Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31992L0091

    Id-Direttiva tal-Kunsill 92/91/KEE tat-3 ta' November 1992 li tikkonċerna l-ħtiġiet minimi għat-titjib tal-ħarsien tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema fl-industriji tal-estrazzjoni tal-minerali permezz tat-tħaffir (il-ħdax il-Direttiva individwali fil-qofol tat-tifsir ta' Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)

    ĠU L 348, 28.11.1992, p. 9–24 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 27/06/2007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/91/oj

    31992L0091



    Official Journal L 348 , 28/11/1992 P. 0009 - 0024
    Finnish special edition: Chapter 5 Volume 6 P. 0011
    Swedish special edition: Chapter 5 Volume 6 P. 0011


    Id-Direttiva tal-Kunsill 92/91/KEE

    tat-3 ta' November 1992

    li tikkonċerna l-ħtiġiet minimi għat-titjib tal-ħarsien tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema fl-industriji tal-estrazzjoni tal-minerali permezz tat-tħaffir (il-ħdax il-Direttiva individwali fil-qofol tat-tifsir ta' Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment Artikolu 118a tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], imħejjija wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni dwar is-Sigurtà u s-Saħħa għal-Minjieri u l-Industriji l-oħrajn tal-Estrazzjoni,

    B'kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi Artikolu 118a tat-Trattat KEE jipprovdi li l-Kunsill għandu jadotta, permezz ta' Direttivi, il-ħtiġiet minimi biex jinkoraġġixxi t-titjib, speċjalmnt fl-ambjent tax-xogħol, biex jiggarantixxi livell aħjar ta' protezzjoni għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema;

    Billi, permezz ta' dak Artikolu, Direttivi bħal dawn għandhom jevitaw li jimponu piżijiet amministrattivi, finanzjarji u legali li jkollhom l-effett li jimpedixxu l-ħolqien u l-iżvilupp ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju;

    Billi t-tittjib tas-sigurtà, l-iġjene u s-saħħa tal-ħaddiema fil-post tax-xogħol huwa għan li m'għandux ikun subordinat sempliċement għal raġunijiet ekonomiċi;

    Billi d-Direttiva tal-Kunsill 89/654/KEE tat-30 ta' November 1989 li tirrigwardja l-ħtiġiet minimi dwar is-sigurtà u s-saħħa fil-post tax-xogħol (l-ewwel Direttiva individwali fil-qofol ta' dak li jfisser Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE [4] ma tapplikax għall-industriji tal-estrazzjoni;

    Billi l-konformità mal-ħtiġiet minimi iddisinjati biex jiggarantixxu standard aħjar ta' sigurtà u saħħa għall-industriji tal-estrazzjoni tal-minerali permezz tat-tħaffir hija essenzjali biex tassigura s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema;

    Billi l-industrija tal-estrazzjoni tal-minerali permezz tat-tħaffir tikkostitwixxi qasam ta' attività li x'aktarx jesponi l-ħaddiema għall-livelli ta' riskju partikolarment għoljin;

    Billi din hija Direttiva individwali fis-sens ta' Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex jinkoraġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema waqt ix-xogħol [5]; billi, għalhekk, id-dispożizzjonijiet tal-imsemmija Direttiva japplikaw bis-sħiħ għall-industriji tal-estrazzjoni tal-minerali permezz tat-tħaffir mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet aktar iebsa u/jew speċifiċi li jinstabu f'din id-Direttiva;

    Billi din id-Direttiva hija kontribuzzjoni prattika lejn il-ħolqien tad-dimenzjoni soċjali fis-suq intern,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    SEZZJONI 1

    DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 1

    Suġġett

    1. Din id-Direttiva li hija l-ħdax il-Direttiva Individwali fis-sens ta' Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE, tistabbilixxi l-ħtiġiet minimi dwar il-protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fl-industriji tal-estrazzjoni tal-minerali permezz tat-tħaffir kif definiti f'Artikolu 2(a).

    2. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 89/391/KEE għandhom ikunu applikabbli bis-sħiħ fil-qasam li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet aktar iebsa u/jew speċifiċi li jinstabu f'din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-iskop ta' din id-Direttiva:

    (a) l-industrija tal-estrazzjoni tal-minerali permezz tat-tħaffir għandha tfisser l-industriji li jipprattikaw:

    - l-estrazzjoni, fis-sens strett tal-kelma, ta' minerali permezz tat-ħaffir ta' toqob fil-fond bħala spieri, u/jew

    - għat-tfittix bil-għan għall-estrazzjoni bħal din, u/jew

    - il-preparazzjoni għall-bejgħ tal-minerali estratti, esklużi l-attivitajiet tal-ipproċessar tal-minerali estratti;

    (b) il-postazzjoni tax-xogħol għandha tfisser iż-żona kollha intiża bħala postazzjoni tal-lokalitajiet tax-xogħol, li jirrigwardjaw mal-attivitajiet immedjati w anċillari u l-istallazzjonijiet tal-industriji għal-estrazzjoni tal-minerali permezz tat-tħaffir, inkluża l-akkomodazzjoni, meta provduta, li għaliha l-ħaddiema jkollhom aċċess fil-kuntest tax-xogħol tagħhom.

    SEZZJONI II

    L-OBBLIGAZZJONIJIET TA' MIN IĦADDEM

    Artikolu 3

    Obbligazzjonijiet ġenerali

    1. Għas-salvagwardji tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema, min iħaddem għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jassigura li:

    (a) il-postazzjonijiet tax-xogħol jkunu ddisinjati, mgħammra, impjazzati, operati u mantenuti b'tali mod li l-ħaddiema jkunu jistgħu iwettqu x-xogħol assenjat lilhom mingħajr ma jipperikolaw is-sigurtà u/jew is-saħħa tagħhom u/jew tal-ħaddiema l-oħrajn;

    (b) l-operazzjoni tal-postazzjonijiet tax-xogħol meta l-ħaddiema jkunu preżenti għandha tkun taħt is-superviżjoni ta' persuna nkarigata;

    (ċ) ix-xogħol li jinvolvi riskju speċjali ikun fdat biss lil-persunall kompetenti u mwettaq skond l-istruzzjonijiet mogħtija;

    (d) l-istruzzjonijiet kollha dwar is-sigurtà ikunu jistgħu jifmuhom il-ħaddiema kollha kkonċernati;

    (e) il-faċilitajiet tal-ewwel għajnuna jkunu provduti;

    (f) kwalunkwe provi tas-sigurtà jkunu mwettqa ma tul intervalli regolari.

    2. Min iħaddem għandu jassigura li dokument rigward is-sigurtà u s-saħħa, hawnhekk iżjed 'il quddiem riferit bħala "d-dokument rigward is-sigurtà u s-saħħa" li jkopri l-ħtiġiet relevanti stabbiliti f'Artikoli 6, 9 u 10 tad-Direttiva 89/391/KEE, ikun imħejji u miżmum aġġornat.

    Id-dokument rigward is-sigurtà u s-saħħa għandu juri partikolarment:

    - li r-riskji li jkunu għaddew minnhom il-ħaddiema fuq il-lant tax-xogħol ikunu ġew determinati u assessjati,

    - li miżuri adekwati jkunu sejrin jittieħdu biex jintlaħqu l-għanijiet ta' din id-Direttiva,

    - li d-disinn, l-użu u l-manutenzjoni tal-lant tax-xogħol u tat-tagħmir ikunu salvagwardjati.

    Id-dokument rigward is-sigurtà u s-saħħa għandu jkun imħejji qabel ma jinbeda x-xogħol u għandu jkun rivedut jekk il-lant tax-xogħol ikunu sarulu xi tibdiliet, estenzjonijiet jew konverżjonijiet maġġuri.

    3. Meta ħaddiema minn diversi impriżi jkunu preżenti fuq l-istess lant tax-xogħol, kull wieħed li jħaddem għandu jkun responsabbli rigward il-materji kollha taħt il-kontroll tiegħu.

    Min iħaddem li, bi qbil mal-liġijiet u/jew prattiċi nazzjonali, ikun inkarigat mil-lant tax-xogħol, għandu jikkordina l-implementazzjoni tal-miżuri kollha li jikkonċenaw is-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema u għandu jistqarr, fid-dokument tiegħu rigward is-sigurtà u s-saħħa, l-iskop ta' dak il-koordinament u l-miżuri u l-proċeduri għall-implementazzjoni tiegħu.

    Il-koordinazzjoni m'għandhiex taffettwa r-responsabilità ta' min iħaddem individwalment kif previst fid-Direttiva 89/391/KEE.

    4. Min iħaddem għandu, mingħajr dewmien, jirraporta lill-awtoritajiet kompetenti xi aċċidenti serji u/jew fatali li jseħħu waqt ix-xogħol u s-sitwazzjonijiet serji ta' perikolu.

    Jekk meħtieġ, min iħaddem għandu jaġġorna d-dokument rigward is-sigurtà u s-saħħa billi jannota l-miżuri meħuda biex jevita xi repetizzjoni.

    Artikolu 4

    Protezzjoni min-nirien, l-esplużjoni u l-ambjent li jipperikola s-saħħa

    Min iħaddem għandu jieħu l-miżuri u l-prekawzjonijiet xierqa rigward in-natura tal-operazzjoni:

    - biex jevita, jiskopri u jiġġieled kontra l-bidu u t-tixrid ta' nirien jew esplużjonijiet,

    u

    - biex jipprevjeni li jseħħu esplużjonijiet u/jew sitwazzjonijiet li jipperikolaw is-saħħa.

    Artikolu 5

    Faċilitajiet tal-iskappar u ħelsien

    Min iħaddem għandu jipprovdi u jmantni l-mezzi xierqa għall-iskappar u l-ħelsien sabiex jassigura li l-ħaddiema jkollhom opportunitajiet adekwati biex iħallu l-lant tax-xogħol mingħajr dewmien u b'sigurtà fil-każ ta' perikolu.

    Artikolu 6

    Sistemi ta' komunikazzjoni, twissijiet u avviżi ta' perikolu

    Min iħaddem għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jipprovdi s-sistemi neċessarji dwar l-avviżi ta' perikolu u oħrajn ta' komunikazzjoni biex jiffaċilita l-operazzjonijiet tal-għajnuna, l-iskappar u l-ħelsien jkunu jistgħu jibdew immedjetament jekk hekk ikun meħtieġ.

