Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31992D0438

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 1992 dwar il-kompjuterizzazzjoni tal-proċeduri veterinarji rigward l-importazzjoni (il-Proġett Shift), li temenda d-Direttivi 90/675/KEE, 91/496/KEE, 91/628/KEE u d-Deċiżjoni 90/424/KEE, u li tħassar id-Deċiżjoni 88/192/KEE

    ĠU L 243, 25.8.1992, p. 27–31 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Revokat u sostitwit bi 32017R0625

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1992/438/oj

    31992D0438



    Official Journal L 243 , 25/08/1992 P. 0027 - 0031
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 44 P. 0181
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 44 P. 0181


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tat-13 ta’ Lulju 1992

    dwar il-kompjuterizzazzjoni tal-proċeduri veterinarji rigward l-importazzjoni (il-Proġett Shift), li temenda d-Direttivi 90/675/KEE, 91/496/KEE, 91/628/KEE u d-Deċiżjoni 90/424/KEE, u li tħassar id-Deċiżjoni 88/192/KEE

    (92/438/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikoli l-Artikolu 43 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Billi, minn mindu ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kunsill 88/192/KEE tat-28 ta’ Marzu 1988 dwar sistema tal-kontroll tas-saħħa ta’ l-importazzjonijiet minn pajjiżi terżi fuq il-posti ta’ spezzjon fuq il-fruntieri (il-Proġett Shift) [2], sar progress konsiderevoli dwar l-armonizzazzjoni fil-qasam veterinarju;

    Billi, b’mod partikolari, il-Kunsill adottata d-Direttiva 90/675/KEE ta’ l-10 ta’ Diċembru 1990 li tistabblixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ spezzjonijiet/kontrolli veterinarji fuq il-prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi [3], id-Direttiva 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-ispezzjonijiet/kontrolli fuq l-annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi [4] u d-Direttiva 91/628/KEE tad-19 ta’ Novembru 1991 dwar il-protezzjoni ta’ l-annimali matul it-trasport [5];

    Billi, fid-dawl tax-xejra favorevoli fl-armonizzazzjoni tas-settur veterinarju, huwa xieraq illi jiġu stabbiliti disposizzjonijiet ġodda dwar il-kompjuterizzazzjoni tal-proċeduri veterinarji rigward l-importazzjonijiet u għalhekk li tiġi mħassra d-Deċiżjoni 88/192/KEE;

    Billi dawn id-diposizzjonijiet il-ġodda jridu jgħinu għalbiex jipproteġu lill-pubbliku u s-saħħa ta’ l-annimali fil-waqt li jippermettu l-ksib tas-suq intern għall-annimali u l-prodotti ta’ l-annimali;

    Billi dawn id-disposizzjonijiet il-ġodda huma meħtieġa iktar minħabba li ma humiex sejrin jissoktaw l-ispezzjonijiet fuq il-fruntieri interni;

    Billi l-kompjuterizzazzjoni tal-proċeduri veterinarji fuq l-importazzjonijiet trid iġġib magħha manjiera effikaċi tar-rifjut uffiċjali veterinarju ta’ konsinja fuq posta ta’ l-ispezzjon fuq il-fruntiera għalbiex jitmexxew it-tagħrif rilevanti kif ukoll id-data bases li jagħtu d-dettalji tal-ħtiġiet ta’ l-importazzjonijiet u ta’ l-importazzjoni ta’ l-annimali u tal-prodotti mill-annimali;

    Billi d-Direttivi 90/675/KEE, 91/496/KEE u 91/628/KEE għandhom jiġu emendati kif jixraq;

    Billi għandha ssir fid-Direttiva tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju [6] sabiex il-Komunità tikkontibwixxi finanzjarjament għalbiex jiġu implimentati l-miżuri l-ġodda li għandhom x’jaqsmu mal-kompjuterizzazzjoni tal-proċeduri veterinarji dwar l-importazzjonijiet;

    Billi l-Kummissjoni għandha tiġi fdata bix-xogħol li tadottat r-regoli meħtieġa ta’ l-implimentazzjoni,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1. Il-komputjerizzazzjoni tal-proċeduri veterinarji dwar l-importazzjonijiet għandu jkollha fiha:

    - proċedura sabiex jgħaddi t-tagħrif rilevanti meta veterinarju uffiċjali fuq posta ta’ spezzjon fuq fruntiera idawwar konsenja għal fuq rotta oħra;

    - l-organizzazzjoni u t-tħaddim tad-data bases li jkopru l-ħtiġiet ta’ l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ l-annimali u l-prodotti;

    - l-organizzazzjoni u t-tħaddim tad-data bases li jkopru l-importazzjonijiet ta’ l-annimali u l-prodotti fil-Komunità.

