠ STATI MEMBRI JEW AKTAR

    L-Artikolu 6

    Kull Stat Membru bi provvedimenti fuq din il-kwistjoni stabbilita bil-liġi, bir-regolamenti u bl-azzjonijiet amministrattivi għandu jirrikonoxxi d-diplomi, iċ-ċertifikati u l-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali fil-mediċina speċjalizzata mogħtija liċ-ċittadini ta’ l-IstatiMembri mill-Istati Membri l-oħra bi qbil mal-Artikoli 24, 25, 27 u 29 u li huma stabbiliti fl-Artikolu 7, billi jagħti lil dawn il-kwalifiki l-istess effett fit-territorju tiegħu kif jagħti l-istess Stat Membru.

    L-Artikolu 7

    1. Id-diplomi, iċ-ċertifikati u l-provi oħra ta’ kwalifiki formali msemmija fl-Artikolu 6 għandhom ikunu dawk li, mogħtija mill-awtoritàjiet jew korpi kompetenti stabbiliti fl-Artikolu 5(2), jikkorrispondu għall-iskop tat-taħriġ speċjalizzat f’dan il-każ għan-nomini stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri li jagħtu taħriġ bħal dan.

    2. In-nomini użati preżentement fl-Istati Membri li jikkorrispondu għal korsijiet ta’ taħriġ speċjalizzat f’dan il-każ huma kif ġej:

    - bijoloġija klinika:

    Il-Belġju: | biologie cliniqueklinische biologie |

    Spanja: | análisis clínicos |

    Franza: | biologie médicale |

    L-Italja: | patologia diagnostica di laboratorio |

    Il-Portugall: | patologia clínica, |

    - ematoloġija bijoloġika:

    Id-Danimarka: | klinisk blodtypeserologi |

    Franza: | hématologie |

    Il-Lussemburgu: | hématologie biologique |

    Il-Portugall: | hematologia clínica, |

    - mikrobijoloġija-batterjoloġija:

    Id-Danimarka: | klinisk mikrobiologi |

    Il-Ġermanja: | Mikrobiologie und Infektionsepidemiologie |

    Il-Greċja: | ìéêñïâéïëïãßá |

    Spanja: | microbiología y parasitología |

    L-Irlanda: | microbiology |

    L-Italja: | microbiologia |

    Il-Lussemburgu: | microbiologie |

    L-Olanda: | medische microbiologie |

    Ir-Renju Unit: | medical microbiology, |

    - kimika bijoloġika:

    Id-Danimarka: | klinisk kemi |

    Spanja: | bioquímica clínica |

    Irlanda: | chemical pathology |

    Il-Lussemburgu: | chimie biologique |

    L-Olanda: | klinische chemie |

    Ir-Renju Unit: | chemical pathology, |

    - immunoloġija:

    Spanja: | inmunología |

    L-Irlanda: | clinical immunology |

    Ir-Renju Unit: | immunology, |

    - kirurġija plastika:

    Il-Belġju: | chirurgie plastiqueplastische heelkunde |

    Id-Danimarka: | plastikkirurgi |

    Il-Greċja: | πëáóôéêή χåéñïõñãéêή |

    Spanja: | cirurgía plástica y reparadora |

    Franza: | chirurgie plastique, reconstructrice et esthétique |

    L-Irlanda: | plastic surgery |

    L-Italja: | chirurgia plastica |

    Il-Lussemburgu: | chirurgie plastique |

    L-Olanda: | plastische chirurgie |

    Il-Portugall: | cirurgia plástica e reconstrutiva |

    Ir-Renju Unit: | plastic surgery, |

    - kirurġija toraċika:

    Il-Belġju: | chirurgie thoraciqueheelkunde op de thorax |

    Id-Danimarka: | thoraxkirurgi eller brysthulens kirurgiske sygdomme |

    Il-Greċja: | χåéñïõñãéêή èώñáêïò |

    Spanja: | cirurgía torácica |

    Franza: | chirurgie thoracique et cardio-vasculaire |

    L-Irlanda: | thoracic surgery |

    L-Italja: | chirurgia toracica |

    Il-Lussemburgu: | chirurgie thoracique |

    L-Olanda: | cardio-pulmonale chirurgie |

    Il-Portugall: | cirurgia cárdio-torácica |

    Ir-Renju Unit: | thoracic surgery, |

    - kirurġija pedjatrika:

    Il-Greċja: | χåéñïõñãéêή πáßäùí |

    Spanja: | cirurgía pediátrica |

    Franza: | chirurgie infantile |

    L-Irlanda: | paediatric surgery |

    L-Italja: | chirurgia pediatrica |

    Il-Lussemburgu: | chirurgie pédiatrique |

    Il-Portugall: | cirurgia pediátrica |

    Ir-Renju Unit: | paediatric surgery, |

    - kirurġija vaskulari:

    Il-Belġju: | chirurgie des vaisseauxbloedvatenheelkunde |

    Spanja: | angiología y cirugía vascular |

    Franza: | chirurgie vasculaire |

    L-Italja: | chirurgia vascolare |

    Il-Lussemburgu: | chirurgie cardio-vasculaire |

    Il-Portugall: | cirurgia vascular, |

    - kardjoloġija:

    Il-Belġju: | cardiologiecardiologie |

    Id-Danimarka: | cardiologi eller hjerte-og-kredsløbssygdomme |

    Il-Greċja: | êáñäéïëïãßá |

    Spanja: | cardiología |

    Franza: | pathologie cardio-vasculaire |

    L-Irlanda: | cardiology |

    L-Italja: | cardiologia |

    Il-Lussemburgu: | cardiologie et angiologie |

    L-Olanda: | cardiologie |

    Il-Portugall: | cardiologia |

    Ir-Renju Unit: | cardio-vascular disease, |

    - gastroenteroloġija:

    Il-Belġju: | gastro-entérologiegastro-enterologie |

    Id-Danimarka: | medicinsk gastroenterologi eller medicinske mave-tarmsygdomme |

    Il-Greċja: | ãáóôñåíôåñïëïãßá |

    Spanja: | aparato digestivo |

    Franza: | gastro-entérologie et hépatologie |

    L-Irlanda: | gastro-enterology |

    L-Italja: | malattie dell’apparato digerente, della nutrizione e del ricambio |

    Il-Lussemburgu: | gastro-entérologie |

    L-Olanda: | gastro-enterologie |

    Il-Portugall: | gastrenterologia |

    Ir-Renju Unit: | gastro-enterology, |

    - rewmatoloġija:

    Il-Belġju: | rhumatologiereumatologie |

    Id-Danimarka: | reumatologi |

    Il-Greċja: | ñåõìáôïëïãßá |

    Spanja: | reumatología |

    Franza: | rhumatologie |

    L-Irlanda: | rheumatology |

    L-Italja: | reumatologia |

    Il-Lussemburgu: | rhumatologie |

    L-Olanda: | reumatologie |

    Il-Portugall: | reumatologia |

    Ir-Renju Unit: | rheumatology, |

    - ematoloġija ġenerali:

    Il-Greċja: | áéìáôïëïãßá |

    Spanja: | hematología hemoterapia |

    L-Irlanda: | haematology |

    L-Italja: | ematologia |

    Il-Lussemburgu: | hématologie |

    Il-Portugall: | imuno-hemoterapia |

    Ir-Renju Unit: | haematology, |

    - endokrinoloġija:

    Il-Greċja: | åíäïêñéíïëïãßá |

    Spanja: | endocrinología y nutrición |

    Franza: | endocrinologie — maladies |

    L-Irlanda: | endocrinology and diabetes mellitus |

    L-Italja: | endocrinologia |

    Il-Lussemburgu: | endocrinologie, maladies du métabolisme et de la nutrition |

    Il-Portugall: | endocrinologia-nutricção |

    Ir-Renju Unit: | endocrinology and diabetes mellitus, |

    - fiżjoterapija:

    Il-Belġju: | médecine physiquefysische geneeskunde |

    Id-Danimarka: | fysiurgi og rehabilitering |

    Il-Greċja: | öõóéêή éáôñéêή êáé áπïêáôÜóôáóç |

    Spanja: | rehabilitación |

    Franza: | rééducation et réadaptation fonctionnelles |

    L-Italja: | fisioterapia |

    L-Olanda: | revalidatie |

    Il-Lussemburgu: | rééducation et réadaptation fonctionnelles |

    Il-Portugall: | fisiatria, |

    - stomatoloġija:

    Spanja: | estomatología |

    Franza: | stomatologie |

    L-Italja: | odontostomatologia |

    Il-Lussemburgu: | stomatologie |

    Il-Portugall: | estomatologia, |

    - newro-psikjatrija:

    Il-Belġju: | neuropsychiatrieneuropsychiatrie |

    Il-Ġermanja: | Nervenheilkunde (Neurologie und Psychiatrie) |

    Il-Greċja: | íåõñïëïãßá — øõχéáôñéêή |

    Franza: | neuropsychiatrie |

    L-Italja: | neuropsichiatria |

    Il-Lussemburgu: | neuropsychiatrie |

    L-Olanda: | zenuw — en zielsziekten, |

    - dermato-veneroloġija:

    Il-Belġju: | dermato-vénéréologiedermato-venereologie |

    Id-Danimarka: | dermato-venerologie eller hud- og koønssygdomme |

    Il-Ġermanja: | Dermatologie und Venerologie |

    Il-Greċja: | äåñìáôïëïãßá-áöñïäéóéïëïãßá |

    Spanja: | dermatología médico-quirúrgica y venereología |

    Franza: | dermatologie et vénéréologie |

    L-Italja: | dermatologia e venerologia |

    Il-Lussemburgu: | dermato-vénéréologie |

    L-Olanda: | dermatologie en venerologie |

    Il-Portugall: | dermatovenereologia, |

    - dermatoloġija:

    L-Irlanda: | dermatology |

    Ir-Renju Unit: | dermatology, |

    - venereloġija:

    L-Irlanda: | venereology |

    Ir-Renju Unit: | venereology, |

    - radjoloġija:

    Il-Ġermanja: | Radiologie |

    Il-Greċja: | áêôéíïëïãßá — ñáäéïëïãßá |

    Spanja: | electrorradiología |

    Franza: | électro-radiologie |

    L-Italja: | radiologia |

    Il-Lussemburgu: | électroradiologie |

    L-Olanda: | radiologie |

    Il-Portugall: | radiologia, |

    - radjoloġija dijanjostika:

    Il-Belġju: | radiodiagnosticröntgendiagnose |

    Id-Danimarka: | diagnostisk radiologi eller — røntgenundersøgelse |

    Il-Ġermanja: | Radiologische Diagnostik |

    Il-Greċja: | aktinodiagnostiki |

    Spanja: | radiodiagnóstico |

    Franza: | radiodiagnostic et imagerie médicale |

    L-Irlanda: | diagnostic radiology |

    Il-Lussemburgu: | radiodiagnostic |

    L-Olanda: | radiodiagnostiek |

    Il-Portugall: | radiodiagnóstico |

    Ir-Renju Unit: | diagnostic radiology, |

    - radjuterapija:

    Il-Belġju: | radio- et radiumthérapieradio- en radiumtherapie |

    Id-Danimarka: | terapeutisk radiologi eller stralebehandling |

    Il-Ġermanja: | Strahlentherapie |

    Il-Greċja: | áêôéíïäéáãíùóôéêή |

    Spanja: | oncología radioterápica |

    Franza: | oncologie, option radiothérapie |

    L-Irlanda: | radiotherapy |

    Il-Lussemburgu: | radiothérapie |

    L-Olanda: | radiotherapie |

    Il-Portugall: | radioterapia |

    Ir-Renju Unit: | radiotherapy, |

    - mediċina tropikali:

    Id-Danimarka: | tropemedicin |

    L-Irlanda: | tropical medicine |

    L-Italja: | medicina tropicale |

    Il-Portugall: | medicina tropical |

    Ir-Renju Unit: | tropical medicine, |

    - psikjatrija tat-tfal:

    Id-Danimarka: | børnepsykiatri |

    Il-Ġermanja: | Kinder- und Jugendpsychiatrie |

    Il-Greċja: | πáéäïøõχéáôñéêή |

    Franza: | pédo-psychiatrie |

    L-Irlanda: | child and adolescent psychiatry |

    L-Italja: | neuropsichiatria infantile |

    Il-Lussemburgu: | psychiatrie infantile |

    Il-Portugall: | pedopsiquiatria |

    Ir-Renju Unit: | child and adolescent psychiatry, |

    - ġerjatrija:

    Spanja: | geriatría |

    L-Irlanda: | geriatrics |

    L-Olanda: | klinische geriatrie |

    Ir-Renju Unit: | geriatrics, |

    - mard tal-kliewi:

    Id-Danimarka: | nefrologi eller medicinske nyresygdomme |

    Il-Greċja: | íåöñïëïãßá |

    Spanja: | nefrología |

    Franza: | néphrologie |

    L-Irlanda: | nephrology |

    L-Italja: | nefrologia |

    Il-Lussemburgu: | néphrologie |

    Il-Portugall: | nefrologia |

    Ir-Renju Unit: | renal disease, |

    - mard infettiv:

    L-Irlanda: | communicable diseases |

    L-Italja: | malattie infettive |

    Ir-Renju Unit: | communicable diseases, |

    - mediċina komunitarja:

    Franza: | santé publique et médecine sociale |

    L-Irlanda: | community medicine |

    Ir-Renju Unit: | community medicine, |

    - farmakoloġija:

    Il-Ġermanja: | Pharmakologie |

    Spanja: | farmacología clínica |

    L-Irlanda: | clinical pharmacology and therapeutics |

    Ir-Renju Unit: | clinical pharmacology and therapeutics, |

    - mediċina tax-xogħol:

    Id-Danimarka: | samfundsmedicin/arbejdsmedicin |

    Il-Ġermanja: | Arbeitsmedizin |

    Il-Greċja: | ιατρική της εργασίας |

    Franza: | médecine du travail |

    L-Italja: | medicina del lavoro |

    L-Irlanda: | occupational medicine |

    L-Olanda: | arbeids-en bedrijfsgeneeskunde |

    Il-Portugall: | medicina do trabalho |

    Ir-Renju Unit: | occupational medicine, |

    - allergoloġija:

    Il-Greċja: | αλλεργιολογία |

    Spanja: | alergologia |

    L-Italja: | allergologia ed immunoligia clinica |

    L-Olanda: | allergologie |

    Il-Portugall: | imunoalergologia, |

    - kirurġija gastroenteroloġika:

    Il-Belġju: | chirurgie abdominaleheelkunde op het abdomen |

    Id-Danimarka: | kirurgisk gastroenterologi eller kirurgiske mave-tarmsygdomme |

    Spanja: | cirugía del aparato digestivo |

    Franza: | chirurgie viscérale |

    L-Italja: | chirurgia dell’apparato digerente, |

    - mediċina nukleari:

    Il-Belġju: | médecine nucléairenucleaire geneeskunde |

    Il-Ġermanja: | Nuklearmedizin |

    Il-Greċja: | πνρηνική ιατρική |

    Spanja: | medicina nuclear |

    Franza: | médecine nucléaire |

    L-Italja: | medicina nucleare |

    L-Olanda: | nucleaire geneeskunde |

    Il-Portugall: | medicina nuclear |

    Ir-Renju Unit: | nuclear medicine, |

    - kirurġija maxillo-facial (taħriġ mediku bażiku):

    Spanja: | cirugía oral y maxilofacial |

    Franza: | chirurgie maxillo-faciale et stomatologie |

    L-Italja: | chirurgia maxillo-facciale, |

    - kirurġija dentali, orali, u maxillo-facial (taħriġ mediku u dentali bażiku):

    Il-Belġju: | stomatologie/chirurgie orale et maxillo-faciale;stomatologie/orale en maxillo-faciale chirurgie |

    Il-Ġermanja: | Zahn-, Mund-, Kiefer- und Gesichtschirurgie |

    L-Irlanda: | oral and maxillo-facial surgery |

    Ir-Renju Unit: | oral and maxillo-facial surgery. |

    L-Artikolu 8

    1. Iċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri li jixtiequ jakwistaw waħda mid-diplomi, miċ-ċertifikati, jew mill-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali ta’ tobba speċjalisti li mhumiex imsemmija fl-Artikoli 4 u 6, jew li, għalkemm imsemmija fl-Artikolu 6, mhumiex mogħtija fl-Istat Membru ta’ l-oriġini jew fl-Istat Membru minn fejn ġej iċ-ċittadin barrani, jistgħu jkunu mitluba mill-Istat Membru ospitanti biex jissoddisfaw il-kondizzjonijiet ta’ taħriġ stabbiliti fir-rigward ta’ l-ispeċjalità skond il-liġi, ir-regolamenti u l-azzjonijiet amministrattivi tiegħu.

    2. L-Istat Membru ospitanti għandu, però, jikkunsidra, b’mod sħiħ jew f’parti, il-perijodi ta’ taħriġ imwettqa miċ-ċittadini msemmija fil-paragrafu 1 u attestati bl-għoti ta’ diploma, ċertifikat jew prova oħra ta’ taħriġ formali mill-awtoritàjiet kompetenti ta’ l-Istati Membri ta’ l-oriġini jew ta’ l-Istat Membru li minnu ġej ċ-ċittadin barrani bil-kondizzjoni li perijodi ta’ taħriġ bħal dawn jikkorrispondu ma’ dawk mitluba fl-Istat Membru ospitanti għat-taħriġ speċjalizzat f’dak il-każ.

    3. L-awtoritàjiet jew korpi kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitanti, wara li jivverifikaw il-kontenut u t-tul tat-taħriġ speċjalizzat tal-persuna kkonċernata fuq il-bażi tad-diplomi, taċ-ċertifikati u l-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali sottomessi, għandhom jinfurmawh bil-perijodu addizzjonali ta’ taħriġ meħtieġ u l-oqsma li għandhom ikunu koporti f’dan it-taħriġ.

    KAPITOLU IV

    ĊIRKUSTANZI EŻISTENTI

    L-Artikolu 9

    1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, fil-każ ta’ ċittadini ta’ l-Istati Membri li d-diplomi, ċ-ċertifikati u l-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali tagħhom fil-mediċina ma jissodisfawx il-ħtiġiet minimi kollha tat-taħriġ stabbiliti fl-Artikolu 23, kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi, bħala prova tajba biżżejjed, id-diplomi, iċ-ċertifikati u l-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali fil-mediċina mogħtija minn dawk l-Istati Membri meta huma jaffermaw għal taħriġ li jkun beda qabel:

    - 1 ta’ Jannar 1986 għal Spanja u l-Portugall,

    - 1 ta’ Jannar 1981 għall-Greċja,

    - 20 ta’ Diċembru 1976 għall-Istati Membri l-oħra,

    akkumpanjat minn ċertifikat li jiddikjara li dawk iċ-ċittadini kienu effettivament u skond il-liġi jaħdmu fl-attivitajiet f’dak il-każ għal mill-inqas tliet snin konsekuttivi waqt il-ħames snin qabel id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat.

    2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, fil-każ ta’ ċittadini ta’ l-Istati Membri li d-diplomi, ċ-ċertifikati u l-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali tagħhom fil-mediċina ma jissodisfawx il-ħtiġiet minimi skond l-Artikoli 24 sa 27, kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi, bħala prova tajba biżżejjed, id-diplomi, iċ-ċertifikati u l-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali fil-mediċina speċjalizzata mogħtija minn dawk l-Istati Membri meta huma jaffermaw għal taħriġ li jkun beda qabel:

    - 1 ta’ Jannar 1986 għal Spanja u l-Portugall,

    - 1 ta’ Jannar 1981 għall-Greċja,

    - 20 ta’ Diċembru 1976 għall-Istati Membri l-oħra.

    L-Istat Membru ospitanti jista’ jitlob li d-diplomi, iċ-ċertifikati u l-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali fil-mediċina speċjalizzata ikunu akkumpanjati b’ċertifikat maħruġ mill-awtoritàjiet jew korpi kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ oriġini jew ta’ l-Istat Membru li jkunu ġejjin minnu, li jiddikjara li l-persuni li għandhom dawn iċ-ċertifikati kienu, fil-mediċina speċjalizzata, jaħdmu fl-attivitajiet f’dak il-każ għal perijodu ekwivalenti għad-doppju tad-differenza bejn il-perijodu ta’ taħriġ speċjalizzat ta’ l-Istat Membru ta’ oriġini jew ta’ l-Istat Membru li ġejjin minnu, u l-ħtiġiet minimi fir-rigward tat-tul tat-taħriġ stabbiliti fit-Titolu III, meta dawn il-perijodi ma jkunux ugwali għal perijodi ta’ taħriġ minimu stabbiliti fl-Artikoli 26 u 27.