    Artikolu 7

    Iż-żamma tal-ħaddiema sew informati

    1. Mingħajr preġudizzju għal Artikolu 10 tad-Direttiva 89/391/KEE, il-ħaddiema u/jew ir-rapreżentanti tagħhom għandhom ikunu infurmati bil-miżuri kollha li għandhom jittieħdu rigward is-sigurtà u s-saħħa fuq il-lant tax-xogħol, u partikolarment dawk li jirrigwardjaw l-implementazzjoni ta' Artikoli 3 sa 6.

    2. L-informazzjoni għandha tkun tali li tkun tista tifthiem mill-ħaddiema konċernati.

    Artikolu 8

    Sorveljanza tas-saħħa

    1. Biex jassiguraw li l-ħaddiema jkollhom sorveljanza xierqa tas-saħħa fir-rigward tar-riskji għas-saħħa u s-sigurtà li huma jiffaċċjaw waqt ix-xogħol, miżuri għandhom ikunu ntrodotti bi qbil mal-liġi u/jew prattiċi nazzjonali.

    2. Il-miżuri li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 għandhom ikunu tali hekk li kull wieħed mill-ħaddiema għandu jkun intitolat li jgħaddi minn sorveljanza tas-saħħa qabel ma jkun assenjat id-doveri li jirrigwardjaw l-attivitajiet riferiti f'Artikolu 2 u sussegwentament f'intervalli regolari.

    3. Is-sorveljanza tas-saħħa tista tkun provduta bħala parti mis-sistema nazzjoni dwar is-saħħa.

    Artikolu 9

    Il-konsultazzjoni tal-ħaddiema u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema

    Il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom għandha sseħħ skond Artikolu 11 tad-Direttiva 89/391/KEE dwar il-materji koperti b'din id-Direttiva.

    Artikolu 10

    Ħtiġiet minimi rigward is-sigurtà u s-saħħa

    1. Il-lantijiet tax-xogħol użati għal-ewwel darba wara d-data li fiha din id-Direttiva tkun iddaħħlet b'effett kif riferit f'Artikolu 12(1) għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet minimi rigward is-sigurtà u s-saħħa stabbiliti fl-Anness.

    2. Il-lantijiet tax-xogħol diġà wżati qabel id-data li fiha din id-Direttiva tkun iddaħlet b'effett kif riferiti f'Artikolu 12(1) għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet minimi dwar is-sigurtà u s-saħħa stabbiliti fl-Anness malajr kemm jista jkun possibli u mhux aktar tard minn ħames snin minn dik id-data.

    3. Meta l-lantijiet tax-xogħol jgħaddu minn tibdil, estenzjonijiet u/jew konverżjonijiet wara d-data li fiha din id-Direttiva tkun iddaħħlet b'effett kif riferit f'Artikolu 12(1), min iħaddem għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jassigura li dawk it-tibdiliet, l-estenzjonijiet u/jew il-konverżjonijiet ikunu b'konformità u jikkorrespondu mal-ħtiġiet minimi stabbiliti fl-Anness.

    SEZZJONI III

    DISPOSIZZJONIJIET OĦRAJN

    Artikolu 11

    Aġġustamenti għall-Annessi

    Aġġustamenti purament tekniċi għall-Annessi bi qbil ma:

    - l-adozzjoni tad-Direttivi fil-qasam tal-armonizzazzjoni teknika u l-istandardizzazzjoni li tikonċerna l-industriji tal-estrazzjoni tal-minerali permezz tat-tħaffir,

    u/jew

    - il-progress tekniku, il-kambjament fir-regolamenti jew l-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali, u s-sejbiet ġodda li jikkonċernaw l-industrija tal-estrazzjoni tal-minerali permezz tat-tħaffir, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita f'Artikolu 17 tad-Direttiva 89/391/KEE.

    Artikolu 12

    Dispożizzjonijiet finali

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolament u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma din id-Direttiva mhux aktar tard minn 24 xhar mill-adozzjoni tagħha. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.

    2. Meta l-Istati Membri jadottaw id-dispożizzjonijiet riferiti fil-paragrafu 1, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'referenza bħal din fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tkun adottata mill-Istati Membri.

    3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet jew tal-liġi nazzjonali li huma jkunu diġa adottaw jew li jkunu jadottaw fl-oqsma irregolati b'din id-Direttiva.

    4. L-Istati Membri għandhom jirraportaw lejn il-Kummissjoni kull ħames snin dwar l-implimentazzjoni prattika ta' din id-Direttiva, jindikaw il-veduti ta' min iħaddem u tal-ħaddiema.

    Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, lill-Kummissjoni dwar is-Sigurtà u s-Saħħa għall-Minjieri u l-Industriji Estrattivi l-Oħrajn u lill-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà, l-Iġjene u l-Protezzjoni tas-Saħħa waqt ix-xogħol, dwar dan.

    Artikolu 13

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-3 ta' Novembru 1992.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    Denton Of Wakefield

    [1] ĠU Ċ 32, tas- 7.3.1991, p. 7.

    [2] ĠU Ċ 280, tat- 28.10.1991, p. 79; u ĠU Ċ 241, tal- 21.9.1992, p. 88.

    [3] ĠU Ċ 191, tat- 22.7.1991, p. 34.

    [4] ĠU L 393, tat-30.12.1989, p. 1.

    [5] ĠU L 183, tad-29.6.1989, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    IL-ĦTIĠIET RIGWARD IS-SIGURTÀ U S-SAĦĦA KIF RIFERITI F'ARTIKOLU 10 TAD-DIRETTIVA

    Nota preliminari

    L-obbligazzjonijiet stabbiliti f'dan l-Anness huma applikabli kull meta meħtieġa bil-fatturi tal-lant tax-xogħol, l-attività, iċ-ċirkostanzi jew ir-riskju speċifiku.

    PARTI A

    Ħtiġiet minimi komuni applikabbli dwar is-setturi kemm ta' fuq l-art u wkoll lil hinn mill-art

    1. Stabbilità u solidità

    Il-lantijiet tax-xogħol għandhom ikunu ddisinjati, mibnija, ermati, operati, b'superviżjoni u mantenuti biex ikunu jifilħu għal kontra l-forzi ambjentali antiċipati.

    Għandhom ikollhom struttura u solidità xierqa għan-natura tal-użu tagħhom.

    2. Organizzazzjoni u superviżjoni

    2.1. Organizzazzjoni tal-lant tax-xogħol

    2.1.1. Il-lantijiet tax-xogħol għandhom ikunu hekk organizzati sabiex jipprovdu protezjoni adekwata kontra l-perikoli. Għandhom jinżammu ndaf, mingħajr kwalunkwe sustanzi ta' periklu jew depositi imneħħija jew ikkontrollati hekk li ma jipperikolawx is-saħħa jew is-sigurtà tal-ħaddiema.

    2.1.2. Il-lantijiet tax-xogħol għandhom ikunu ddisinjati u mibnija skond il-prinċipji ergonomiċi billi jittieħed akkont tal-ħtieġa għall-ħaddiema li jsegwu l-operazzjonijiet imwettqa fil-lantijiet tax-xogħol tagħhom.

    2.1.3. Iż-żoni li fihom ikun hemm perikolu speċjali għandhom ikunu mmarkati b'sinjali ta' twissija magħhom.

    2.2. Il-persuna inkarigata

    Persuna responsabbli li jkollha l-prattika u l-kompetenzi meħtieġa biex twettaq id-doveri tagħha, skond il-liġijiet u/jew il-prattiċi nazzjonali, li tkun ġiet maħtura minn dak li jħaddem, għandha fi kwalunke waqt tkun responsabli għal kull lant tax-xogħol meta l-ħaddiema jkunu preżenti.

    Min iħaddem jista personalemnt jassumi r-responsabbilità għal-lant tax-xogħol kif riferit fl-ewwel paragrafu, jekk ikollu l-prattika u l-kompetenza meħtieġa għall-dak l-iskop, skond il-liġijiet u/jew il-prattiċi nazzjonali.

    2.3. Superviżjoni

    Biex jassigura l-ħarsien dwar is-sigurtà u s-saħħa ma tul l-operazzjonijiet kollha nvoluti, is-superviżjoni meħtieġa għandha tkun provduta minn persuni li jkollhom il-prattika u l-kompetenzi għal din ir-responsabbilità, skond il-liġijiet u/jew il-prattiċi nazzjonali, billi jkun ġie maħtur min dak li jimpjega jew f'ismu jew billi jaġixxi f'ismu.

    Min jimpjega jista personalment iwettaq is-superviżjoni riferita fl-ewwel subparagrafu jekk ikollu l-prattika u l-kompetenza meħtieġa għal dak l-iskop, skond il-liġijiet u/jew il-prattiċi nazzjonali.

    2.4. Ħaddiema kompetenti

    Meta l-ħaddiema jkunu preżenti fuq xi lant tax-xogħol, għandu jkun hemm numru suffiċjenti ta' ħaddiema ta' sengħa, esperjenza u taħriġ meħtieġa biex iwettqu d-doveri assenjati lilhom.

    2.5. Informazzjoni, struzzjonijiet u taħriġ

    Il-ħaddiema għandhom jingħataw l-informazzjoni, l-istruzzjonijiet, it-taħriġ u t-taħriġ mill-ġdid meħtieġa biex jassiguraw is-saħħa u s-sigurtà tagħhom.

    Min jimpjega għandu jassigura li l-ħaddiema jirċievu istruzzjonijiet komprensivi hekk li ma jipperikolawx is-sigurtà u s-saħħa tagħhom jew dawk ta' ħaddiema oħrajn.

    2.6. Struzzjonijiet bil-miktub

    Istruzzjonijiet bil-miktub li jispeċifikaw ir-regoli li għandhom ikunu osservati biex jassiguraw is-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema u l-użu galbat tat-tagħmir għandhom ikunu mħejjija għall kull lant tax-xogħol.