    2. Il-kompjuterizzazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1 għandha tilħaq il-livelli preżenti internazzjonali.

    Artikolu 2

    Għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni, id-definizzjonijiet mogħtija fid-Direttivi 90/675/KEE, 91/496/KEE u 91/628/KEE għandhom jiġu applikati kif meħtieġ.

    Artikolu 3

    1. Il-proċedura dwar it-tagħrif riferita fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 1(1) għandha tkopri l-postijiet ta’ l-ispezzjon fuq il-fruntieri, lill-awtoritajiet ċentrali ta’ l-Istati Membri u lill-Kummissjoni.

    2. Il-proċedura dwar it-tagħrif riferita fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 1(1) għandha taħdem kif speċifikat fl-Anness I.

    Artikolu 4

    1. Id-data bases riferiti fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 1 għandu jkun fihom id-dettalji sħaħ tal-ħtiġiet għall-importazzjoni ta’ l-annimali u l-prodotti ġewwa l-Komunità, b’mod partikolari t-tagħrif dwar il-listi tal-pajjiżi terzi awtorizzati, ta’ l-istabbilimenti approvati u tal-miżuri protettivi adottati u l-kampjuni taċ-ċertifikati awtorizzati.

    2. Id-data bases riferiti fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 1(1) għandhom jiġu organizzati u mħaddma kif speċifikat fl-Anness II.

    Artikolu 5

    1. Id-data bases riferiti fit-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 1(1) għandu jkollhom it-tagħrif sħiħ dwar kull konsenja ta’ l-annimali jew il-prodotti mdaħħla fil-Komunità, li jkopru b’mod partikolari l-kondizzjonijiet tat-trasport ta’ l-annimali kif speċifikat fil-Kapitolu III tad-Direttiva 91/628/KEE u r-riżultat ta’ l-ispezzjonijiet/kontrolli mwettqa skond id-Direttivi 90/675/KEE u 91/496/KEE.

    2. Id-data bases fit-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 1 għandhom jiġu organizzati u mħaddma kif speċifikat fl-Anness III.

    Artikolu 6

    It-tagħmir użat fuq il-posti ta’ l-ispezzjon fuq il-fruntiera għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni jista’ jkun dak speċifikat fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/398/KEE tad-19 ta’ Lulju 1991 dwar netwerk ikkompjuterizzata li tgħaqqad ma’ xulxin lill-awtoritajiet veterinarji (l-Animo) [7].

    Artikolu 7

    Id-Deċiżjoni 88/192/KEE hija hawnhekk imħassra.

    Artikolu 8

    Id-Direttiva 90/675/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

    1. l-inċiż li ġej għandu jiżdied ma’ l-Artikolu 4(1):

    "— illi ma tkun ingħatat l-ebda indikazzjoni dwar ir-rifjut tal-konsenja permezz tal-proċeduri speċifikati fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 dwar il-komputjerizzazzjoni tal-proċeduri veterinarji dwar l-importazzjonijieti (il-Proġett Shift) [8]

    2. dan li ġej għandu jiżdied ma’ l-Artikolu 8(2):

    "(d) jikkonsulta d-data bases speċifikati fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 92/438/KEE.";

    3. is-sentenza li ġejja għandha tiżdied ma’ l-Artikolu 9(2) (iii):

    "Huwa għandu jiżgura illi jitwettqu l-aġġornamenti kollha tad-data bases indikati fit-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 92/438/KEE.";

    4. l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 11(4)(b) għandu jiġi mibdul bi:

    "— bl-użu tan-netwerk ikkompjuterizzata li tgħaqqad ma’ xukxin lill-awtoritajiet veterinarji (l-Animo), jagħtu lill-veterinarju uffiċjali fuq il-posta ta’ l-ispezzjon tal-post tad-destinazzjoni avviż dwar il-mogħdija tal-prodotti u d-data probabbli tal-wasla tagħhom,";

    5. is-sentenza li ġejja għandha tiżdied ma’ l-Artikolu 11(4)(b):

    "F’dawn il-każi, l-awtorità kompetenti għandha tiġi mgħarrfa permezz tan-netwerk ikkompjuterizzata li tgħaqqad ma’ xulxin lill-awtoritajiet veterinarji (l-Animo).";

    6. fl-Artikolu 16(1)(a) l-ewwel inċiż għandu jiġi mibdul bi:

    "— jattiva l-proċedura tat-tagħrif ipprovduta fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 92/438/KEE,";

    7. fl-Artikolu 16(1)(a) it-tielet inċiż għandu jiġi mħassar.