    Madankollu, jekk, qabel id-dati stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru ospitanti kien jeħtieġ perijodu minimu ta’ taħriġ inqas minn dak f’dan il-każ kif msemmi fl-Artikoli 26 u 27, id-differenza msemmija fit-tieni subparagrafu tista’ tkun iddeterminata biss b’referenza għal perijodu minimu ta’ taħriġ stabbilit mill-Istat.

    3. Fil-każ ta’ ċittadini ta’ Stati Membri li d-diplomi, ċ-ċertifikati u l-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali tagħhom fil-mediċina jikkonfermaw għal taħriġ meħud fit-territorju ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika Ġermaniża li ma jissodisfawx il-ħtiġiet minimi ta’ taħriġ stabbiliti fl-Artikolu 23, l-Istati Membri minbarra il-Ġermanja għandhom jirrikonoxxu dawk id-diplomi, iċ-ċertifikati u l-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali bħala prova tajba biżżejjed jekk:

    - jattestaw għal taħriġ mibdi qabel l-unifikazzjoni tal-Ġermanja,

    - jintitolaw lil persuna biex taħdem ta’ tabib fit-territorju tal-Ġermanja bl-istess kondizzjonijiet bħal dawk għal kwalifiki mogħtija mill-awtoritàjiet kompetenti Ġermaniżi u msemmija fil-punti 1 u 2 ta’ l-Artikolu 3(ċ),

    - ikunu akkumpanjati minn ċertifikat maħruġ mill-awtoritàjiet kompetenti Ġermaniżi li jiddikjara li dawk iċ-ċittadini kienu effettivament u skond il-liġi jaħdmu fl-attivitajiet f’dak il-każ fil-Ġermanja għal mill-inqas tliet snin konsekuttivi waqt il-ħames snin qabel id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat.

    4. Fil-każ ta’ ċittadini ta’ Stati Membri li d-diplomi, iċ-ċertifikati u l-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali tagħhom fil-mediċina speċjalizzata jattestaw għal taħriġ meħud fit-territorju ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika Ġermaniża li ma jissodisfawx il-ħtiġiet minimi ta’ taħriġ stabbiliti fl-Artikoli 24 sa 27, l-Istati Membri minbarra il-Ġermanja għandhom jirrikonoxxu dawk id-diplomi, iċ-ċertifikati u l-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali bħala prova tajba biżżejjed jekk:

    - jattestaw għal taħriġ mibdi qabel it-3 ta’ April 1992, u

    - jippermettu x-xogħol, bħala speċjalista, f’dak il-każ fit-territorju tal-Ġermanja bl-istess kondizzjonijiet bħal dawk għal kwalifiki mogħtija mill-awtoritàjiet kompetenti Ġermaniżi u msemmija fl-Artikoli 5 u 7.

    Jistgħu, però, jitolbu li d-diplomi, iċ-ċertifikati jew l-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali jkunu akkumpanjati b’ċertifikat maħruġ mill-awtoritàjiet jew korpi kompetenti tal-Ġermanja li jiddikjaraw li l-persuni kienu, bħala speċjalisti, jaħdmu fix-xogħol f’dak il-każ għal perijodu ekwivalenti għad-doppju tad-differenza bejn il-perijodu ta’ taħriġ speċjalizzat meħud fit-territorju Ġermaniż u t-tul minimu ta’ taħriġ stabbilit fit-Titolu III meta ma jissodisfawx il-ħtiġiet fir-rigward tat-tul tat-taħriġ stabbilit fl-Artikoli 26 u 27.

    5. Fil-każ ta’ ċittadini ta’ l-Istati Membri li d-diplomi, iċ-ċertifikati u l-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali tagħhom fil-mediċina jew fil-mediċina speċjalizzata mhumiex konformi mal-kwalifiki jew nominazzjonijiet stabbilitui fl-Artikoli 3, 5 jew 7, kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi, bħala prova tajba biżżejjed, id-diplomi, iċ-ċertifikati u l-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali mogħtija minn dawk l-Istati Membri, akkumpanjati b’ċertifikat maħruġ mill-awtoritàjiet jew korpi kompetenti. Iċ-ċertifikat għandu jiddikjara li dawn id-diplomi, iċ-ċertifikati jew l-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali fil-mediċina jew fil-mediċina speċjalizzata kienu mogħtija wara taħriġ bi qbil mal-provvedimenti tat-Titolu III imsemmija, kif xieraq, fl-Artikoli 2, 4 jew 6, u huma ttrattati mill-Istati Membri li tawhom bħala l-kwalifiki jew n-nominazzjonijiet stabbiliti kif xieraq, fl-Artikoli 3, 5 jew 7.

    6. L-Istati Membri li rrevokaw il-provvedimenti stabbiliti bil-liġi, bir-regolamenti jew bl-azzjonijiet amministrattivi relatati mal-għoti ta’ diplomi, ċertifikati u provi oħra ta’ kwalifiki formali fin-newro-psikjatrija, radjoloġija, kirurġija toraċika, kirurġija vaskulari, kirurġija gastroenteroloġika, ematoloġija bijoloġika, fiżjoterapija jew mediċina tropikali u ħadu l-miżuri rrelatati mad-drittijiet miksuba f’isem iċ-ċittadini tagħhom, għandhom jirrikonoxxu d-dritt taċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri biex jibbenefikaw minn dawn l-istess miżuri, bil-kondizzjoni li d-diplomi, iċ-ċertifikati u l-provi formali tagħhom fin-newro-psikjatrija, radjoloġija, kirurġija toraċika, kirurġija vaskulari, kirurġija gastroenteroloġika, ematoloġija bijoloġika, fiżjoterapija jew mediċina tropikali jissodisfaw il-kondizzjonijiet relevanti stabbiliti jew fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jew fl-Artikoli 24, 25 and 27 u sakemm id-diplomi, iċ-ċertifikati jew l-provi l-oħra ta’ kwalifiki msemmija kienu mogħtija qabel id-data li fiha l-Istat Membru ospitanti jkun waqaf milli jagħti dawn id-diplomi,iċ-ċertifikati jew l-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali fl-ispeċjalizzazzjonijiet ikkonċernati.

    7. Id-dati li fihom l-Istati Membri kkonċernati kienu rrevokaw il-provvedimenti stabbiliti bil-liġi, r-regolamenti jew l-azzjonijiet amministrattivi fir-rigward tad-diplomi, ċ-ċertifikati jew l-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali msemmija fil-paragrafu 6 huma stabbiliti fl-Anness II.

    KAPITOLU V

    UŻU TA’ TITOLU AKKADEMIKU

    L-Artikolu 10

    1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19, l-Istati Membri ospitanti għandhom jassiguraw li ċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2, 4, 6 u 9 għandhom id-dritt bil-liġi li jużaw it-titolu akkademiku jew, fejn xieraq, taqsira tiegħu, ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini tagħhom jew ta’ l-Istat Membru li ġejjin minnu, bil-lingwa ta’ dak l-Istat. L-Istati Membri ospitanti jistgħu jitolbu li dan it-titolu jkun segwit bl-isem u l-post ta’ l-istabbiliment jew tal-bord eżaminattiv li jkun tah.

    2. Jekk it-titolu akkademiku użat fl-Istat Membru ta’ l-oriġini, jew fl-Istat Membru li minnu ġejja l-persuna barranija, jista’ jitħallat fl-Istat Membru ospitanti ma’ titolu li jitlob f’dak l-Istat taħriġ addizzjonali li l-persuna konċernata ma tkunx għamlet, l-Istat Membru ospitanti jista’ jitlob lil persuna biex tuża t-titolu użat fl-Istat Membru ta’ l-oriġini jew fl-Istat Membru li ġejja minnu b’forma xierqa li għandha ssir mill-Istat Membru ospitanti.

    KAPITOLU VI

    DISPOŻIZZJONIJIET BIEX JIFFAĊILITAW L-EŻERĊIZZJU EFFETTIV TAD-DRITT TA’ STABBILIMENT U L-LIBERTÀ LI WIEĦED JIPPROVDI SERVIZZI FIR-RIGWARD TA’ L-ATTIVITAJIET TAT-TOBBA

    A. Dispożizzjonijiet relatati speċifikament mad-dritt ta’ stabbiliment

    L-Artikolu 11

    1. Stat Membru ospitanti li jitlob mill-persuni tan-nazzjonalità tiegħu prova ta’ karattru tajjeb u reputazzjoni tajba meta jibdew kull attività ta’ tabib għandu jaċċetta bħala prova tajba biżżejjed, fir-rigward ta’ ċittadini ta’ Stati Membri oħra, ċertifikat maħruġ minn awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ oriġini jew ta’ l-Istat Membru li minnu ġejja l-persuna barranija, li jafferma li l-kondizzjonijiet ta’ karattru tajjeb u reputazzjoni tajba f’dak il-każ mitluba mill-Istat Membru ikunu ntlaħqu.

    2. Meta l-Istat Membru ta’ l-oriġini jew l-Istat Membru li minnu ġejja l-persuna barranija ma jeħtiġx prova ta’ karattru tajjeb jew reputazzjoni tajba mill-persuni li jixtiequ jibdew l-attivitajiet f’dak il-każ għall-ewwel darba, l-Istat Membru ospitanti jista’ jitlob miċ-ċittadini ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini jew ta’ l-Istat Membru li minnu ġejja l-persuna barranija estratt mir-rekord ġudizzjarju jew, jekk dan hu impossibbli, dokument ekwivalenti maħruġ minn awtorità kompetenti fl-Istat Membru ta’ l-oriġini jew fl-Istat Membru li minnu ġejja l-persuna barranija.

    3. Jekk l-Istat Membru ospitanti għandu tagħrif dettaljat ta’ każ serju li seħħ, qabel l-istabbiliment tal-persuna konċernata f’dak l-Istat, barra t-territorju tiegħu u li x’aktarx jista’ jaffettwa ix-xogħol fit-territorju konċernat, jista’ jinforma lill-Istat Membru ta’ l-oriġini jew l-Istat Membru li minnu ġejja l-persuna barranija.