    Dawn għandhom jinkludu informazzjoni rigward l-użu ta' tagħmir tal-emerġenza u l-azzjoni li għandha tittieħed fil-każ ta' emerġenza fi jew qrib il-lant tax-xogħol.

    2.7. Metodi ta' xogħol meqjusa

    Metodi ta' xogħol bil-galbu għandhom ikunu applikati fuq kull lant tax-xogħol jew fir-rigward ta' kull attività.

    2.8. Permessi tax-xogħol

    Meta meħtieġa bid-dokument rigward is-sigurtà u s-saħħa, sistema ta' permessi tax-xogħol għandha tkun introdotta għat-twettieq kemm ta' attivitajiet perikolużi u wkoll dawk l-attivitajiet normali li jistgħu jkollhom inter-azzjoni ma attivitajiet oħra hekk li joħolqu perikoli serji.

    Il-permessi tax-xogħol għandhom jinħarġu mill-persuna nkarigata qabel ma jkun beda x-xogħol u għandhom jispeċifikaw il-kondizzjonijiet li għandhom jitwettqu u l-prekwazzjonijiet li għandhom jittieħdu qabel, ma tul u wara x-xogħol.

    2.9. Reviżjoni regolari tal-miżuri tas-sigurtà u s-saħħa

    Min jimpjega għandu jassigura li l-miżuri meħudha bħala protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema, inkluża s-sistema tal-amministrazzjoni tas-sigurtà u s-saħħa, ikunu regolarment riveduti biex jassiguraw konformità ma din id-Direttiva.

    3. Tagħmir u impjant mekkaniku u elettriku

    3.1. Ġenerali

    Il-għażla, l-istallazzjoni, it-tħejjija, l-operat u l-manteniment tat-tagħmir mekkaniku u elettriku għandhom iseħħu billi jittieħed akkont mistħoqq tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema billi jkunu meqjusa d-dispożizzjonijiet l-oħra ta' din id-Direttriva u tad-Direttivi 89/392/KEE [1] u 89/655/KEE [2].

    Jekk lokaliżżata f'żona li fiha jkun jeżisti jew x'aktarx li jkun jeżisti riskju ta' nar jew splużjoni mit-tqabbid ta' gass, fwar jew likwidu volatili, din għandha tkun addattata għall-użu f'dik iż-żona.

    It-tagħmir għandu, jekk meħtieġ, ikun mgħammar b'apparati prottettivi addattati u sistemi li ma jistgħux ifallu.

    3.2. Dispożizzjonijiet speċifiċi

    It-tagħmir u l-impjant mekkaniku għandhom ikunu ta' saħħa adekwata u ħielsa minn xi difetti moħbija u addattati għal-iskop li għalih huma intiżi.

    It-tagħmir u l-impjant mekkaniku għandhom ikunu ta' daqs u qawwa suffiċjenti għall-iskop li għalih huma ntiżi.

    4. Manutenzjoni

    4.1. Manutenzjoni ġenerali

    Skema addattata għandha tkun stabbilita fuq bażi sistematika li tipprovdi għall-eżaminazzjoni, il-manutenzjoni, u meta xieraq, l-ittestjar ta' t-tagħmir u l-impjant mekkaniku u elettriku.

    Il-manutenzjoni, l-eżaminazzjoni u l-ittestjar ta' xi parti mill-impjant u mit-tagħmir għandhom jitwettqu minn persuni kompetenti.

    Rekord tal-eżaminazzjonijiet u t-testijiet għandhom ikunu mħejjija u miżmuma f'manjera xierqa.

    4.2. Manutenzjoni tat-tagħmir tas-sigurtà

    Tagħmir adekwat tas-sigurtà għandu jkun miżmum lest għall-użu u f'kondizzjoni tajba tax-xogħol ma tul il-ħinijiet kollha..

    Il-manutenzjoni għandha sseħħ billi tingħata kura xierqa tal-operazzjonijiet.

    5. Kontroll tal-bir

    Tagħmir xieraq għal-kontroll tal-bir għandu jkun provdut għall-użu waqt l-operazzjonijiet tal-borehole u bħala prevenzjoni kontra blowouts.

    L-użu ta' tagħmir bħal dan għandu jieħu akkont tal-kondizzjonijiet operazzjonali prevalenti fil-bir.

    6. Protezzjoni minn ambjenti ta' ħsara u riskji ta' splużjoni

    6.1. Miżuri għandhom jittieħdu ħalli tkun assessjata l-preżenza ta' sutanzi perikolużi u/jew potenzjalment splussivi fl-atmosfera u għal-kejl tal-konċentrazzjoni ta' sustanzi bħal dawk.

    Meta meħtieġ bid-dokument rigward is-sigurtà u s-saħħa, apparat ta' monitoraġġ li jkelju awtomatikament u kontinwament il-konċentrazzjonijiet tal-ġass f'postijiet speċifiċi, twissijiet awtomatiċi ta' perikolu u apparat għall-iżolazzjoni awtomatika tal-forniment minn stallazzjonijiet elettriċi u magni ta' kombustjoni nterna għandhom ikunu provduti.

    Meta jkun hemm il-ħtieġa għall-kejl awtomatiku, il-valuri mkejjla għandhom ikunu rreġistrati u miżmuma kif stipulat fid-dokument rigward is-sigurtà u s-saħħa.

    6.2. Protezzjoni minn ambjenti ta' ħsara

    6.2.1. Meta sustanzi ta' ħsara jakkumulaw jew jistgħu jakkumulaw fl-atmosfera, miżuri xierqa għandhom jittieħdu biex jassiguraw il-ġabra tagħhom mill-egħjun u għat-tneħħija tagħhom.

    Is-sistema għandha tkun kapaċi li xerred dik l-atmosfera ta' ħsara b'tali mod li l-ħaddiema ma jkunux f'perikolu.

    6.2.2. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 89/656/KEE [3], apparat xieraq u fi kwantità suffiċjenti għall-għoti tan-nifs u għall-qawmien għandu jkun disponibbli fiż-żoni kollha li fihom il-ħaddiema ikunu esposti f'ambjenti li huma ta' ħsara għas-saħħa

    F'każi bħal dawn, numru suffiċjenti ta' ħaddiema imħarrġa fl-użu ta' dak it-tagħmir għandhom ikunu preżenti fuq il-lant tax-xogħol.

    It-tagħmir għandu jkun merfugħ u mantenut kif xieraq.

    6.2.3. Meta l-idroġenu tal-kubrit jew gassijiet tossiċi oħrajn ikunu jew jistgħu ikunu preżenti fl-atmosfera, pjan ta' protezzjoni li jgħati dettalji tat-tagħmir protettiv disponibbli u tal-miżuri preventivi mittieħda għandu jkun mantenut u disponibbli għal-awtoritajiet kompenenti.

    6.3. Prevenzjoni tar-riskji ta' splużjoni

    6.3.1. Il-miżuri kollha meħtieġa għandhom jittieħdu biex ma jħallux li jseħħu u l-akkomulazzjoni tal-atmosferi splussivi.

    6.3.2. Fiż-żoni fejn ikun hemm riskju ta' splużjoni, il-miżuri kollha meħtieġa għandhom jittieħdu biex ma jħallux li jseħħ il-kumbastiment tal-atmosferi splussivi.

    6.3.3. Pjan tal-prevenzjoni ta' splużjoni li jgħati dettalji tat-tagħmir u l-miżuri meħtieġa għandu jkun imħejji.

    7. Rotot u ħruġ ta' emerġenza

    7.1. Rotot u ħruġ ta' emerġenza għandhom jinżammu ħielsa u jwasslu għal-mezz l-aktar dirett lejn l-arja aperta jew lejn żona sigura, punt tal-asemblea sigura jew punt ta' evakwazzjoni sigura.

    7.2. Fil-każ ta' perikolu, għandu jkun possibli għal-ħaddiema li jevakwaw il-lantijiet tax-xogħol malajr u b'sigurtà kemm jista jkun possibli.

    7.3. In-numru, d-distribuzzjoni u l-qisien tar-rotot u l-ħruġ tal-emerġenza jiddependu mill-użu, t-tagħmir u l-qisien tal-lantijiet tax-xogħol u n-numru massimu ta' persuni li jistgħu jkunu preżenti.

    L-akkomodazzjoni u l-kmamar tal-mistrieħ għandhom ikollhom mil-anqas żewġ rotot separati ta' skappar imqiegħda imbiegħda minn xulxin kemm jista jkun possibli u jwaslu għal żona sigura, punt ta' assemblea sigura jew punt ta' evakwazzjoni sigura.

    7.4. Il-bibien tal-emerġenza għandhom jinfetħu 'l barra jew, jekk dan ikun impossibli, jkunu bibien li jiżżersqu.

    Il-bibien tal-emerġenża m'għandhomx ikunu msakkrin jew magħluqa tali hekk li ma jkunux jistgħu jinfethu mingħajr tbagħjita w immedjetament minn kwalunkwe persuna li tista jkollha l-ħtieġa li tgħamel użu minnhom f'emerġenza.

    7.5. Rotot u ħruġ speċifiċi ta' emerġenza għandhom ikunu ndikati b'sinjali bi qbil mar-regolamenti nazzjonali li jinkorporaw id-Direttiva 92/58/KEE [4] fil-liġi.

    7.6. Il-bibien tal-emerġenza m'għandhomx ikunu msakkra b'ċavetta.

    Ir-rotot u l-ħruġ tal-emerġenza, ir-rotot tat-traffiku u l-bibien li jgħatu aċċess għalihom, għandhom ikunu ħielsa minn kull ostakolu hekk li jkunu jistgħu jintużaw fi kwalunkwe ħin u mingħajr tfixkil.

    7.7. Ir-rotot u l-ħruġ tal-emerġenza li jkollhom ħtieġa ta' illuminazzjoni għandhom ikunu provduti b'dawl tal-emerġenza ta' intensità adekwata fil-każ li jkun hemm qtugħ tad-dawl.