    8. l-Artikolu 16(5) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

    "5. Għandhom japplikaw id-disposizzjonijijiet tad-Deċiżjoni 92/438/KEE."

    Artikolu 9

    Id-Direttiva 91/496/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

    1. l-inċiż li ġej għandu jiżdied ma’ l-Artikolu 4(1):

    "— illi l-ebda indikazzjoni tar-rifjut tal-konsenja ma ġiet mogħtija permezz tal-proċedura speċifikata fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 dwar il-kompjuterizzazjoni tal-proċeduri veterinarji għall-importazzjonijiet (il-Proġett Shift). [9]

    2. fl-Artikolu 4(2) dan li ġej għandu jiżdied bħala t-tieni subparagrafu:

    "Il-kontroll irid isir wara referenza għad-data bases speċifikati fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 92/438/KEE.";

    3. fl-Artikolu 6(2) għandha tiżdied is-sentenza li ġejja:

    "Il-veterinarju uffiċjali għandu jiżgura illi jiġu mwettqa l-aġġornamenti kollha tad-data bases indikati fit-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 92/438/KEE.";

    4. fl-Artikolu 9(1)(d) il-kelmiet ‘riferiti fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 12(4)’ għandhom jiġu mibdula bi ‘riferiti fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 90/425/KEE’.

    5. fl-Artikolu 12(1)(ċ) l-ewwel inċiż għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

    "— jattiva l-proċedura tat-tagħrif ipprovduta fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 92/438/KEE";

    6. fl-Artikolu 12(1)(ċ) it-tielet inċiż għandu jiġi mħassar.

    7. l-Artikolu 12(4) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

    "4. Għandhom japplikaw id-disposizzjonijijiet tad-Deċiżjoni 92/438/KEE.";

    8. fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 30(2) il-kelmiet ‘fit-tieni subparagrafu’ għandhom jiġu mħassra.

    Artikolu 10

    Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied ma’ l-Artikolu 11 tad-Direttiva 91/628/KEE:

    "5. Għandhom japplikaw id-disposizzjonijijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 dwar il-kompjuterizzazzjoni tal-proċeduri veterinarji dwar l-importazzjonijiet (il-Proġett Shift) [*] ĠU L 243, tal-25.8.1992, p. 27."

    Artikolu 11

    L-Artikolu li ġej għandu jiżdied mad-Deċiżjoni 90/424/KEE:

    "Artikolu 37a

    1. l-għajnuna finanzjarja Komunitarja tista’ tiġi konċessa għall-kompjuterizzazzjoni tal-proċeduri veterinarji dwar l-importazzjonijiet kif speċifikat fid-Deċiżjoni 92/438/KEE [*] ĠU L 243, tal-25.8.1992, p. 27..

    2. l-arranġamenti organizzattivi għall-finanzjament skond il-paragrafu 1 u l-livell tal-kontribuzzjoni Komunitarja għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41."

    Artikolu 12

    Ir-regoli meħtieġa sabiex tiġi applikata din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati, kif meħtieġ, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13.

    Artikolu 13

    1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat Permanenti Veterinarju stabbilit bid-Deċiżjoni 68/361/KEE [12], minn issa ’l quddiem imsejjaħ ‘il-Kumitat’.

    2. Fejn trid tiġi segwita l-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu, il-materji għandhom jiġu rriferiti mingħajr dewmien lill-Kumitat mill-President tiegħu, jew fuq l-inizjattiva tiegħu innifsu jew fuq it-talba tar-rappreżentant ta’ Stat Membru.

    3. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti abbozz tal-miżuri li jridu jiġu adottati. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq dawn il-miżuri fil-limitu taż-żmien li jista’ jistabbilixxi l-President skond l-urġenza tal-materja. L-opinjonijiet għandhom jiġu mogħtija b’maġġoranza ta’ 54 vot, bil-voti ta’ l-Istati Membri ppeżati kif ipprovdut fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat. Il-President ma għandux jivvota.

    4. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri u timplimentahom minnufih fejn ikunu skond l-opinjoni tal-Kumitat.