    L-Istat Membru ta’ oriġini jew l-Istat Membru li minnu ġejja l-persuna barranija għandu jivverifika d-dettalji tal-każ. L-awtoritajiet tiegħu għandhom jiddeċiedu fuq in-natura u l-estensjoni ta’ l-investigazzjoni li għandha ssir u għandhom jinfurmaw lill-Istat Membru ospitanti b’kull azzjoni konsegwenti li huma jieħdu fir-rigward taċ-ċertifikati jew tad-dokumenti li huma jkunu ħarġu.

    4. L-Istati Membri għandhom jassiguraw l-konfidenzjalità tal-informazzjoni li tintbagħat.

    L-Artikolu 12

    1. Meta, fi Stat Membru ospitanti, id-dispożizzjonijiet stabbiliti b’liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva li jkunu fis-seħħ u jagħmlu kondizzjonijiet għal karattru tajjeb jew reputazzjoni tajba inklużi l-provvedimenti għal azzjoni dixxiplinari fir-rigward ta’ nuqqas ta’ kondotta professjonali serja jew kundanna ta’ offiżi kriminali u rrelatati ma l-attivitajiet ta’ tabib, l-Istat Membru ta’ l-oriġini jew l-Istat Membru li minnu ġejja l-persuna barranija għandhom jibagħtu lill-Istat Membru ospitanti l-informazzjoni kollha meħtieġa fir-rigward ta’ miżuri u azzjoni dixxiplanarja ta’ natura professjonali jew amministrattiva meħuda fir-rigward tal-persuna konċernata jew pieni kriminali imposti fuq il-persuna fil-professjoni tagħha fl-Istat Membru ta’ l-oriġini jew fl-Istat Membru li minnu ġejja l-persuna.

    2. Jekk l-Istat Membru ospitanti għandu tagħrif dettaljat ta’ każ serju li seħħ, qabel l-istabbaliment tal-persuna kkonċernata f’dak l-Istat, barra t-territorju tiegħu u li x’aktarx jista’ jaffettwa x-xogħol fit-territorju kkonċernat, jista’ jinforma l-Istat Membru ta’ l-oriġini jew l-Istat Membru li minnu ġejja l-persuna barranija.

    L-Istat Membru ta’ l-oriġini jew l-Istat Membru li minnu ġejja l-persuna barranija għandu jivverifika d-dettalji tal-każ. L-awtoritàjiet tiegħu għandhom jiddeċiedu dwar in-natura u l-estensjoni ta’ l-investigazzjoni li għandha ssir u għandhom jinfurmaw lill-Istat Membru ospitanti b’xi azzjoni b’konsegwenza ta’ dan li huma jieħdu fir-rigward ta’ l-informazzjoni li jkunu bagħtu bi qbil mal-paragrafu 1.

    3. L-Istati Membri għandhom jassiguraw l-konfidenzjalità ta’ l-informazzjoni li tintbagħat.

    L-Artikolu 13

    Meta Stat Membru ospitanti jitlob miċ-ċittadini tiegħu li jixtiequ jagħmlu l-attività ta’ tabib, ċertifikat ta’ saħħa fiżika jew mentali, dak l-Istat għandu jaċċetta bħala prova tajba biżżejjed ta’ din il-preżentazzjoni tad-dokument mitlub fl-Istat Membru ta’ oriġini jew fl-Istat Membru li minnu ġejja l-persuna barranija.

    Meta l-Istat Membru ta’ l-oriġini jew l-Istat Membru li minnu ġejja l-persuna barranija ma jimponix xi talbiet ta’ din ix-xorta għal dawk li jixtiequ jagħmlu l-attività f’dan il-każ, l-Istat Membru ospitanti għandu jaċċetta minn ċittadin bħal dan ċertifikat maħruġ minn awtorità kompetenti f’dak l-Istat li jikkorrispondi maċ-ċertifikati maħruġa mill-Istat Membru ospitanti.

    L-Artikolu 14

    Id-dokumenti maħruġa bi qbil mal-Artikoli 11, 12 u 13 jistgħu ma jkunux ippreżentati aktar tard minn tliet xhur wara d-data tal-ħruġ tagħhom.

    L-Artikolu 15

    1. Il-proċedura biex tawtorizza l-persuna konċernata biex tibda bl-attività ta’ tabib, skond l-Artikoli 11, 12 u 13, għandha tkun mħejjija malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-preżentazzjoni tad-dokumenti kollha relatati ma’ din il-persuna, mingħajr preġudizzju għad-dewmien li jirriżulta minn kull appell li jista’ jsir meta tintemm din il-proċedura.

    2. Fil-każi msemmija fl-Artikoli 11(3) u 12(2), talba għal ri-eżaminazzjoni għandha tissospendi il-perijodu stabbilit fil-paragrafu 1.

    L-Istati Membri kkunsultati għandhom jagħtu t-tweġiba tagħhom fi żmien tliet xhur.

    Meta jirċievi t-tweġiba jew fi tmiem tal-perijodu l-Istat Membru ospitanti għandu jkompli bil-proċedura msemmija fil-paragrafu 1.

    L-Artikolu 16

    Meta Stat Membru ospitanti jitlob miċ-ċittadini tiegħu li jixtiequ jsegwu l-attività ta’ tabib biex jieħdu ġurament jew li jagħmlu dikjarazzjoni solenni u meta il-forma ta’ dan il-ġurament jew dikjarazzjoni ma tistax tkun użata minn ċittadini ta’ Stati Membri oħra, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li forma xierqa jew ekwivalenti ta’ ġurament jew dikjarazzjoni tkun offerta lil persuna konċernata.

    B. Provvedimenti speċjali rrelatati mal-provvista ta’ servizzi

    L-Artikolu 17

    1. Meta Stat Membru jitlob miċ-ċittadini tiegħu li jixtiequ jsegwu l-attività ta’ tabib, awtorizzazzjoni jew li jkunu membri ta’, jew irreġistrati ma’, organizzazzjoni jew korp professjonali, dak l-Istat Membru għandu fil-każ ta’ provvista ta’ servizzi jeżenta liċ-ċittadini ta’ Stati Membri minn din il-ħtieġa.

    Il-persuna konċernata għandha tipprovdi servizzi bl-istess drittijiet u obbligi bħal dawk ta’ ċittadini ta’ l-Istat Membru ospitanti; b’mod partikolari il-persuna għandha tkun suġġetta għar-regoli ta’ kondotta ta’ natura professjonali jew amministrattivi li japplikaw f’dak l-Istat Membru.

    Għal dan il-għan u b’żieda għad-dikjarazzjoni pprovduta filparagrafu 2 relatata mas-servizzi li għandhom ikunu pprovduti, l-Istati Membri jistgħu, biex jippermettu l-implimentazzjoni tal-provvedimenti relatati mal-kondotta professjonali fis-seħħ fit-territorju tagħhom, jitolbu jew reġistrazzjoni awtomatika temporanja jew sħubija pro forma ta’ organizzazzjoni jew korp professjonali jew, bħala alternattiva, reġistrazzjoni, bil-kondizzjoni li din ir-reġistrazzjoni jew sħubija ma ttawwalx jew b’xi mod tikkomplika il-provvista tas-servizzi jew timponi xi spejjeż addizzjonali fuq il-persuna li tipprovdi s-servizzi.

    Meta Stat Membru ospitanti jaddotta miżura skond it-tieni subparagrafu jew isir jaf b’fatti li jmorru kontra dawn il-provvedimenti, għandu jinforma minnufih lill-Istat Membru fejn il-persuna konċernata hija stabbilita.

    2. L-Istat Membru ospitanti jista’ jitlob lill-persuna kkonċernata biex tagħmel dikjarazzjoni bil-quddiem lejn l-awtoritajiet kompetenti dwar il-provvedimenti tas-servizzi meta dawn jinvolvu soġġorn temporanju fit-territorju tiegħu.

    F’każi urġenti din id-dikjarazzjoni tista’ ssir malajr kemm jista’ jkun wara li s-servizzi jkunu pprovduti.

    3. Bis-saħħa tal-paragrafi 1 u 2, l-Istat Membru ospitanti jista’ jitlob lil-persuna biex tforni dokument wieħed jew aktar li jkun fih il-partikolaritajiet li ġejjin:

    - id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 2,

    - ċertifikat li jiddikjara li l-persuna kkonċernata tkun legalment issegwi l-attivitajiet f’dak il-każ fl-Istat Membru fejn hija stabbilita,

    - ċertifikat li l-persuna kkonċernata għandha wieħed jew ieħor mid-diplomi, miċ-ċertifikati jew mill-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali xierqa għal provvediment tas-servizzi f’dak il-każ u msemmija f’din id-Direttiva.

    4. Id-dokument jew dokumenti speċifikati fil-paragrafu 3 ma jistgħux jinġiebu aktar minn 12-il xahar wara d-data tal-ħruġ.

    5. Meta Stat Membru temporanjament jew b’mod permanenti jċaħħad, b’mod sħiħ jew f’parti, id-dritt ta’ wieħed miċ-ċittadini tiegħu jew ta’ ċittadin ta’ Stat Membru ieħor stabbilit fit-territorju tiegħu milli jagħmel xi attività ta’ tabib, l-Istat Membru għandu, jassigura l-irtirar temporanju jew permanenti taċ-ċertifikat imsemmi fit-tieni subinċiż tal-paragrafu 3.

    L-Artikolu 18

    Meta reġistrazzjoni ma’ korp pubbliku ta’ sigurtà soċjali hija mitluba fl-Istat Membru ospitanti għat-twettieq mal-korpi ta’ assigurazzjoni tal-kontijiet relatati mas-servizzi magħmula lil persuni assigurati bl-iskemi ta’ sigurtà soċjali, l-Istat Membru għandu jeżenta liċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra stabbiliti fi Stat Membru ieħor minn din it-talba, fil-każi ta’ provvista ta’ servizzi li jirrikjedu vjaġġi minn-naħa tal-persuna konċernata.

    Madankollu, il-persuni kkonċernati għandhom jissupplixxu lil dan il-korp l-informazzjoni bill-quddiem, jew, f’każi urġenti, sussegwentement, li tikkonċerna s-servizzi pprovduti.

    Ċ. Dispożizzjonijiet komuni għad-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jkunu provduti servizzi

    L-Artikolu 19

    Meta fi Stat Membru ospitanti l-użu tat-titolu professjonali relatat ma’ waħda mill-attivitajiet ta’ tabib huwa suġġett għal regoli, ċittadini ta’ Stati Membri oħra li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 9 (1), (3) u (5) għandhom jużaw it-titolu professjonali ta’ l-Istat Membru ospitanti li, f’dak l-Istat, jikkorrispondi mal-kondizzjonijiet ta’ kwalifiki u għandhom jużaw it-titolu mqassar.