    8. Ventilazzjoni ta' lantijiet magħluqa tax-xogħol

    8.1. Passi għandhom jittieħdu biex jassiguraw li jkun hemm arja friska suffiċjenti fil-lantijiet tax-xogħol li jkunu magħluqa, billi jikkunsidraw il-metodi tax-xogħol użati u t-talbiet fiżiċi li jkun hemm fuq il-ħaddiema

    Jekk tintuża sistema ta' vetilazzjoni nfurzata, din għandha tkun miżmumha f'kondizzjoni tajba.

    Xi ħsarat għandhom ikunu ndikati b'sistema ta' kontroll meta din tkun meħtieġa għas-saħħa tal-ħaddiema.

    8.2. Jekk ikunu wżati sistemi tal-arja kkondizzjonata jew ta' stallazzjoni ta' vetilazzjoni mekkanika, dawn għandhom joperaw b'tali mod hekk li l-ħaddiema ma jkunux esposti għall-kurrenti li jistgħu ikunu ta' skomdu.

    Xi depożiti jew ħmieġ li aktarx li joħloq perikolu immedjat għas-saħħa tal-ħaddiema billi jniġġes l-arja għandu jkun imneħħi mingħajr telf ta' żmien.

    9. It-temperatura tal-kamra

    9.1. Matul is-sigħat tax-xogħol, it-temperaturi tal-kmamar li jkun fihom il-lantijiet tax-xogħol għandhom ikunu adekwati għall-bnedmin billi jkunu meqjusa l-metodi tax-xogħol uzati u l-impenji fiżiċi mqiegħda fuq il-ħaddiema.

    9.2. It-temperaturi tal-kmamar tal-mistrieħ, il-kmamar tal-persunal li ma jkunx jaħdem, il-faċilitajiet sanitarji, il-canteens u l-kmamar tal-ewwel għajnuna għandhom ikunu xierqa għall-iskopijiet partikolari ta' żoni bħal dawk.

    9.3. Twieqi, tamboċċi u ħitan diviżorji tal-ħġieġ għandhom jipprevjenu milli jkun hemm effetti eċċessivi tad-dawl tax-xemx, billi tkun meqjusa n-natura tax-xogħol jew tal-lant tax-xogħol.

    10. Pavimenti, ħitan, soqfa u bjut tal-kmamar

    10.1. Il-pavimenti tal-lantijiet tax-xogħol m'għandhomx ikollhom ħotob, toqob jew rampi perikolużi u għandhom ikunu sodi, stabbli u ma jiżolqux.

    Il-lantijiet tax-xogħol li jkollhom il-postazzjoni tax-xogħol għandhom ikunu nsulati adekwatament kontra s-sħana, billi jkun ikkunsidrat it-tip tax-xogħol involut u l-attività fiżika tal-ħaddiema.

    10.2. L-uċuħ tal-pavimenti, l-ħitan u s-soqfa tal-kmmar għandhom ikunu tali hekk li jkunu jistgħu jittnaddfu jew ikunu miżbuha mill-ġdid sa livell xieraq tal-iġjene.

    10.3. Ħitan trasparenti u dawk translusenti, partikolarment id-diviżorji magħmula kollha mill-ħġieġ, fi kmamar fi jew fil-viċinanża tal-lantijiet tax-xogħol u ta' rotot ta' traffiku għandhom ikunu mmarkati kjarament u magħmula minn materjal ta' sigurtà jew inkellha jkunu mħarsa minn dawk il-lantijiet jew rotot ta' traffiku kemm li jipprevjenu lill-ħaddiema milli jiġu f'kuntatt mal-ħitan jew li jsofru xi korriment fil-każ tal-ksur tal-ħitan.

    10.4. Aċċess għall-bjut magħmula minn materjali ta' saħħa mhux suffiċjenti m'għandux ikun permisibli sa kemm tagħmir ma jkunx provdut biex jassigura li x-xogħol ikunu jista jitwettaq b'manjera sigura.

    11. Dawl naturali u artifiċjali

    11.1. Kull lant tax-xogħol għandu jkun provdut fil-qofol tiegħu kollu b'dawl li jkun jista jforni illuminazzjoni suffiċjenti biex jassigura s-saħħa u s-sigurtà tal-persuni li jkunu hemm.

    11.2. Il-lantijiet tax-xogħol għandhom, sa kemm ikun possibbli, jirċievu dawl naturali biż-żejjed u jkunu mgħammra, billi jittieħed akkont tal-kondizzjonijiet klimatoloġiċi, b'dawl artifiċjali adekwat għall-protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema.

    11.3. L-istallazzjonijiet tad-dawl fil-kmamar li jkun fihom il-postazzjonijiet tax-xogħol u fil-passaġġi għandhom ikunu mqiegħda b'tali mod li t-tip tad-dawl ma jkunx jippreżenta riskju ta' aċċident għall-ħaddiema.

    11.4. Il-postazzjonijiet tax-xogħol li fihom il-ħaddiema jkunu speċjalemt esposti għal-riskji fil-każ ta' falliment tad-dawl artifiċjali għandhom ikunu provduti b'dawl ta' emerġenza ta' intensità adekwata.

    11.5. L-istallazzjonijiet tad-dawl għandhom ikunu ddisinjati hekk li jassiguraw li ż-żoni ta' kontrol operazzjonali, ir-rotot ta' ħarbien, iż-żoni tal-embarkazzjoni u ż-żoni perikolużi jibqgħu li jkunu illuminati.

    Meta l-postazzjonijiet tax-xogħol ikunu okkupati biss okkażjonalment, l-obligazzjoni riferita fl-ewwel paragrafu hija limitata għal-perijodu li fih il-ħaddiema jkunu preżenti.

    12. Twieqi u tamboċċi

    12.1. Twieqi, tamboċċi u mezzi tal-ventilazzjoni li huma ntiżi li jkunu miftuħa, aġġustati jew imsakkra għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li dawn l-operazzjonijiet ikunu jistgħu jitwettqu b'sigurtà.

    M'għandhomx ikunu hekk ippustjati li jikkostitwixxu perikolu għall-ħaddiema meta jkunu miftuħin.

    12.2. Għandu jkun possibli li t-tindif tat-twieqi u tat-tambocci jsir mingħajr riskju.

    13. Bibien u gradi

    13.1. Il-pożizzjoni, in-numru u l-qisien tal-bibien u l-gradi, il-materjali użat fil-kostruzzjoni tagħhom, huma ddeterminati bin-natura u l-użu tal-kmamar jew taż-żoni.

    13.2. Bibien trasparenti għandhom ikunu mmarkati kif xieraq f'livell li jkun jidher mingħajr tbatija.

    13.3. Bibien u gradi li jitbandlu għandhom ikunu trasparenti jew li jkun fihom pannelli trasparenti.

    13.4. Jekk l-uċuħ trasparenti jew trusluċenti fil-biebien u fil-gradi ma jkunux magħmula minn materjal ta' sigurtà u jekk ikun hemm il-perikolu li l-ħaddiema jistgħu ikorru jew il-bieb jew il-grada jitfarrak, l-uċuħ għandhom ikunu mħarsa kontra dan it-tifrik.

    13.5. Bibieb li jiżżersqu għandhom ikunu mgħammra b'apparat ta' sigurtà hekk li jipprevjeni milli dawn joħroġu mil-linji tagħhom jew li jaqgħu mingħajr mistenni.

    13.6. Bibien u gradi li jitilgħu 'l-fuq għandhom ikunu mgħammra b'mekkaniżmu biex jassigura li dawn ma jerġgħux jinżlu lura bla mistenni.

    13.7. Il-bibien ma tul rotot ta' ħarbien għandhom ikunu mmarkati kif xieraq.

    Għandu jkun possibli li dawn jinfetħu minn-naħa ta' ġewwa fi kwalunkwe waqt mingħajr għajnuna speċjali.

    Għandu jkun possibbli li l-bibien jinfetħu meta l-postazzjonijiet tax-xogħol ikunu okkupati.

    13.8. Il-bibien għal-min ikun bil-mixi għandhom ikunu provduti fil-viċinanża immedjata ta' xi gradi iniżi essenzjalment għall-traffiku bil-vetturi, sa kemm ma jkunux mingħajr perikolu għal min ikun bil-mixi li jgħaddi min hemm; bibien bħal dawk għandhom ikunu mmarkati b'mod ċar u miżmuma kontinwament mingħajr ostakoli.

    13.9. Il-bibien u l-gradi mekkaniċi għandhom ikunu jiffunzjonaw mingħajr riskju ta' aċċident għall-ħaddiema.

    Għandhom ikunu mgħammra b'apparati tal-għeluq li jkunu jintgħarfu faċilment u aċċessibli f'emerġenza u, sa kemm ma jinfetħux awtomatikament fil-każ ta' qtugħ tal-kurrent, għandu jkun possibbli li dawn jinfetħu manwalment.

    13.10. Meta ktajjen jew apparti simili jkunu wżati biex jipprevjenu l-aċċess għal xi post, dawn għandhom ikunu krajament viżibbli u identifikati kif xieraq b'sinjali li juru xi prohbizzjoni jew twissija.

    14. Rotot ta' traffiku

    14.1. Għandu jkun possibbli li jintlaħqu l-postazzjonijiet tax-xogħol mingħajr perikolu u li jistgħu jitbattlu malajr u b'sigurtà fil-każ ta' emerġenza.

    14.2. Ir-rotot tat-traffiku, inklużi t-turġien, slielen imwaħħla u pjattaformi u rampi tat-tgħabija, għandhom ikunu kkalkolati, imqassma u lokalizzati hekk li jassiguraw aċċess faċli, sigur u xieraq għal min ikun bil-mixi jew għall-vetturi b'tali mod hekk li ma jipperikolawx lill-ħaddiema impjegati fil-viċinanza ta' dawk ir-rotot tat-traffiku.

    14.3. Ir-rotot użati għal traffiku ta' min ikun bil-mixi u/jew traffiku tal-merkanzija għandhom ikunu mqassma skond in-numru tal-utenti potenzjali u tat-tip tal-impriża.

    Jekk mezzi tat-trasport ikunu wżati fuq rotot tat-traffiku, spazju biż-żejjed ta' sigurtà għandu jkun provdut għal min ikun bil-mixi.

    14.4. Spazju suffiċjenti għandu jkun imħolli bejn ir-rotot tat-traffiku bil-vetturi u l-bibien, il-gradi, il-pasaġġi għal min ikun bil-mixi, kurituri u turġien.