    (b) Fejn ma jkunux skond l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk ma tingħata l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni għandha tipproponi lill-Kunsill mingħajr dewmien il-miżuri li jridu jiġu adottati. Il-Kunsill għandu jadotta l-miżuri b’maġġoranza kkwalifikata.

    Jekk, fi żmien tliet xhur mid-data li fiha proposta tkun ġiet issottomessa lilu, il-Kunsill ma jkunx adotta l-miżuri kollha, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri proposti u tapplikahom fil-pront.

    Artikolu 14

    Id-disposizzjonijijiet ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu rriveduti qabel l-1 ta’ Lulju 1995, sabiex jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi u jsir it-titjib meħtieġ speċjalment rigward kull żvilupp li jkun seta’ diġà ġie rreġistrat fl-Istati Membri l-iktar avvanzati.

    Artikolu 15

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-13 ta’ Lulju 1992.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. Gummer

    [1] L-Opinjoni mogħtija fl-10 ta’ Lulju 1992 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)

    [2] ĠU L 89, tas-6.4.1988, p. 32.

    [3] ĠU L 373, tal-31.12.1990, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 91/496/KEE (ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 56.)

    [4] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 56; Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 91/628/KEE (ĠU L 340, tat-12.12.1991, p. 17.)

    [5] ĠU L 340, tal-11.12.1991, p. 17.

    [6] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KEE) Nru 3763/91 (ĠU L 356, ta’ l-24.12.1991, p. 1.)

    [7] ĠU L 221, tad-9.8.1991, p. 30.

    [8] ĠU L 243, tal-25.8.1992, p. 27."

    [9] ĠU L 243, tal-25.8.1992, p. 27."

    [12] ĠU L 255, tat-18.10.1968, p. 23.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    1. Il-prinċipju bażiku tas-sistema huwa illi kull awtorità rilevanti (posta ta’ l-ispezjoni fuq il-fruntiera; l-awtorità ċentrali ta’ l-Istat Membru; il-Kummissjoni) għandu jkollha aċċess bla xkiel għall-fajl ikkompjuterizzat tal-konsenji ta’ l-annimali jew tal-prodotti mibgħuta mill-ġdid skond l-Artikolu 12(1)(ċ) tad-Direttiva 91/496/KEE jew ta’ l-Artikolu 16(1)(a) tad-Direttiva 90/675/KEE.

    2. Dan il-fajl irid jiġi aġġornat mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri. It-tagħrif għandu jiġi mibgħut bil-ħeffa kollha permezz tan-netwerk pubblika tal-bdil tal-pakketti.

    3. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli min-netwerk. Għandu jiġi magħżul l-operatur u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ġenerali tan-netwerk għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 ta’ din id-Deċiżjoni.

    4. Ir-raġunijiet li għalihom konsenja tintbagħat mill-ġdid għandom jiddaħħlu fil-fajl. Ir-regoli sabiex jiġi applikat dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 13.

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi data base tal-ħtiġiet tal-Komunità dwar l-implimentazzjoni ta’ l-annimali u ħajjin u tal-prodotti u għandha tagħmlu disponibbli lil kull Stat Membru u lil kull post ta’ spezzjon fuq il-fruntiera.

    2. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi data base tal-ħtiġiet nazzjonali (mhux koperti bil-paragrafu 1) għall-importazzjoni ta’ l-annimali ħajjin u tal-prodotti fit-territorju tiegħu. Kull wieħed minnhom għandu jagħmel dan disponibbli lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lill-postijiet kollha ta’ l-ispezzjon fuq il-fruntiera.

    3. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi kif il-posti ta’ l-ispezzjon fuq il-fruntieri tiegħu jista’ jkollhom aċċess għad-data bases indikati fil-paragrafi 1 u 2.

    4. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli mill-aġġornament tad-data base indikat fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli individwalment mill-aġġornament tad-data bases indikati fil-paragrafu 2.

    5. Il-ħtiġiet tekniċi sabiex jiġu armonizzati d-data bases u għall-aġġornament tagħhom għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13.

    --------------------------------------------------

    ANNESS III

    1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi data base li tkopri l-annimali u l-prodotti mdaħħla fit-territorju tiegħu.

    2. Kull Stat Membru għandu jittrasmetti lill-Kummisjoni, fuq il-frekwenza jew il-frekwenzi stabbiliti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13, it-tagħrif estratt mid-data bases indikati fil-paragrafu 1.

    3. Il-ħtiġiet tekniċi sabiex jiġu armonizzati d-data bases għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13.

    --------------------------------------------------

    Top