    L-ewwel paragrafu għandu japplika wkoll għall-użu ta’ titoli professjonali ta’ tobba speċjalisti minn dawk li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4, 6 u 9 (2), (4), (5) u (6).

    L-Artikolu 20

    1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jagħtu l-opportunità lill-persuni kkonċernati li jiksbu l-informazzjoni fuq il-liġijiet ta’ saħħa u s-sigurtà soċjali u, fejn applikabbli, fuq l-etika professjonali ta’ l-Istat Membru ospitanti.

    Għal dan il-għan l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ċentri informattivi minn fejn persuni bħal dawn jistgħu jiksbu l-informazzjoni meħtieġa. F’każ ta’ stabbiliment, l-Istati Membri ospitanti jistgħu jitolbu lill-benefiċjarji biex jikkuntattjaw dawn iċ-ċentri.

    2. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ċ-ċentri msemmija fil-paragrafu 1 fi ħdan l-awtoritajiet jew korpi kompetenti li huma għandhom jinnominaw.

    3. L-Istati Membri għandhom jaraw li, fejn xieraq, il-persuni kkonċernati jitgħallmu, fl-interess tagħhom u tal-pazjenti tagħhom, il-lingwa meħtieġa biex jeżerċitaw il-professjoni tagħhom fil-pajjiż ospitanti.

    L-Artikolu 21

    L-Istati Membri li jeħtieġu liċ-ċittadini tagħhom li jwettqu perijodu ta’ taħriġ preparatorju biex isiru eliġibbli biex jaħdmu bħala tobba ta’ skema ta’ sigurtà soċjali jistgħu jimponu l-istess kondizzjoni fuq iċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra għal perijodu ta’ ħames snin li jibda mill-20 ta’ Ġunju 1975. Il-perijodu ta’ taħriġ ma jistax, però, jeċċedi sitt xhur.

    L-Artikolu 22

    Fil-każ ta’ dubji ġġustifikati, l-Istat Membru ospitanti jista’ jitlob mill-awtoritàjiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor konferma tal-awtentiċità tad-diplomi, taċ-ċertifikati jew tal-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali maħruġa f’dak l-Istat Membru l-ieħor u msemmija fil-Kapitoli I sa IV tat-Titolu II u wkoll konferma tal-fatt li l-persuna kkonċernata tkun issodisfat it-taħriġ kollu meħtieġ stabbilit fit-Titolu III.

    TITOLU III

    KOORDINAMENT TA’ DISPOŻIZZJONIJIET STABBILITI B’LIĠI, B’REGOLAMENTI JEW B’AZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI FIR-RIGWARD TA’ ATTIVITAJIET TA’ TOBBA

    L-Artikolu 23

    1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-persuni li jixtiequ jsegwu l-professjoni medika jkollhom diploma, ċertifikat jew prova oħra ta’ kwalifiki formali fil-mediċina msemmija fl-Artikolu 3 li jiggarantixxu li waqt il-perijodu ta’ taħriġ il-persuna kkonċernata tkun kisbet:

    (a) tagħrif adekwat tax-xjenzi li fuqhom hija bbażata l-mediċina u fehma tajba tal-metodi xjentifiċi inklużi il-prinċipji li jkejlu l-funzjonijiet bijoloġiċi, l-evalwazzjoni ta’ fatti xjentifiċi u l-analiżi tal-informazzjoni;

    (b) fehma biżżejjed ta’ l-istruttura, il-funzjonijiet u l-imġieba ta’ persuni b’saħħithom u morda, kif ukoll relazzjonijiet bejn l-istat ta’ saħħa u l-istat fiżiku u tas-soċjetà ta’ madwaril-bniedem;

    (ċ) tagħrif adekwat ta’ dixxiplini kliniċi u prattika, li jagħtuh stampa koerenti ta’ mard mentali u mard fiżiku, tal-mediċina mill-aspett ta’ profilassi, dijanjożi u terapija u tar-riproduzzjoni umana;

    (d) esperjenza klinika fl-isptarijiet taħt sorveljanza xierqa.

    2. Perijodu mwettaq ta’ taħriġ mediku ta’ din ix-xorta għandu jkun mill-inqas kors ta’ sitt snin jew 5500 sigħat ta’ istruzzjoni teoretika u prattika mogħtija f’università jew taħt is-sorveljanza ta’ università.

    3. Biex jiġi aċċettat għal dan it-taħriġ, il-kandidat għandu jkollu diploma jew ċertifikat li jintitolah biex jiġi aċċettat fl-universitajiet ta’ l-Istat Membru għal kors ta’ l-istudju kkonċernat.

    4. Fil-każ ta’ persuni li bdew it-taħriġ qabel l-1 ta’ Jannar 1972, it-taħriġ imsemmi fil-paragrafu 2 jista’ jinkludi sitt xhur taħriġ prattiku full-time f’livell universitarju taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet kompetenti.

    5. F’din id-Direttiva xejn ma jippreġudika xi faċilità li tista’ tiġi mogħtija bi qbil mar-regoli tagħhom mill-Istati Membri fir-rigward tat-territorju tagħhom biex jawtorizzaw lil persuni li għandhom diplomi, ċertifikati jew provi oħra ta’ kwalifiki formali li ma nkisbux fi Stat Membru biex jibdew u jsegwu l-attivitajiet bħala tobba.

    L-Artikolu 24

    1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-taħriġ li jwassal għal diploma, ċertifikat jew prova oħra ta’ kwalifiki formali fil-mediċina speċjalizzata, jkun jaqbel mill-anqas mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a) għandu jinvolvi t-twettieq b’suċċess ta’ sitt snin studju fi ħdan l-istruttura tal-kors ta’ taħriġ msemmi fl-Artikolu 23; it-taħriġ li jwassal għal għoti ta’ diploma, ċertifikat jew prova oħra ta’ speċjalizzazzjoni fil-kirurġija dentali, orali u maxillo-facial (taħriġ bażiku mediku u dentali) jinvolvi wkoll it-twettieq b’suċċess tal-kors ta’ taħriġ bħala dentist imsemmi fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 78/687/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 li tikkonċerna l-koordinament tal-provvedimenti stabbiliti b’liġi, b’regolamenti jew b’azzjonijiet amministrattivi fir-rigward ta’ l-attivitajiet ta’ dentisti [6];

    (b) għandu jinvolvi istruzzjoni teoretika u prattika;

    (ċ) għandu jkun kors full-time issorveljat mill-awtoritajiet jew korpi kompetenti skond il-punt 1 ta’ l-Anness I;

    (d) għandu jsir f’ċentru universitarju, fi sptar ta’ tagħlim jew, fejn xieraq, fi stabbiliment tas-saħħa approvat għal dan l-iskop mill-awtoritajiet jew korpi kompetenti;

    (e) għandu jinvolvi l-parteċipazzjoni personali tat-tabib li qed jitħarreġ biex isir speċjalista fix-xogħol u fir-responsabbiltajiet ta’ l-istabbilimenti konċernati.

    2. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-għoti ta’ diploma, ta’ ċertifikat jew ta’ prova oħra ta’ kwalifiki formali fil-mediċina speċjalizzata suġġett għal pussess ta’ wieħed mid-diplomi, miċ-ċertifikati jew mill-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali fil-mediċina msemmija fl-Artikolu 23. Ħruġ ta’ diploma, ċertifikat jew prova oħra ta’ speċjalizzazzjoni fil-kirurġija dentali, orali u maxillo-facial (taħriġ bażiku mediku u dentali) huwa wkoll suġġett għal pussess ta’ wieħed mid-diplomi, miċ-ċertifikati jew mill-provi l-oħra ta’ kwalifiki bħala dentist imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 78/687/KEE.

    L-Artikolu 25

    1. Mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta’ taħriġ full-time kif stabbilit fl-Artikolu 24(1)(ċ), u sa dak iż-żmien li l-Kunsill jieħu d-deċiżjoni bi qbil mal-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jippermettu taħriġ speċjalizzat part-time, taħt il-kondizzjonijiet approvati mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, meta taħriġ fuq bażi full-time ma jkunx prattikabbli għal raġunijiet individwalment validi.

    2. Taħriġ part-time għandu jingħata bi qbil mal-punt 2 ta’ l-Anness I u bi standard kwalitattiv ekwivalenti għat-taħriġ full-time. Dan l-istandard ta’ taħriġ m’għandux ikun imfixkel, jew bin-natura tal-part-time tiegħu jew bl-attwazzjoni ta’ attività professjonali privata bi ħlas.

    It-tul totali tat-taħriġ speċjalizzat ma jistax ikun imqassar fil-każi meta jkun organizzat fuq bażi ta’ part-time.

    3. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi, mhux iktar tard mill-25 ta’ Jannar 1989, jekk il-provvedimenti tal-paragrafi 1 u 2 għandhomx jinżammu jew ikunu emendati, fid-dawl ta’ l-eżaminazzjoni mill-ġdid tas-sitwazzjoni u fuq proposta tal-Kummissjoni, b’rigward għal fatt li l-possibbiltà ta’ taħriġ part-time għandhiex tkompli teżisti f’ċerti ċirkustanzi li għandhom ikunu eżaminati speċjalità bi speċjalità.

    Taħriġ speċjalizzat part-time li nbeda qabel l-1 ta’ Jannar 1983 jista’ jitlesta bi qbil mal-provvedimenti fis-seħħ qabel din id-data.

    L-Artikolu 26

    L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-tul minimu tal-korsijiet ta’ taħriġ speċjalizzat imsemmi hawn isfel ma jistax ikun inqas minn dan li ġej:

    L-ewwel grupp (ħames snin):

    - kirurġija ġenerali

    - newro-kirurġija

    - mediċina interna

    - uroloġija

    - ortopedija;

    It-tieni grupp (erba’ snin):

    - ginekoloġija u ostetrija

    - pedjatrija

    - pnewmotiżjoloġija

    - anatomija patoloġika

    - newroloġija

    - psikjatrija

    It-tielet grupp (tliet snin):

    - anastesjoloġija u rijanimazzjoni

    - oftalmoloġija

    - otorinolaringoloġija.