    14.5. Ir-rotot tat-traffiku u tal-aċċess għandhom ikunu identifikati kjarament għall-protezzjoni tal-ħaddiema.

    15. Żoni ta' perikolu

    15.1. Jekk il-postazzjonijiet tax-xogħol ikun fihom żoni ta' perikolu li, minħabba n-natura tax-xogħol, ikun hemm riskji li jinkludu dawk li l-ħaddiema jew oġġetti jaqgħu, il-postijiet għandhom ikunu mgħammra, sa kemm ikun possibbli, b'apparati li jipprevjenu l-ħaddiema mhux awtorizzati milli jidħlu f'dawk iż-żoni.

    15.2. Miżuri xierqa għandhom jittieħdu biex jipprotieġu l-ħaddiema awtorizzati li jidħlu fiż-żoni tal-perikolu.

    15.3. Iż-żoni ta' perikolu għandhom ikunu kjrament indikati.

    16. Il-qisien u l-ispazju tal-arja fil-kmamar — moviment ħieles fil-postazzjoni tax-xogħol

    16.1. Il-kmamar tax-xogħol għandhom ikollhom spazju ta' art, għoli u spazju intern suffiċjenti biex jippermettu lill-ħaddiema li jwettqu x-xogħol tagħhom mingħajr riskju għas-sigurtà, s-saħħa jew il-benessere tagħhom.

    16.2. Il-qisien taż-żoni mhux okkupati fil-postazzjoni tax-xogħol għandhom jippermettu lill-ħaddiema kollha libertà ta' moviment suffiċjenti biex ikunu jistgħu iwettqu ix-xogħol tagħhom mingħajr perikolu.

    17. Kmamar tal-mistrieħ

    17.1. Meta s-sigurtà jew is-saħħa tal-ħaddiema, partikolarment minħabba t-tip tal-attività mwettqa jew il-preżenza ta' aktar minn ċertu numru ta' impjegati, jekk ikun jinħtieġ, il-ħaddiema għandhom ikunu provduti b'kamra ta' mistrieħ b'aċċess faċli.

    Din id-dispożizzjoni ma tapplikax jekk il-ħaddiema jkunu impjegati f'uffiċċini jew postazzjonijiet simili tax-xogħol li jipprovdu serħan ekwivalenti matul il-waqfien mix-xogħol.

    17.2. Il-kmamar tal-mistrieħ għandhom ikunu kbar biżżejjed u mgħammra b'numru adekwat ta' mwejjed u siġġijiet bid-dhar għan-numru tal-ħaddiema.

    17.3. Fil-kmamar tal-mistrieħ miżuri xierqa għandhom ikunu introdotti għal-protezzjoni ta' dawk li ma jpejpux mid-dwejjaq maħluqa mid-duħħan tat-tabakk.

    17.4. Jekk is-sigħat tax-xogħol ikunu regolari u ta' spiss interrotti u ma jkun hemm l-ebda kamra tal-mistrieħ, kmamar oħrajn għandhom ikunu provduti li fihom il-ħaddiema jkunu jistgħu joqgħodu matul dawk l-interruzzjonijiet, sew jekk dan ikun meħtieġ għas-sigurtà jew għas-saħħa tal-ħaddiema.

    Miżuri xierqa għandhom jittieħdu għall-protezzjoni ta' dawk li ma jpejpux mid-dwejjaq maħluqa mid-duħħan tat-tabakk.

    18. Il-lantijiet tax-xogħol fil-beraħ

    18.1. Il-postazzjonijiet tax-xogħol, ir-rotot tat-traffiku u ż-żoni jew l-istallazzjonijiet l-oħrajn li jkunu fil-beraħ li huma wżati jew okkupati mill-ħaddiema ma tul il-korsa tal-attivita tagħhom għandhom ikunu organizzati b'tali mod hekk li min ikun bil-mixi u l-vetturi jkunu jistgħu jiċċirkolaw mingħajr perikolu.

    18.2. Il-lantijiet tax-xogħol li jkunu fil-beraħ għandhom ikunu mixgħula adekwatament b'dawl artifiċjali jekk id-dawl naturali ma jkunx adekwat.

    18.3. Meta l-ħaddiema jkunu impjegati fuq lant tax-xogħol fil-beraħ, dawn il-lantijiet tax-xogħol għandhom sa kemm ikun possibli jkunu mqassma hekk li l-ħaddiema:

    (a) jkunu protetti kontra l-kondizzjonijiet ħżiena tat-temp u jekk meħtieġ kontra xi oġġetti li jaqgħu;

    (b) ma jkunux esposti għal-livelli ta' ħsejjes li jgħamlu l-ħsara u l-anqas għal xi influwenzi esterni ta' ħsara bħal ma huma gassijiet, fwar jew trab;

    (ċ) ikunu jistgħu iħallu l-lantijiet tax-xogħol b'ħeffa fil-każ ta' perikolu jew li jkun possibli li jkollhom għajnuna ta' malajr;

    (d) ma jistgħux jiżolqu jew jaqgħu.

    19. Nisa tqal u ommijiet li jreddgħu

    Nisa tqal u ommijiet li jreddgħu għandhom ikunu jistgħu jimteddu biex jistrieħu f'kondizzjonijiet xierqa.

    20. Ħaddiema ħandikappati

    Il-postazzjonijiet tax-xogħol għandhom ikunu organizzati hekk li jittieħed kont ta' ħaddiema ħandikappati, jekk dan ikun meħtieġ.

    Din id-dispożizzjonijiet tapplika partikolarment għall-bibien, il-kurituri, it-turġien, il-kabini tad-doxxa, is-sinkijiet, il-lokijiet u l-postazzjoni tax-xogħol użati jew okkupati direttament minn persuni ħandikappati.

    PARTI B

    Ħtiġiet minimi speċjali applikabli fis-settur ta' fuq l-art

    1. Skoperta tan-nirien u l-ġlieda kontra n-nar

    1.1. Kull meta l-postazzjonijiet tax-xogħol ikunu ddissinjati, mibnija, mgħammra, utilizzati, operati jew mantenuti, miżuri adekwati għandhom jittieħdu biex jipprevjenu nirien milli joriġinaw jew li jixterdu minn egħjun identifikati fid-dokument rigward is-sigurtà s-saħħa.

    Dispożizzjoni għandha ssir għal-ġlieda mħaffa u effettiva kontra n-nar.

    1.2. Il-postazzjonijiet tax-xogħol għandhom ikunu mgħammra b'apparat xieraq għall-ġlieda kontra n-nirien u, jekk meħtieġ, b'apparat għas-sejbien tan-nar u s-sistemi tal-allarm.

    1.3. Apparat mhux awtomatiku għall-ġlieda kontra n-nirien għandu jkun faċilment aċċesibbli u sempliċi biex ikun użat u, meta meħtieġ, protett kontra l-ħsara.

    1.4. Pjan ta' protezzjoni kontra n-nar li jgħati dettalji dwar il-prekwazzjonijiet li għandhom jittieħdu, bi qbil ma' Artikoli 3, 4, 5 u 6 ta' din id-Direttiva, għall-protezzjoni, s-sejbien u l-ġlieda kontra xi skoppjar u tixrid ta' nirien, għandu jinżamm fuq il-post.

    1.5. It-tagħmir tal-ġlieda kontra n-nirien għandu jkun indikat b'sinjali bi qbil mar-regolament nazzjonali li nkorporaw id-Direttiva 92/58/KEE bħala liġi.

    Dawn is-sinjali għandhom ikunu mqiegħda f'postijiet xierqa u ta' tip dewwiemi.

    2. Kontroll mill-bogħod fil-każ ta' emerġenzi

    Meta meħtieġ bid-dokument rigward is-sigurtà u s-saħħa, ċertu tagħmir għandu jkun jista jiġi kkontrollat mill-bogħod f'lokalitajiet xierqa fil-każ ta' emerġenza.

    Dan it-tagħmir għandu jinkludi sistemi għall-iżolament u l-blowdown ta' bjar, impjant u pipelines.

    3. Komunikazzjoni, ġenerali u f'emerġenza

    3.1. Meta meħtieġa bid-dokument rigward is-sigurtà u s-saħħa, kull lant tax-xogħol li fih il-ħaddiema jkunu preżenti għandu jkun mgħammar bi:

    (a) sistema akustika u ottika kapaċi li tittrasmetti ndikazzjoni ta' allarm lejn kull parti bil-ħaddiema tal-postazzjoni tax-xogħol skond kif ikun meħtieġ;

    (b) sistema akustika kapaċi li tinstema' b'distinzjoni fil-partijiet kollha tal-istallazzjoni kull fejn il-ħaddiema ta' spiss ikunu preżenti.

    3.2. Faċilitajiet għal biex jingħata l-allarm għandhom ikunu provduti f'lokalitajiet xierqa.

    3.2.1. Meta l-ħaddiema jkunu preżenti fil-postazzjonijiet tax-xogħol li normalment ma jkunx fihom ħaddiema, sistemi xierqa ta' komunikazzjoni għandhom ikunu mqiegħda għad-dispożizzjoni tagħhom.

    4. Postijiet ta' tlaqqigħ siguri u lista tal-miġemgħa

    Meta meħtieġ bid-dokument rigward is-sigurtà u s-saħħa, il-postijiet ta' tlaqqigħ siguri għandhom ikunu speċifikati, il-listi tal-miġemgħa għandhom ikunu miżmuma u l-azzjoni meħtieġa għandha tkun meħudha.

    5. Mezzi tal-evakwazzjoni u l-iskappar

    5.1. Il-ħaddiema għandhom ikunu mħarrġa fl-azzjonijiet xierqa li għandhom jittieħdu fl-emerġenzi.

    5.2. It-tagħmir tas-salvataġġ għandu jkun provdut f'postijiet li jkunu aċċesibbli mingħajr xkiel u xierqa u miżmuma lesti għall-użu.

    5.3. Meta r-rotot tal-iskappar ikunu diffiċli, u fejn l-arja ma tkunx tajba għan-nifs jew inkella din l-arja tista tkun preżenti, apparat ta' skappar li jkun komplut minnu nnifsu għandu jkun provdut għall-użu immedjat fil-postazzjoni tax-xogħol.

