This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31992R0305
Commission Regulation (EEC) No 305/92 of 7 February 1992 amending Regulation (EEC) No 410/90 laying down quality standards for kiwi fruit
Ir-regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 305/92 tas-7 ta' Frar 1992 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 410/90 li jipprovdi għal-livelli ta' kwalità għall-frott tal-kiwi
Ir-regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 305/92 tas-7 ta' Frar 1992 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 410/90 li jipprovdi għal-livelli ta' kwalità għall-frott tal-kiwi
ĠU L 32, 8.2.1992, p. 15–16
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2004; Impliċitament imħassar minn 32004R1673
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31990R0410 | Emenda | anness | 09/02/1992 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 31992R0305R(01) | ||||
Implicitly repealed by | 32004R1673 | 01/10/2004 |
Official Journal L 032 , 08/02/1992 P. 0015 - 0016
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 40 P. 0133
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 40 P. 0133
Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 305/92 tas-7 ta’ Frar 1992 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 410/90 li jipprovdi għal-livelli ta’ kwalità għall-frott tal-kiwi IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1035/72 tat-18 ta’ Mejju 1972 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħaxix u frott [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1623/91 [2], u b’mod partikolari fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu2(2) tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 410/90 [3] jipprovdi għal-livelli ta’ kwalità għall-frott tal-kiwi; Billi, xi ftit mill-provvedimenti huma differenti f’verżjonijiet differenti tal-lingwi; billi, dawn il-provvedimenti għandhom ikunu emendati kif meħtieġ; Billi, sabiex iġibu l-livelli ta’ kwalità għall-frott tal-kiwi indaqs mal-livelli l-oħra tal-KEE għall-ħaxix u l-frott għandhom isiru emendi li jikkonċernaw "iż-żamma tal-kwalità", "il-qies" u "l-kejl"; Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament jaqblu mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħaxix u l-Frott, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 L-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 410/90 huwa emendat kif ġej: 1. fil-parti II "provvedimenti li jikkonċernaw il-kwalità", taħt il-punt B "Klassifikazzjoni", ghandhom isiru s-segwenti modifikazzjonijiet: (a) f’(i) il-klassi "Żejda", taqsima 2 hija mibdula bis-sezzjoni li ġejja:"Għandhom ikunu ħielsa minn difetti b’eċċezzjoni ta’ deterjorazzjoni superfiċjali ħafifa ħafna, sakemm din ma taffettwax il-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u d-dehra ġenerali tal-prodott jew il-preżentazzjoni tiegħu fil-pakkett." (b) f’(ii) "Klassi I" , it-tielet taqsima għandha, fil-verżjonijiet tal-lingwi kollha, tinqara’ kif ġej: "Għandhom jippreżentaw il-karatteristiċi tal-varjetà. Id-difetti ħfief li ġejjin, madanakollu, jistgħu jitħallew sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni tal-pakkett: - difett ħafif fil-forma (madankollu ħieles minn nefħiet jew malformazzjonijiet); - difett ħafif fil-lewn; - difetti superfiċjali fil-qoxra, basta li l-ispazju totali effettwat ma jkunx iktar minn 1 ċm2; - "Hayward mark" żgħira qisha linja fit-tul u mingħajr qbiż ’il barra." (ċ) fi (iii) "Klassi II" , taqsima 3 ir-raba’ inċiż għandha tinqara kif ġej: "— "Hayward marks" ħafna iktar qawwija bi qbiż il-barra ħafif," 2. fil-parti III "Provvedimenti li jikkonċernaw il-kejl" , l-ewwel sezzjoni, għandha tinqara’ kif ġej: "Il-qies huwa stabbilit mill-piż tal-frott". 3. Fil-parti V "Provvedimenti li għandhom x’jaqsmu mal-preżentazzjoni" il-modifikazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu magħmula: (a) taħt il-punt A. "Uniformità", l-ewwel sezzjoni għandha tinqara kif ġej:"Il-kontenut ta’ kull pakkett għandu jkun uniformi u jżomm biss frott tal-kiwi ta’ l-istess oriġini, varjetà, kwalità u qies". (b) taħt il-punt B. "L-Imballaġġ", it-tielet taqisma għandha tinqara’ kif ġej:"Il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kull materjal barrani" L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-7 ta’ Frar 1992. Għall-Kummissjoni Ray Mac Sharry Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 118, ta’ l-20.5.1972, p. 1. [2] ĠU L 150, tal-15.6.1991, p. 8. [3] ĠU L 43, tas-17.2.1990, p. 22. --------------------------------------------------