    L-Artikolu 27

    L-Istati Membri li għamlu provvedimenti b’liġi, b’regolamenti u b’azzjonijiet amministrattivi f’dan il-qasam għandhom jassiguraw li t-tul minimu tal-korsijiet ta’ taħriġ speċjalizzat imsemmi hawn taħt ma jistax ikun inqas minn dan li ġej:

    L-ewwel grupp (ħames snin):

    - kirurġija plastika

    - kirurġija toraċika

    - kirurġija vaskulari

    - newro-psikjatrija

    - kirurġija pedjatrika

    - kirurġija gastroenteroloġika

    - kirurġija maxillo-facial (taħriġ mediku bażiku)

    It-tieni grupp (erba’ snin):

    - kardjoloġija

    - gastroenteroloġija

    - rewmatoloġija

    - bijoloġija klinika

    - radjoloġija

    - radjoloġija dijagnostika

    - radjoterapija

    - mediċina tropikali

    - farmakoloġija

    - psikjatrija tat-tfal

    - mikrobijoloġija-batterjoloġija

    - mediċina tax-xogħol

    - kimika bijoloġika

    - immunoloġija

    - dermatoloġija

    - venereloġija

    - ġerjatrija

    - mard tal-kliewi

    - mard li jittieħed

    - mediċina komunitarja

    - ematoloġija bijoloġika

    - mediċina nukleari

    - kirurġija dentali, orali, u maxillo-facial (taħriġ bażiku mediku u dentali);

    It-tielet grupp (tliet snin):

    - ematoloġija ġenerali

    - endokrinoloġija

    - fiżjoterapija

    - stomatoloġija

    - dermato-veneroloġija

    - allergoloġija.

    L-Artikolu 28

    Bħala miżura tranżizzjonali u minkejja l-Artikoli 24(1)(ċ) u 25, l-Istati Membri li l-provvedimenti tagħhom, stabbiliti b’liġi, b’regolamenti, jew b’azzjonijiet amministrattivi, magħmula għal taħriġ speċjalizzat part-time fl-20 ta’ Ġunju 1975, jistgħu jkomplu japplikaw dawn il-provvedimenti għal kandidati li bdew it-taħriġ bħala speċjalisti mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1983.

    Kull Stat Membru ospitanti għandu jkun awtorizzat li jitlob lill-benefiċjarji ta’ l-ewwel paragrafu biex ifornu, b’żieda mad-diplomi, maċ-ċertifikati u mal-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali, attestazzjoni li jiċċertifika li għall-anqas għal tliet snin konsekuttivi fil-ħames snin ta’ qabel il-ħruġ ta’ l-attestazzjoni huma kienu legalment jaħdmu bħala speċjalisti fil-qasam ikkonċernat.

    L-Artikolu 29

    Bħala miżura tranżizzjonali u minkejja l-Artikolu 24(2):

    (a) f’dak li għandu x’jaqsam mal-Lussemburgu, u fir-rigward biss tad-diplomi tal-Lussemburgu koperti bil-liġi ta’ l-1939 tal-Lussemburgu dwar l-għoti tal-gradi akkademiċi u universitarji, il-ħruġ ta’ ċertifikat bħala speċjalista għandu jkun kondizzjonali sempliċiment fuq il-pussess tad-diploma ta’ tabib tal-mediċina, tal-kirurġija u ta’ l-ostetriċja mogħti mill-Bord ta’ l-Eżamijiet ta’ l-Istat tal-Lussemburgu;

    (b) f’dak li għandu x’jaqsam mad-Danimarka, u fir-rigward tad-diplomi Daniżi ta’ tobba meħtieġa mil-liġi mogħtija mill-fakultà tal-mediċina ta’ università Daniża bi qbil mad-digriet tal-Ministeru ta’ l-Intern tal-14 ta’ Mejju 1970, il-ħruġ ta’ ċertifikat bħala speċjalista għandu jkun kondizzjonali sempliċiment fuq il-pussess tad-diplomi msemmija hawn fuq.

    Id-diplomi msemmija f’(a) u f’(b) jistgħu jingħataw lill-kandidati li bdew it-taħriġ tagħhom qabel l-20 ta’ Diċembru 1976.

    TITOLU IV

    TAĦRIĠ SPEĊIFIKU FIX-XOGĦOL TA’ TABIB ĠENERALI

    L-Artikolu 30

    Kull Stat Membru li jeżenta t-taħriġ imwettaq li hemm referenza għalih fl-Artikolu 23 fit-territorju tiegħu għandu jinstitwixxi taħriġ speċifiku fix-xogħol ta’ tabib ġenerali li jaqbel mal-kondizzjonijiet mill-anqas daqshekk stretti bħal dawk stabbiliti fl-Artikoli 31 u 32, b’mod li l-ewwel diplomi, ċertifikati jew provi oħra ta’ kwalifiki formali mogħtija fit-tmiem il-kors ikunu maħruġa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1990.

    L-Artikolu 31

    1. It-taħriġ speċifiku fix-xogħol ta’ tabib ġenerali li hemm referenza għalih fl-Artikolu 30 għandu jaqbel mal-kondizzjonijiet minimi li ġejjin:

    (a) id-dħul għandu jkun kondizzjonali għal twettieq b’suċċess ta’ mill-anqas sitt snin studju fl-istruttura tal-kors tat-taħriġ li hemm referenza għalih fl-Artikolu 23;

    (b) għandu jkun kors full-time ta’ mill-anqas sentejn, u għandu jkun issorveljat mill-awtoritajiet jew korpi kompetenti;

    (ċ) għandu jkun ibbażat fuq il-prattika aktar milli fuq it-teorija; l-istruzzjoni prattika għandha tingħata, min-naħa l-waħda, mill-anqas għal sitt xhur fi sptar jew klinika approvata b’tagħmir u servizzi xierqa u, min-naħa l-oħra, mill-anqas għal sitt xhur fi prattika ta’ tabib ġenerali approvata jew f’ċentru approvat fejn it-tobba jfornu kura primarja; għandu jsir f’kuntatt ma’ stabbilimenti jew strutturi oħra li għandhom x’jaqsmu max-xogħol ta’ tabib ġenerali; però mingħajr preġudizzju għall-perijodi minimi diġà msemmija ta’ l-istruzzjoni prattika li tista’ tingħata għal perijodu massimu ta’ sitt xhur fi stabbilimenti jew fi strutturi oħra approvati li għandhom x’jaqsmu max-xogħol ta’ tabib ġenerali;

    (d) għandu jinvolvi il-parteċipazzjoni personali ta’ l-imħarreġ fl-attivitajiet u r-responsabbiltajiet professjonali tal-persuni li jaħdem magħhom.

    2. L-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jiddeferixxu l-applikazzjoni tal-provvedimenti tal-paragrafu 1(ċ) relatati mal-perijodi minimi ta’ istruzzjoni sa l-1 ta’ Jannar 1995 l-aktar tard.

    3. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-ħruġ ta’ diplomi, ta’ ċertifikati jew ta’ provi oħra ta’ kwalfiki formali mogħtija wara t-taħriġ speċifiku fix-xogħol ta’ tabib ġenerali, kondizzjonali fuq jekk il-kandidat ikollux waħda mid-diplomi, miċ-ċertifikati jew mill-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3.

    L-Artikolu 32

    Jekk, fit-22 ta’ Settembru 1986, Stat Membru kien qed jipprovdi taħriġ fix-xogħol ta’ tabib ġenerali permezz ta’ esperjenza fix-xogħol ta’ tabib ġenerali miksub mit-tabib fil-klinika tiegħu taħt is-sorveljanza ta’ kontrollur awtorizzat ta’ taħriġ, dak l-Istat Membru jista’ jżomm dan it-tip ta’ taħriġ fuq bażi sperimentali bil-kondizzjoni li:

    - jkun konformi mal-Artikolu 31(1)(a) u (b), u (3);

    - it-tul tiegħu jkun id-doppju tad-differenza bejn il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 31(1)(b) u s-somma tal-perijodi stabbiliti fit-tielet paragrafu t’hawnhekk,

    - jinvolvi perijodu fi sptar jew fi klinika approvata b’tagħmir u servizzi xierqa u perijodu fi prattika ta’ tabib ġenerali jew f’ċentru approvat fejn it-tobba jipprovdu kura primarja; mill-1 ta’ Jannar 1995, it-tul ta’ kull wieħed minn dawn il-perijodi għandu jkun mill-anqas ta’ sitt xhur.

    L-Artikolu 33

    Fuq il-bażi ta’ l-esperjenza miksuba, u fid-dawl tal-progress fit-taħriġ fix-xogħol ta’ tabib ġenerali, il-Kummissjoni għandha tissottometti lil Kunsill, sa l-1 ta’ Jannar 1996 l-aktar tard, rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Artikoli 31 u 32 u l-proposti xierqa biex tinkiseb aktar armonizzazzjoni fit-taħriġ ta’ xogħol ta’ tabib ġenerali.

    Il-Kunsill għandu jaġixxi fuq dawn il-proposti bi qbil mal-proċeduri stabbiliti fit-Trattat qabel l-1 Jannar ta’ 1997.

    L-Artikolu 34

    1. Mingħajr preġudizzju għal prinċipju ta’ taħriġ full-time stabbili fl-Artikolu 31(1)(b), l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw taħriġ speċifiku part—time fix-xogħol ta’ tabib ġenerali b’żieda mat-taħriġ full-time fejn il-kondizzjonijiet partikolari li ġejjin jintlaħqu:

    - it-tul totali tat-taħriġ ma jistax ikun imqassar għax ikun qiegħed isir fuq bażi ta’ part-time,

    - it-tul fil-ġimgħa ta’ taħriġ part-time ma jistax ikun anqas minn 60 % tat-taħriġ fil-ġimgħa full-time,

    - it-taħriġ part-time għandu jinkludi ċertu numru ta’ perijodi ta’ taħriġ full-time, kemm għat-taħriġ magħmul fi sptar jew fi klinika u kemm għat-taħriġ magħmul fi prattika medika approvata jew f’ċentru approvat fejn it-tobba jipprovdu kura primarja. Dawn il-perijodi ta’ taħriġ full-time għandhom ikunu ta’ numru u tul biżżejjed biex jipprovdu preparazzjoni adekwata għax-xogħol effettiv ta’ tabib ġenerali.

    2. Taħriġ part-time għandu jkollu livell ta’ kwalità ekwivalenti għal dak tat-taħriġ full-time. Għandu jwassal għal diploma, ċertifikat jew prova oħra ta’ kwalifika formali, kif hemm referenza għalih fl-Artikolu 30.