    6. Eżerċizzju tas-sigurtà

    Eżerċizzji tas-sigurtà għandhom jinżammu ma tul intervali regolari fil-postazzjoni kollha tax-xogħol ta' fejn normalment il-ħaddiema jkunu preżenti.

    L-iskop ewlieni ta' eżerċizzji bħal dawn huwa li jħarreġ u jivverifika l-kapaċità tal-ħaddiema li lilhom doveri speċifiċi jkunu ġew assenjati fil-każ ta' emerġenza li tinvolvi l-użu, l-immaniġġjar u l-operażżjoni tat-tagħmir tal-emerġenza, billi jittieħed kont tal-kriterja stabbita fid-dokument rigward is-sigurtà u s-saħħa riferut fil-punt 1.1.

    Meta xieraq, il-ħaddiema, li jkunu hekk assenjati, għandhom ukoll ikunu mħarrġa fl-użu tajjeb, l-immaniġġjar jew l-operat ta' dak it-tagħmir.

    7. Tagħmir sanitarju

    7.1. Kmamar tat-tibdil u kaxxarizzi

    7.1.1. Kmamar xierqa għat-tibdil tal-ħwejjeġ għandhom ikunu provduti għall-ħaddiema jekk dawn ikollhom jilbsu ħwejjeġ speċjali għal waqt ix-xogħol u meta, għal raġunijiet ta' saħħa u modestja, dawn ma jistgħux ikunu mistennija li jbiddlu f'kamra oħra.

    Il-kmamar tat-tibdil għandhom ikunu aċċesibbli faċilment, ikunu ta' daqs suffiċjenti u jkunu provduti b'faċilitajiet biex il-ħaddiema jkunu jistgħu joqgħodu bilqiegħda.

    7.1.2. Il-kmamar tat-tibdil għandhom ikunu kbar biż-żejjed u jkollhom faċilitajiet biex kull ħaddiem ikunu jista jsakkar il-ħwejjeġ tiegħu/tagħha ma tul is-sigħat tax-xogħol.

    Jekk iċ-ċirkustanzi hekk ikunu jeħtieġu (e.g. sustanzi perikolużi, umidità, ħmieġ), il-kaxxarizz għall-ħwejjeġ tax-xogħol għandhom ikunu separati minn dawk tal-ħwejjeġ ordinarji.

    Għandu jkun hemm provvediment sabiex il-ħwejjeġ imxarba jkunu jistgħu jitnixxfu.

    7.1.3. Għandu jkun hemm provvediment għal kmamar separati tat-tibdil jew għall-użu separat tal-kmamar tat-tibdil għall-irġiel u għan-nisa.

    7.1.4. Jekk il-kmamar tat-tibdil ma jkunux meħtieġa permezz tal-punt 7.1.1. kull ħaddiem għandu jkun provdut b'post ta' fejn ikun jista jerfa il-ħwejjeġ tiegħu/tagħha.

    7.2. Kabini tad-doxxa u sinkijiet

    7.2.1. Kabini tad-doxxa adekwati u addattati għandhom ikunu provduti għal-ħaddiema jekk dan ikun meħtieġ min-natura tax-xogħol u għal raġunijiet tas-saħħa.

    Għandu jkun hemm provvediment għal kmamar separati ta' fejn ikun hemm il-kabini tad-doxxa jew għal użu separat ta' dawn il-kmamar għall-irġiel u għan-nisa.

    7.2.2. Il-kmamar ta' fejn ikun hemm il-kabini tad-doxxa għandhom ikunu kbar biż-żejjed biex jippermettu li kull ħaddiem li jinħasel mingħajr tfixkil fil-kondizzjonijiet ta' standard xieraq tal-iġjene.

    Il-kabini tad-doxxa għandhom ikunu fornuti b'ilma ġieri kemm sħun u wkoll kiesaħ.

    7.2.3. Meta l-kabini tad-doxxa ma jkunux meħtieġa permezz tal-ewwel subparagrafu tal-punt 7.2.2., sinkijiet adekwati u addattati b'ilma ġieri kemm sħun u wkoll kiesaħ għandhom ikunu provduti fil-viċinanza tal-postazzjonijiet tax-xogħol u tal-kmamar tat-tibdil.

    Dawn il-sinkijiet għandhom ikunu separati għall-, jew użati separatament minn, l-irġiel u n-nisa meta hekk ikun meħtieġ għal raġuni ta' modestja.

    7.2.4. Meta l-kmamar ta' fejn ikun hemm il-kabini tad-doxxa jew il-sinkijiet jkunu separati mill-kmamar tat-tibdil, dawn jenħtieġ li jkun hemm komunikazzjoni faċli bejniethom it-tnejn.

    7.3. Lokijiet u Sinkijiet

    Faċilitajiet separati għandhom ikunu provduti fil-viċinanzi tal-postazzjonijiet tax-xogħol, tal-kmamar tal-mistrieħ, tal-kmamar tat-tibdil u tal-kmamar fejn ikunu jinstabu l-kabini tad-doxxa jew sinkijiet, b'numru adekwat ta' lokijiet u sinkijiet.

    Provvediment għandu jsir għall-lokijiet separati jew l-użu separat tal-lokijiet għall-irġiel u n-nisa.

    8. Kmamar u apparat tal-ewwel għajnuna

    8.1. L-apparat tal-ewwel għajnuna għandu jkun xieraq għat-tip ta' attività li tkun imwettqa.

    Waħda jew aktar kmamar tal-ewwel għajnuna għandhom ikunu provduti.

    Struzzjonijiet kjarament viżibbli rigward l-ewwel għajnuna fil-każ ta' aċċidenti għandhom ikunu mhurija f'dawn il-kmamar.

    8.2. Il-kmamar tal-ewwel għajnuna għandhom ikunu mgħammra bi stallazzjonijiet u apparat essenzjali għall-ewwel għajnuna u għandhom ikunu aċċessibbli faċilment għall-istretchers.

    Għandhom ikunu mmarkati bi qbil mar-regolamenti nazzjonali li nkorporaw id-Direttiva 92/58/KEE fil-liġi.

    8.3. B'żieda, l-apparat tal-ewwel għajnuna għandu jkun disponibli fil-postijiet kollha fejn il-kondizzjonijiet tax-xogħol ikunu jenħtieġu dan.

    Dan l-apparat għandu jkun immarkat kif meħtieġ u aċċessibbli faċilment.

    8.4. Numru suffiċjenti ta' ħaddiema għandhom ikunu mħarrġa fl-użu tal-apparat tal-ewwel għajnuna kif provdut.

    9. Rotot tat-traffiku

    Meta l-vetturi tat-triq jidħlu fuq il-lant tax-xogħol, regolamenti tat-traffiku għandhom ikunu stabbiliti kif meħtieġ.

    PARTI Ċ

    Ħtiġiet speċjali minimi applikabli għas-settur lil-hinn mill-art

    1. Rimarka preliminari

    1.1. Mingħajr preġudizzju għal Artikolu 3(2), min iħaddem li, bi qbil mal-leġislazzjoni u/jew il-prattika nazzjonali, jkun responsabbli għal-lant tax-xogħol kopert b'din il-Parti Ċ għandu jassigura li d-dokument rigward is-sigurtà u s-saħħa juri li l-miżuri relevanti kollha jkunu ttieħdu biex jipproteġu s-sigurta‘ u s-saħħa tal-ħaddiema f'sitwazzjonijiet kemm normali u wkoll dawk kritiċi.

    Għal dan il-għan, id-dokument għandu:

    (a) jidentifika l-egħjun speċjali ta' perikolu assoċjati mal-lant tax-xogħol, inkluża xi attivita imsieħba li tista toħloq aċċidenti li aktarx li jkollhom konsegwenzi serji għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema kkonċernati;

    (b) l-aċċess għar-riskji nvoluti fl-egħjun speċjali ta' perikolu riferit f' (a);

    (ċ) juri li prekwazzjonijiet adekwati jkunu ttieħdu biex ikunu evitati l-aċċidenti riferiti f' (a), biex jillimita t-tixrid tal-aċċidenti u biex jippermetti l-evakwazzjoni effiċjenti u kkontrollata tal-lant tax-xogħol f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza;

    (d) juri li s-sistema tal-amministrazzjoni tkun adekwata biex tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 89/391/KEE u ta' din id-Direttiva kemm f'sitwazzjonijiet normali u dawk kritiċi.

    1.2. Min iħaddem għandu josserva l-proċeduri u l-arranġamenti stabbiliti fid-dokument rigward is-sigurtà u s-saħħa ma tul l-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-istadji relevanti kollha koperti b'din id-Direttiva.

    1.3. Dawk kollha li jħaddmu li jkunu differenti minn xulxin u li huma responsabli għal-lantijiet differenti tax-xogħol għandhom jikkooperaw, meta xieraq, fit-tħejjija tad-dokumenti rigward is-sigurtà u s-saħħa u fil-miżuri meħtieġa biex jassiguraw is-sigurt’ u s-saħħa tal-ħaddiema.

    2. L-iskoperta u l-ġlieda tan-nirien

    2.1. Prekwazzjonijiet xierqa, kif identifikati fid-dokument rigward is-sigurtà u s-saħħa riferit fi 1.1, għandhom jittieħdu biex jipprotieġu kontra, jiskopru u jiġġieldu it-tfaqqiegħ u t-tixrid tan-nar.

    Fejn xieraq, ħitan ta' kontra n-nar għandhom ikunu provduti għall-iskop li jissegregaw iż-żoni b'riskju ta' nirien.

    2.2. Sistemi adekwati għall-iskoperta u l-protezzjoni, sistemi għall-ġlieda kontra n-nar u ta' allarmi għandhom ikunu provduti fil-lantijiet kollha tax-xogħol bi qbil mar-riskji identifikati fid-dokument rigward is-sigurtà u s-saħħa riferit fil-punt 1.1.