    L-Artikolu 35

    1. Irrispettivament minn kull dritt miksub li jirrikonoxxu, l-Istat Membri jistgħu joħorġu id-diploma, iċ-ċertifikat jew il-prova l-oħra ta’ kwalifika formali li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 30 lil tabib ġenerali li ma jkunx temm it-taħriġ li hemm referenza għalih fl-Artikoli 31 u 32 imma li għandu diploma, ċertifikat jew prova oħra ta’ kwalifika formali maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru, li jattesta t-twettieq ta’ kors ta’ taħriġ addizzjonali ieħor, madankollu, l-Istati Membri jistgħu joħorġu diploma, ċertifikat jew prova oħra ta’ kwalifika formali bħal din biss jekk din tattesta għal livell ta’ sengħa ekwivalenti għal dak milħuq fi tmiem it-taħriġ li hemm referenza għalih fl-Artikoli 31 u 32.

    2. Huma u jadottaw ir-regoli tagħhom bi qbil mal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw l-estensjoni li għaliha t-taħriġ addizzjonali diġà mwettaq mill-kandidat u l-esperjenza professjonali tiegħu jistgħu jkunu kkunsidrati flok it-taħriġ li hemm referenza għalih fl-Artikoli 31 u 32.

    L-Istati Membri jistgħu joħorġu d-diploma, iċ-ċertifikat jew il-prova l-oħra ta’ kwalifika formali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 30 biss jekk il-kandidat ikun kiseb mill-anqas sitt xhur esperjenza fix-xogħol ta’ tabib ġenerali fi prattika ta’ tabib ġenerali jew f’ċentru fejn it-tobba jipprovdu kura primarja, kif hemm referenza dwar dan fl-Artikolu 31(1)(ċ).

    L-Artikolu 36

    1. Mill-1 ta’ Jannara 1995, u suġġett għad-drittijiet miksuba li hi tkun irrikonoxxiet, kull Stat Membru għandu jagħmel l-eżerċizzju ta’ tabib ġenerali taħt l-iskema ta’ sigurtà soċjali nazzjonali tiegħu b’kondizzjoni fuq il-pussess ta’ diploma, ta’ ċertifikat jew ta’ prova oħra ta’ kwalifiki formali kif imsemmi fl-Artikolu 30.

    Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw minn din il-kondizzjoni persuni li qed jagħmlu taħriġ speċifiku fil-prattika medika ġenerali.

    2. Kull Stat Membru għandu jispeċifika d-drittijiet miksuba li hu jirrikonoxxi. Madankollu, għandu jirrikonoxxi d-dritt li wieħed jagħmel ix-xogħol ta’ tabib ġenerali ta’ l-iskema ta’ sigurtà soċjali nazzjonali mingħajr id-diploma, iċ-ċertifikat jew l-prova l-oħra ta’ kwalifika formali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 30 bħala miksuba minn dawk it-tobba kollha li fil-31 ta’ Diċembru 1994 kellhom dan id-dritt skond l-Artikoli 1 sa 20 u li huma stabbiliti fit-territorju tiegħu f’dik id-data bis-saħħa tal-artikolu 2 jew 9(1)

    3. Kull Stat Membru jista’ japplika l-paragrafu 1 qabel l-1 ta’ Jannar 1995, suġġett għal kondizzjoni li kull tabib li temm it-taħriġ li hemm referenza fl-Artikolu 23 fi Stat Membru ieħor ikun jista’ jistabbilixxi ruħu fit-territorju tiegħu sal-31 ta’ Diċembru 1994 u jkun jista’ jipprattika permezz ta’ l-iskema ta’ sigurtà soċjali nazzjonali tiegħu bis-saħħa ta’ l-Artikolu 2 jew 9 (1).

    4. L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom joħorġu fuq talba ċertifikat li jagħti, lit-tobba li għandhom drittijiet miksuba bis-saħħa tal-paragrafu 2, id-dritt li jaħdmu bħala tobba ġenerali taħt l-iskema ta’ sigurtà soċjali nazzjonali mingħajr diploma, ċertifikat jew prova oħra ta’ kwalifiki formali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 30.

    5. Xejn fil-paragrafu 1 m’għandu jippreġudika l-possibbiltà, li hi miftuħa għall-Istati Membri, li jagħtu, bi qbil mar-regoli tagħhom u fir-rigward tat-territorju tagħhom, id-dritt ta’ xogħol bħala tabib ġenerali taħt skema ta’ sigurtà soċjali lill-persuni li m’għandhomx diplomi, ċertifikati jew provi oħra formali ta’ taħriġ mediku u ta’ taħriġ speċifiku f’xogħol ta’ tabib ġenerali miksub fiż-żewġ każi fl-Istat Membru, imma li għandhom diplomi, ċertifikati jew provi oħra ta’ wieħed jew ta’ tnejn minn dawn it-tip ta’ taħriġ miksub f’pajjiż mhux membru.

    L-Artikolu 37

    1. Kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi permezz ta’ l-iskema ta’ sigurtà soċjali nazzjonali, għall-iskop ta’ prattikant mediku ġenerali, id-diplomi, iċ-ċertifikati jew il-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 30 mogħtija liċ-ċittadini ta’ Stati Membri minn Stati Membri oħra bi qbil mal-Artikoli 31, 32, 34 u 35.

    2. Kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi ċ-ċertifikati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 36(4) maħruġa liċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri minn Stati Membri oħra, u għandu jikkonsidrahom bħala ekwivalenti fit-territorju tiegħu għad-diplomi, għaċ-ċertifikati jew għall-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali li joħroġ hu stess, u li jippermettu x-xogħol ta’ tabib ġenerali skond l-iskema ta’ sigurtà soċjali nazzjonali.

    L-Artikolu 38

    Ċittadini ta’ Stati Membri li lilhom Stat Membru jkun ħareġ id-diplomi, iċ-ċertifikati jew il-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 30 jew 36(4) għandhom ikollhom id-dritt li jużaw fl-Istat Membru ospitanti t-titolu professjonali eżistenti f’dak l-Istat u l-abbrevjazzjoni tiegħu.

    L-Artikolu 39

    1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 38, l-Istati Membri ospitanti għandhom jassiguraw li ċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri koperti bl-Artikolu 37 għandhom id-dritt ta’ l-użu legali tat-titolu akkademiku, jew, fejn xieraq, abbrevjazzjoni tiegħu, ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini tagħhom jew ta’ l-Istat Membru li ġejjin minnu, bil-lingwa ta’ dak l-Istat. L-Istati Membri ospitanti jistgħu jitolbu li dan it-titolu jkun segwit bl-isem u l-post ta’ l-istabbiliment jew bord ta’ l-eżamijiet li jkun tah.

    2. Jekk it-titolu akkademiku użat fl-Istat Membru ta’ l-oriġini, jew fl-Istat Membru li minnu ġejja l-persuna barranija, jista’ jkun konfuż fl-Istat Membru ospitanti ma’ titolu li jkun jenħtieġ f’dak l-Istat taħriġ addizzjonali li l-persuna kkonċernata ma tkunx għamlet, l-Istat Membru ospitanti jista’ jitlob lil persuna biex tuża t-titolu ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini jew ta’ l-Istat Membru li ġejja minnu b’forma xierqa li għandha tkun indikata mill-Istat Membru ospitanti.

    L-Artikolu 40

    Fuq il-bażi ta’ l-esperjenza miksuba, u fid-dawl tal-progress fit-taħriġ fix-xogħol ta’ tabib ġenerali, il-Kummissjoni għandha tissottometti lejn il-Kunsill, sa l-1 ta’ Jannar 1997 l-aktar tard, rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ dan it-Titolu u, jekk meħtieġ, proposti xierqa b’ħarsa lejn taħriġ xieraq għal kull tabib ġenerali biex jissodisfa r-rekwiżiti ta’ prattikant mediku ġenerali. Il-Kunsill għandu jaġixxi fuq dawk il-proposti bi qbil mal-proċeduri stabbiliti fit-Trattat.

    L-Artikolu 41

    Malli Stat Membru ikun avvża lill-Kummissjoni bid-data tad-dħul fis-seħħ tal-miżuri li jkun ħa bi qbil mal-Artikolu 30, il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż xieraq fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, li jindika n-nomini addottati minn dak l-Istat Membru għad-diploma, għaċ-ċertifikat jew għall-prova l-oħra ta’ kwalifiki formali u, fejn xieraq, it-titolu professjonali f’dak il-każ.

    TITOLU V

    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    L-Artikolu 42

    L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti biex joħorġu jew jirċievu d-diplomi, iċ-ċertifikati jew il-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali kif ukoll id-dokumenti u l-informazzjoni msemmija f’din id-Direttiva u għandhom jinfurmaw minnufih b’dan lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

    L-Artikolu 43

    Meta Stat Membu jiltaqa’ ma’ diffikultajiet kbar f’ċerti oqsma, waqt li japplika din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha teżamina dawn id-diffikultajiet flimkien ma’ l-Istat u għandha titlob l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja dwar is-Saħħa Pubblika stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 75/365/KEE [7].

    Meta meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposti xierqa lejn il-Kunsill.

    L-Artikolu 44

    Id-Direttiva stabbilita fl-Anness III, il-Parti A, hija hawnhekk imħassra, mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ l-Istati Membri li jikkonċernaw iż-żmien ta’ għeluq għat-transposizzjoni stabbilita fl-Anness III, il-Parti B.

    Referenzi għad-Direttivi msemmija għandhom ikunu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw bi qbil mat-tabella ta’ korrelazzjoni pprovduta fl-Anness IV.

    L-Artikolu 45

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fil-Lussemburgu, fil-5 ta’ April 1993.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. Trøjborg

    [1] ĠU C 125, tat-18.5.1992, p. 170; u ĠU C 72, tal-15.3.1993.

    [2] ĠU C 98, ta’ l-24.4.1992, p. 6.

    [3] ĠU L 167, tat-30.6.1975, p. 1; Id-direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/658/KEE (ĠU L 353, tas-17.12.1990, p.73).

    [4] ĠU L 167, tat-30.6.1975, p. 14; Id-direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/658/KEE (ĠU L 353, tas-17.12.1990, p.73).

    [5] ĠU L 267, tad-19.9.1986, p. 26.

    [6] ĠU L 233, ta’ l-24.8.1978, p. 10.

    [7] ĠU L 167, tat-30.6.1975, p. 19.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS 1

    Karatteristiċi tat-taħriġ full-time u part-time ta’ speċjalisti kif imsemmi fl-Artikoli 24(1)(ċ) u 25

    1. Taħriġ full-time ta’ speċjalisti

    Taħriġ bħal dan għandu jsir f’postijiet speċifiċi rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti.

    Għandu jinvolvi l-parteċipazzjoni f’kull attività medika tad-dipartiment fejn isir it-taħriġ, inklużi on-call duties, biex l-ispeċjalista mħarreġ jiddedika l-attività professjonali kollha tiegħu għal dan it-taħriġ prattiku u teoritiku tul iż-żmien tal-ġimgħa standard ta’ xogħol u tul is-sena skond il-provvedimenti miftehma mill-awtoritajiet kompetenti. Għalhekk dawn il-postijiet għandhom ikunu suġġetti għal remunerazzjoni xierqa.

    It-taħriġ jista’ jkun imwaqqaf għal raġunijiet bħal ma huma s-servizz militari, secondment, tqala, jew mard. It-tul totali tat-taħriġ m’għandux jitnaqqas għal raġunijiet ta’ xi interruzzjoni.

    2. Taħriġ part-time ta’ speċjalisti

    Dan it-taħriġ għandu jilħaq l-istess rekwiżiti tat-taħriġ full-time, li għandu jkun differenti biss fil-possibbiltà ta’ parteċipazzjoni limitata fl-attivitajiet mediċi għal perijodu mill-anqas nofs dak ipprovdut fit-tieni paragrafu ta’ punt 1.

    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jassiguraw li t-tul totali u l-kwalità tat-taħriġ part-time ta’ l-ispeċjalisti ma jkunux anqas minn dawk imħarrġa full-time.

    Remunerazzjoni xierqa għandha konsegwentement tkun taqbel mat-taħriġ part-time bħal dan.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    Dati li minnhom ċerti Stati Membri ħassru l-provedimenti stabbiliti b’liġi, b’regolament jew b’azzjonijiet amministrattivi li jikkonċernaw l-għoti ta’ diplomi, ta’ ċertifikati u ta’ provi oħra ta’ kwalifiki formali msemmija fl-Artikolu 9(7)

    IL-BELĠJU

    Kirurġija toraċika: | 1 ta’ Jannar 1983 | |

    Kirurġija vaskulari: | 1 ta’ Jannar 1983 | |

    Psikjatrija-newroloġika: | 1 ta’ Awissu 1987, | minbarra għal persuni li bdew it-taħriġ qabel dik id-data |

    Kirurġija gastroenteroloġika: | 1 ta’ Jannar 1983 | |

    ID-DANIMARKA

    Ematoloġija bijoloġika: | 1 ta’ Jannar 1983, | minbarra għal persuni li bdew it-taħriġ qabel dik id-data u li spiċċawh sa l-aħħar tas-sena 1988 |

    Fiżjoterapija: | 1 ta’ Jannar 1983, | minbarra għal persuni li bdew it-taħriġ qabel dik id-data u li spiċċawh sa l-aħħar tas-sena 1988 |

    Mediċina tropikali: | 1 ta’ Awissu 1987, | minbarra għal persuni li bdew it-taħriġ qabel dik id-data |

    FRANZA

    Radjoloġija: | 3 ta’ Diċembru 1971 | |

    Psikjatrija-newroloġika: | 31 ta’ Diċembru 1971 | |

    IL-LUSSEMBURGU

    Radjoloġija: | Id-diplomi, iċ-ċertifikati u il-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali li m’għadhomx aktar jingħataw fir-rigward tat-taħriġ mibdi wara l-5 ta’ Marzu 1982 |

    Psikjatrija-newroloġika: | Id-diplomi, iċ-ċertifikati u il-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali li m’għadhomx aktar jingħataw fir-rigward tat-taħriġ mibdi wara l-5 ta’ Marzu 1982 |

    L-OLANDA

    Radjoloġija: | 8 ta’ Lulju 1984 | |

    Psikjatrija-newroloġika: | 9 ta’ Lulju 1984 | |

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS III

    Il-Parti A

    Id-direttivi mħassra

    (li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 44)

    1. Id-direttiva 75/362/KEE

    2. Id-direttiva 75/363/KEE

    u l-emendi suċċessivi tagħhom:

    - Id-direttiva 81/1057/KEE: biss ir-referenzi magħmula mill-Artikolu 1 għad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi mħassra 75/362/KEE u 75/363/KEE

    - Id-direttiva 82/76/KEE

    - Id-direttiva 89/594/KEE: biss l-Artikoli 1 sa 9.

    - Id-direttiva 90/658/KEE: biss l-Artikolu 1(1) u (2), u l-Artikolu 2

    3. Id-direttiva 86/457/KEE

    Il-Parti B

    Iż-żmien limitu għat-transpożizzjoni fil-liġi nazzjonali

    (kif hemm referenza għaliha fl-Artikolu 44)

    Id-Direttiva | Żmien limitu għat-transpożizzjoni |

    75/362/KEE (ĠU L 167, tat-30.6.1975, p. 1) | 20 ta’ Diċembru 1976 |

    81/1057/KEE (ĠU L 385, tal-31.12.1981, p. 25) | 30 ta’ Ġunju 1982 |

    75/363/KEE (ĠU L 167, tat-30.6.1975, p. 14) | 20 ta’ Diċembru 1976 |

    82/76/KEE (ĠU L 43, tal-15.2.1982, p. 21) | 31 ta’ Diċembru 1982 |

    89/594/KEE (ĠU L 341, tat-23.11.1989, p. 19) | 8 ta’ Mejju 1991 |

    90/658/KEE (ĠU L 353, tas-17.12.1990, p. 73) | 1 ta’ Lulju 1991 |

    86/457/KEE (ĠU L 267, tad-19.9.1986, p. 26) | 1 ta’ Jannar 1985 |

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS IV

    Din id-direttiva | Id-direttiva 75/362/KEE | Id-direttiva 75/363/KEE | Id-direttiva 86/457/KEE | Id-direttiva 81/1057/KEE | Id-direttiva 89/594/KEE | Id-direttiva 82/76/KEE |

    L-Artikolu 1 | L-Artikolu 1 u 24 | | | | | |

    L-Artikolu 2 | L-Artikolu 2 | | | | | |

    L-Artikolu 3 | L-Artikolu 3 | | | | | |

    L-Artikolu 4 | L-Artikolu 4 | | | | | |

    L-Artikolu 5 | L-Artikolu 5 | | | | | |

    L-Artikolu 6 | L-Artikolu 6 | | | | | |

    L-Artikolu 7 | L-Artikolu 7 | | | | | |

    L-Artikolu 8 | L-Artikolu 8 | | | | | |

    L-Artikolu 9(1) | L-Artikolu 9(1) | | | L-Artikolu 1 | | |

    L-Artikolu 9(2) | L-Artikolu 9(2) | | | L-Artikolu 1 | | |

    L-Artikolu 9(3) | L-Artikolu 9a(1) | | | | | |

    L-Artikolu 9(4) | L-Artikolu 9a(2) | | | | | |

    L-Artikolu 9(5) | L-Artikolu 9(3) | | | | | |

    L-Artikolu 9(6) | | | | | L-Artikolu 9(1) | |

    L-Artikolu 9(7) | | | | | L-Artikolu 9(2) | |

    L-Artikolu 10 | L-Artikolu 10 | | | | | |

    L-Artikolu 11 | L-Artikolu 11 | | | | | |

    L-Artikolu 12 | L-Artikolu 12 | | | | | |

    L-Artikolu 13 | L-Artikolu 13 | | | | | |

    L-Artikolu 14 | L-Artikolu 14 | | | | | |

    L-Artikolu 15 | L-Artikolu 15 | | | | | |

    L-Artikolu 16 | L-Artikolu 15a | | | | | |

    L-Artikolu 17 | L-Artikolu 16 | | | | | |

    L-Artikolu 18 | L-Artikolu 17 | | | | | |

    L-Artikolu 19 | L-Artikolu 18 | | | | | |

    L-Artikolu 20 | L-Artikolu 20 | | | | | |

    L-Artikolu 21 | L-Artikolu 21 | | | | | |

    L-Artikolu 22 | L-Artikolu 22 | | | | | |

    L-Artikolu 23 | | L-Artikolu 1 | | | | |

    L-Artikolu 24 | | L-Artikolu 2 | | | | |

    L-Artikolu 25(1) | | L-Artikolu 3(1) | | | | |

    L-Artikolu 25(2) | | L-Artikolu 3(2) | | | | |

    L-Artikolu 25(3) l-ewwel subparagrafu | | L-Artikolu 3(3) l-ewwel subparagrafu | | | | |

    L-Artikolu 25(3) it-tieni sottoparagrafu | | | | | | L-Artikolu 14 |

    L-Artikolu 26 | | L-Artikolu 4 | | | | |

    L-Artikolu 27 | | L-Artikolu 5 | | | | |

    L-Artikolu 28 | | L-Artikolu 7 | | | | |

    L-Artikolu 29 | | L-Artikolu 8 | | | | |

    L-Artikolu 30 | | | L-Artikolu 1 | | | |

    L-Artikolu 31 | | | L-Artikolu 2(1), (2) u (3) | | | |

    L-Artikolu 32 | | | L-Artikolu 3 | | | |

    L-Artikolu 33 | | | L-Artikolu 4 | | | |

    L-Artikolu 34 | | | L-Artikolu 5 | | | |

    L-Artikolu 35 | | | L-Artikolu 6 | | | |

    L-Artikolu 36 | | | L-Artikolu 7 | | | |

    L-Artikolu 37 | | | L-Artikolu 8 | | | |

    L-Artikolu 38 | | | L-Artikolu 9 | | | |

    L-Artikolu 39 | | | L-Artikolu 10 | | | |

    L-Artikolu 40 | | | L-Artikolu 11 | | | |

    L-Artikolu 41 | | | L-Artikolu 12(2) | | | |

    L-Artikolu 42 | L-Artikolu 23 | | L-Artikolu 2(4) | | | |

    L-Artikolu 43 | L-Artikolu 26 | L-Artikolu 10 | | | | |

    L-Artikolu 44 | | | | | | |

    L-Artikolu 45 | L-Artikolu 27 | | | | | |

    L-Anness I | L-Anness | | | | | |

    L-Anness II | | | | | L-Anness | |

    --------------------------------------------------

    Top