    Dawn jistgħu jinkludu imma ma humiex limitati għal:

    - sistemi ta' skoperta tan-nar,

    - allarmi tan-nar,

    - pajpiet ewlenija tal-ilma għal kontra n-nar,

    - manek u provvista tal-ilma għal kontra n-nar,

    - sistemi ta' dulluvju tal-ilma u widdieba tal-ilma,

    - sistemi awtomatiċi ta' tbexxix tal-ilma,

    - sistemi għat-tifi tal-gassijiet,

    - sistemi tar-rhawwa,

    - estingwituri tan-nar li jistgħu jinġarru,

    - apparat li jintuża minn dawk li jitfu n-nirien.

    2.3. Apparat mhux awtomatiku għat-tifi tan-nar għandu jkun faċilment aċċessibbli, sempliċi biex ikun użat u, meta meħtieġ, prottet kontra l-ħsara.

    2.4. Pjan ta' protezzjoni għall-kontra n-nar li jgħati dettalji tal-prekwazzjonijiet biex ikun hemm protezzjoni, skoprir u ġlieda kontra t-tfaqqiegħ u t-tixrid tan-nirien għandu jkun miżmum fuq il-lant tax-xogħol.

    2.5. Is-sistemi tal-emerġenza għandhom ikunu segregati jew b'mod ieħor mgħotija protezzjoni minn aċċidenti sa l-estent meħtieġ biex jassiguraw li l-funzjonijiet tal-emerġenza jibqgħu operazzjonali fil-każ ta' emerġenza.

    Sistemi bħal dawn għandhom ikunu dupplikati meta xieraq.

    2.6. L-apparat għandu jkun indikat b'sinjali bi qbil mar-regolamenti nazzjonali li nkorporaw ir-Direttiva 92/58/KEE fil-liġi.

    Sinjali bħal dawn għandhom ikunu mqiegħda f'inħawi xierqa u magħmula minn materjal dejjiemi.

    3. Kontroll mill-bogħod fil-każ ta' emerġenzi

    3.1. Meta meħtieġ bid-dokument rigward is-sigurtà u s-saħħa riferit fil-punt 1.1, sistema ta' kontroll mill-bogħod fil-każ ta' emerġenza għandha tkun stabbilita.

    Dik is-sistema għandha tinkorpora l-istazzjonijiet ta' sorveljar fil-lokalitajiet addattati li jkunu jistgħu jintużaw fil-każ ta' emerġenza, inklużi, jekk meħtieġ, stazzjonijiet ta' monitoraġġ fil-lokalitajiet tal-assemblea sigura u l-istazzjonijiet tal-evakwazzjoni.

    3.2. Apparat li jkun jista jeffettwa l-kontroll mill-bogħod kif imsemmi fil-punt 2.1 għandu mill-anqas jinkludi sistemi għall-ventilazzjoni, tifi tal-apparat li fil-każ ta' emerġenza jista jwassal għal kumbastiment, il-prevenzjoni tal-ħruġ ta' likwidu u gassijiet fjammabbli, il-protezzjoni kontra n-nar u l-kontroll tal-bjar.

    4. Komunikazzjoni: ġenerali u f'emerġenza

    4.1. Meta meħtieġ bid-dokument rigward is-sigurtà u s-saħħa riferit fil-punt 1.1, kull lant tax-xogħol li fih il-ħaddiema jkunu preżenti għandu jkun provdut bi:

    - sistema akustika u viżibbli kapaċi li titrasmetti allarm għal kull parti tal-postazzjonijiet tax-xogħol li fihom ikun hemm il-ħaddiema, skond kif meħtieġ,

    - sistema akustika li tkun tista tinstema kjarament f'kull parti tal-istallazzjoni li fiha jkun hemm il-ħaddiema preżenti ta' spiss,

    - sistema li tkun tista żżomm komunikazzjoni max-xatt u mas-servizzi tas-salvataġġ.

    4.2. Sistema bħal din għandha tkun tista li tibqa operazzjonali fil-każ ta' emerġenza.

    Is-sistema akustika għandha tkun issupplementata minn sistemi ta' komunikazzjoni li ma jkunux jiddependu minn fornimenti ta' potenza li jkunu vulnerabbli.

    4.3. Faċilitajiet biex jissejjaħ l-allarm għandhom ikunu nstallati f'lokazzjonijiet xierqa.

    4.4. Meta ħaddiema jkunu preżenti fil-postazzjonijiet tax-xogħol li normalment ma jkunx hemm ħaddiema fihom, sistema xierqa ta' komunikazzjoni għaċ-ċirkostanzi għandha tkun provduta.

    5. Lokalitajiet tat-tlaqqigħ siguri u listi tal-miġemgħa

    5.1. Miżuri adekwati għandhom jittieħdu biex jipproteġu l-inħawi tal-evakwazzjoni u l-inħawi tat-tlaqqigħ siguri mis-sħana, d-duħħan u, sa kemm ikun possibbli, mill-effetti ta' splużjoni, u biex jassiguraw li r-rotot tal-ħarbien lejn u mill-inħawi tal-evakwazzjoni u dawk tat-tlaqqigħ siguri jibqgħu passabbli.

    Dawn il-miżuri għandhom ikunu tali hekk li jipprovdu protezzjoni lill-ħaddiema għal perijodu suffiċjenti biex jiffaċilitaw l-evakwazzjoni, il-ħarbien u s-salvataġġ siguri li jkunu organizzati u mwettqa meta jkun hemm bżonn.

    5.2. Meta meħtieġ bid-dokument rigward is-sigurtà u s-saħħa riferit fil-1.1, waħda mill-lokazzjonijiet protetti speċifikati fil-5.1 għandha tipprovdi faċilitajiet xierqa ħalli t-tagħmir speċifikat fil-punt 3 ta' din il-Parti Ċ jkunu kontrollati mill-bogħod u li s-servizzi tal-art u tal-emerġenza jkun hemm komunikazzjoni magħhom.

    5.3. L-inħawi tal-assemblea sigura u dawk tal-evakwazzjoni għandhom ikunu aċċessibli mill-ewwel miż-żoni tal-akkomodazzjoni u tax-xogħol.

    5.4. Għal kull punt tal-asemblea sigura, lista li jkun fiha l-ismijiet tal-ħaddiema assenjati għal dak il-punt tal-assemblea sigura għandha tinżamm aġġornata u murija.

    5.5. Lista ta' persuni assenjati d-doveri speċjali fil-każ ta' emerġenza għandha tkun provduta u murija f'inħawi xierqa tal-postazzjoni tax-xogħol.

    L-ismijiet tagħhom għandhom ikunu annotati fl-istruzzjonijiet bil-miktub rifereti fil-punt 3.6 tal-Parti A.

    6. Mezzi tal-evakwazzjoni u tal-ħarbien

    6.1. Il-ħaddiema għandhom ikunu mħarrġa fl-azzjonijiet xierqa li għandhom jittieħdu fil-każ ta' emerġenza.

    B'żieda mat-taħriġ ġenerali fil-każ ta' emerġenza, il-ħaddiema għandhom jirċievu taħriġ speċifiku għal-lant tax-xogħol li għandu jkun speċifikat fid-dokument rigward is-sigurtà u s-saħħa riferit fil-punt 1.1 li jkun jikkoncerna dak il-lant tax-xogħol.

    6.2. Il-ħaddiema għandhom jingħataw taħriġ addattat fit-tekniċi tas-sopravivenza, billi jittieħed akkont tal-kriterja stabbilita fid-dodument li jirrigwardja s-sigurtà u s-saħħa riferit fil-punt 1.1.

    6.3. Mezzi tajba u suffiċjenti għal-evakwazzjoni f'emerġenza u l-mezzi tal-ħarbien dirett lejn il-baħar għandhom ikunu provduti fuq kull postazzjoni tax-xogħol.

    6.4. Plan tal-emerġenza għas-sitwazzjonijiet tas-salvataġġ bil-baħar u l-evakwazzjoni mill-postazzjonijiet tax-xogħol għandu jkun imħejji.

    Il-pjan, li għandu jkun ibbażat fuq id-dokument rigward is-sigurtà u s-saħħa riferit fil-punt 1.1, għandu jipprovdi għall-użu ta' vapuri u elikotteri li jistennew fil-qrib u jinkludi l-kriteja li tikkonċerna il-kapaċità u l-ħin tar-reazzjoni tal-vapuri u l-elikotteri li jkunu jistennew fil-qrib.

    Il-ħin ta' reazzjoni meħtieġ għandu jkun iddikjarat fid-dokument rigward is-sigurtà u s-saħħa għal kull stallazzjoni.

    Il-vapuri li jkunu fil-qrib għandhom ikunu ddisinjati u mgħammra biex jissodisfaw il-ħtiġiet tal-evakwazzjoni u s-salvataġġ.

    6.5. Il-ħtieġa minima għall kull dgħajsa tas-salvataġġ, ċattra tas-salvazzjoni, baga tas-salvataġġ u ġgieget tas-salvataġġ li jkunu provduti għandha tkun li dawn:

    - ikunu addattati u mgħammra li jgħatu sostenn għall-ħajja għal tul suffiċjenti ta' żmien,

    - għandhom ikunu f'numru suffiċjenti għall-ħaddiema kollha li pjuttost li jkunu preżenti,

    - għandhom ikunu tat-tip addattat għal dak il-lant tax-xogħol,

    - għandhom ikunu magħmula sewwa minn materjali addattati billi tkun meqjusa l-funzjoni tas-salvataġġ tal-ħajja u taċ-ċirkostanzi li fihom dawn ikunu wżati u miżmuma lesti għal-użu, u

    - għandhom ikunu ta' kulur tali hekk li jgħamluhom jidhru sewwa meta jkunu wżati, u mgħammra b'apparat tali li l-utineti jkunu jistgħu jużawhom biex jiġbdu l-attenzjoni ta' dawk li jmorru biex isalvawhom.

    6.6. L-apparati adekwati għas-salvazzjoni tal-ħajja għandhom ikunu disponibbli għall-użu immedjat

    7. Eżerċizzji tas-sigurtà

    Fil-postazzjonijiet tax-xogħol li fihom il-ħaddiema normalment ikunu preżenti, eżerċizzji tas-sigurtà għandhom jinżammu ma tul intervalli regolari li fihom:

    - il-ħaddiema kollha li jkun ingħatawlhom doveri speċjali li jinvolvu l-użu, it-tqandil jew l-operat tal-apparat tal-emerġenza għandhom ikunu mħarrġa u eżaminati fl-eżekuzzjoni ta' dawk id-doveri, billi jittieħed akkont tal-kriterja stabbilita fid-dokument rigward is-sigurtà u s-saħħa riferut fil-punt 1.1.

    Meta xieraq, il-ħaddiema għandhom ukoll ikunu mħarrġa fl-użu sewwa, it-tqandil u l-operat ta' dak l-apparat,

    - l-apparat kollu tal-emerġenza użat fl-eżerċizzju għandu jkun eżaminat, imnaddaf u, meta xieraq, mimli mill-ġdid jew mibdul u l-apparat kollu li jinġarr li jkun użat għandu jkun meħud lura lejn il-post ta' fejn normalment ikun miżmum,

    - id-dgħajjes tas-salvataġġ ikunu vverifikati għall-operazzjoni.

    8. Apparat sanitarju

    8.1. Kmamar tat-tibdil u kaxxarizzi

    8.1.1. Kmamar xierqa għat-tibdil għandhom ikunu provduti għal-ħaddiema jekk dawn ikollhom bzonn li jilbsu ħwejjeġ speċjali tax-xogħol u meta, għal raġunijiet ta' saħħa jew modestja, dawn ma jistgħux ikunu mistennija li jbiddlu fi kmamar oħrajn.

    Il-kmamar tat-tibdil għandhom ikunu faċilment aċċessibli, ta' daqs suffiċjenti u jkunu mgħammra b'postijiet ħalli l-ħaddiema jkunu jistgħu joqgħdu bilqiegħda.

    8.1.2. Il-kmamar tat-tibdil għandhom ikunu ta' kobor suffiċjenti u jkollhom il-faċilitajiet ħalli kull ħaddiem ikun jista jsakkar il-ħwejjeġ tiegħu/tagħha ma tul il-ħin tax-xogħol.

    Jekk iċ-ċirkostanzi hekk ikunu jeħtiegu (e.g. sustanzi perikolużi, umidità, ħmieġ), il-kaxxarizzi għall-ħwejjeġ tax-xogħol għandhom ikunu separati minn dawk tal-ħwejjeġ ordinarji.

    Għandu jkun hemm provvediment biex jiffaċilita li l-ħwejjeġ imxarba jkunu jistgħu jitnixxfu.

    8.1.3. Għandu jkun hemm provvediment għal kmamar separati tat-tibdil jew għall-użu separat tal-kmamar tat-tibdil għall-irġiel u għan-nisa.

    8.1.4. Jekk il-kmamar tat-tibdil ma jkunux meħtieġa permezz tal-punt 8.1.1, kull ħaddiem għandu jkun provdut b'post ta' fejn jaħżen il-ħwejjeġ tiegħu/tagħha.

    8.2. Kabini tad-doxxa u faċilitajiet għall-ħasil

    B'żieda ma dawk il-faċilitajiet li jkunu provduti fiż-żona tal-akkomodazzjoni, kabini tad-doxxa xierqa u faċilitajiet għall-ħasil għandhom, jekk meħtieġ, ikunu provduti fil-viċinanza tal-postazzjonijiet tax-xogħol.

    8.3. Lokijiet u sinkijiet

    B'żieda ma dawk il-faċilitajiet provduti fi kwalunkwe akkomodazzjoni, lokijiet u sinkijiet għandhom, jekk meħtieġa, jkunu provduti fil-viċinanza tal-postazzjonijiet tax-xogħol.

    Għandu jkun hemm provvediment għall-lokijiet separati jew għall-użu separat tal-lokijiet għall-irġiel u għan-nisa.

    9. Kmamar u apparat tal-ewwel għajnuna

    9.1. Waħda jew aktar kmamar tal-ewwel għajnuna għandhom ikunu provduti skond id-daqs tal-istallazjoni u t-tip tal-attività li tkun titwettaq.

    9.2. Il-kmamar tal-ewwel għajnuna għandhom ikollhom apparat, faċilitajiet u mediċini xierqa u numru suffiċjenti ta' ħaddiema speċjalizzati, kif ikun meħtieġ biċ-ċirkostanzi, għal-għoti tal-ewwel għajnuna jew, meta meħtieġ, għat-trattament taħt id-direzzjoni ta' prattikant mediku rreġistrat (li jista, jew mhux bilfors li jkun preżenti).

    Dawn għandhom ikunu mmarkati bi qbil mar-regoli nazzjonali li jimplementaw id-Direttiva 92/58/KEE fil-liġi.

    9.3. B'żieda, apparat tal-ewwel għajnuna għandu jkun disponibbli fil-postijiet kollha meta l-kondizzjonijiet hekk ikunu jeħtieġu.

    Dan l-apparat għandu jkun immarkat sewwa u aċċessibli faċilment.

    10. Akkomodazzjoni

    10.1. Jekk in-natura, l-iskala u t-tul tal-operazzjonijiet hekk ikunu jeħtieġu, min iħaddem għandu wkoll jipprovdi lill-impjegati b'akkommodazzjoni li għandha tkun:

    - protezzjoni xierqa kontra l-effetti ta' splużjoni, l-infiltrazzjoni tad-duħħan u l-gass u t-tfaqqiegħ u t-tixrid tan-nar kif identifikat fid-dokument li jirrigwardja s-sigurta u s-saħħa riferit fil-punt 1.1,

    - ikunu mgħammra kif xieraq b'faċilitajiet ta' ventilazzjoni, sħana u dawl,

    - provduti f'kull livell b'mill-anqas żewġ ħruġ independenti li jwasslu għar-rotot tal-ħarbien,

    - imħarsa kontra l-ħsejjes, irwejjaħ u dħaħen minn żoni oħrajn li x'aktarx li jkunu ta' perikolu għas-saħħa, u wkoll kontra l-maltemp,

    - separati minn kull postazzjoni tax-xogħol u lokalizzati lil hinn miż-żoni perikolużi.

    10.2. Akkommodazzjoni bħal din għandha jkun fiha biż-żejjed sodod jew kruċetti għan-numru ta' persuni li jkunu mistennija li jorqdu fuq dik l-istallazzjoni.

    Kwalunkwe kamra innominata bħala akkommodazzjoni għall-irqad għandha jkollha spazju adekwat għall-okkupanti biex jaħżnu ħwejjiġhom.

    Kmamar tal-irqad separati għandhom ikunu provduti għal-iġiel u għan-nisa.

    10.3. Din l-akkommodazzjoni għandha tinkludi numru suffiċjenti ta' kabini tad-doxxa u faċilitajiet għal-ħasil mgħammra b'ilma ġieri sħun u kiesaħ.

    Għandhom isiru provvediment għall-kmamar tal-kabini tad-doxxa separati jew għall-użu separat ta' dawn il-kmamar għal-irġiel u għan-nisa.

    Il-kabini tad-doxxa għandhom ikunu suffeċjentament spazjużi hekk li kull ħaddiem ikun jista jinħasel mingħajr tfixkil f'kondizzjonijiet xierqa tal-iġjene.

    10.4. L-akkommodazzjoni għandha tkun mgħammra b'numru suffiċjenti ta' lokijiet u sinkijiet.

    Għandu jkun hemm provvediment ta' faċilitajiet separati jew għall-użu separat ta' dawk il-faċilitajiet għall-irġiel u għan-nisa.

    10.5. L-akkommodazzjoni u t-tagħmir tagħha għandu jkun miżmum fi standards adekwati tal-iġjene.

    11. Operazzjonijiet bl-elikotteru

    11.1. Il-pjattaformi tal-elikotteru fil-postazzjonijiet tax-xogħol għandhom ikunu ta' daqs suffiċjenti hekk li jipprovdu resqien mingħajr xkiel għall-akbar elikotteru li juża dik il-pjattaforma waqt il-kondizzjonijiet l-aktar severi mistennija għal-operazzjonijiet tal-elikotteru.

    Il-pjattaforma tal-elikotteru għandha tkun hekk iddisinjata u mibnija biex tkun adekwata għas-servizz mistenni.

    11.2. Għandu jkun provdut, u maħżun fil-viċinanza immedjata taż-żona ta' fejn jinżel l-elikotteru, l-apparat meħtieġ għal-użu fil-każ ta' aċċident li jkun jinvolvi l-elikotteru.

    11.3. Fuq l-istallazzjonijiet b'ħaddiema residenti, numru suffiċjenti, għall-reazzjoni fil-każ ta' emerġenza, ta' persunal imħarreġ għal-dak l-iskop, għandu jkun disponibli fuq il-pjattaforma tal-elikotteru ma tul il-movimenti tal-elikotteru.

    12. Il-pożizzjonar ta' stallazzjonijiet fuq il-baħar — sigurtà u stabbilità

    12.1. Il-miżuri meħtieġa kollha għandhom jittieħdu biex jassiguraw is-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fl-industriji tal-estrazzjoni tal-minerali permezz tat-tħaffir waqt li l-istallazzjonijiet lil hinn mill-art ikunu mqiegħda f'posthom fuq il-baħar.

    12.2. L-operazzjonijiet għat-tħejjija tal-pożizzjonar tal-istallazzjonijiet lill hinn mill-art għandhom jitwettqu b'tali mod hekk li jassiguraw l-istabbilità u s-sigurtà tagħhom.

    12.3. It-tagħmir użat u l-proċeduri segwiti għal-attivitajiet riferiti fil-punt 12.1 għandu jkun tali hekk li jnaqqas kull riskju għal-ħaddiema fl-industriji tal-estrazzjoni tal-minerali permezz tat-tħaffir, billi jittieħed akkont tal-kondizzjonijiet kemm normali u wkoll kritikali.

    [1] ĠU L 183, tad-29.6.1989, p. 9. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 91/368/KEE (ĠU L 198, tat-22.7.1991, p. 16).

    [2] ĠU L 393, tat-30.12.1989, p. 13.

    [3] ĠU L 393, tat-30.12.1989, p. 18.

    [4] ĠU L 245, tas-26.8.1992, p. 23.

    --------------------------------------------------

    Top