This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31991R3356
Council Regulation (EEC) No 3356/91 of 7 November 1991 amending Regulation (EEC) No 4060/89 on the elimination of controls performed at the frontiers of Member States in the field of road and inland waterway transport
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3356/91 tas-7 ta' Novembru 1991 li jemenda Regolament (KEE) Nru 4060/89 dwar l-eliminazzjoni ta' kontrolli magħmula fil-fruntieri ta' Stati Membri fil-qasam tat-trasport bl-art u passaġġi ta' l-ilma interni
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3356/91 tas-7 ta' Novembru 1991 li jemenda Regolament (KEE) Nru 4060/89 dwar l-eliminazzjoni ta' kontrolli magħmula fil-fruntieri ta' Stati Membri fil-qasam tat-trasport bl-art u passaġġi ta' l-ilma interni
ĠU L 318, 20.11.1991, p. 1–2
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 03/12/2008
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31989R4060 | Emenda | anness | 01/01/1992 | |
Modifies | 31989R4060 | Żieda | artikolu 3BIS | 01/01/1992 |
Official Journal L 318 , 20/11/1991 P. 0001 - 0002
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0094
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0094
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3356/91 tas-7 ta' Novembru 1991 li jemenda Regolament (KEE) Nru 4060/89 dwar l-eliminazzjoni ta' kontrolli magħmula fil-fruntieri ta' Stati Membri fil-qasam tat-trasport bl-art u passaġġi ta' l-ilma interni IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 75 dwar dan, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi Regolament (KEE) Nru 4060/89 [4] jistabbilixxi li kontrolli fuq mezzi ta' trasport u d-dokumenti relatati fil-kors ta' trasport bejn Stati Membri għandhom jiffurmaw parti mill-kontrolli normali applikati b'mod mhux diskriminatorju ġewwa t-territorju kollu ta' kull Stat Membru; Billi, b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Ewropew dwar il-Ġarr Internazzjonali ta' Oġġetti Perikolużi bl-Art ("ADR") u l-Ftehim Ewropew dwar il-Ġarr Internazzjonali ta' Oġġetti ta' l-Ikel Konsumabbli u l-Apparat Speċjali li għandu jintuża għal dan il-Ġarr ("ATP"), Stati Membri huma liberi li jorganizzaw u jagħmlu kontrolli u verifiki fuq mezzi ta' trasport u d-dokumenti li jirrelataw għalihom meta dawn hekk jixtiequ; billi fil-prattika, skond il-liġijiet tagħhom li jinkorporaw id-dispożizzjonijiet ta' dawk il-Patti tal-Ftehim fil-liġi nazzjonali jew, meta dawn ma jkunux partijiet kontraenti għal kull Ftehim, skond il-liġi nazzjonali tagħhom li tirregola dawn it-tipi ta' ġarr internazzjonali, dawn normalment jagħmlu dawn il-kontrolli u verifiki fil-fruntieri tagħhom; Billi, bil-ħsieb li jiġi stabbilit kull suq ta' trasport wieħed, hu meħtieġ li jsir aktar biex titjieb il-flessibiltà ta' moviment ta' mezzi ta' trasport bejn Stati Membri; Billi Parti 2, tal-"Liġi Nazzjonali", ta' l-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 4060/89 għandu jiġi emendat sabiex jieħu in konsiderazzjoni kontrolli fuq mezzi ta' trasport u d-dokumenti li jirreferu għalihom intenzjonati għall-ġarr ta' oġġetti perikolużi u oġġetti ta' l-ikel konsumabbli, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Regolament (KEE) Nru 4060/89 hu b'dan emendat kif ġej: 1. Is-segwenti l-Artikolu għandu jiddaħħal: "L-Artikolu 3a Kif u meta meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tipproponi emendi għall-Anness li jieħdu in konsiderazzjoni l-iżviluppi teknoloġiċi fil-qasam kopert b'dan ir-Regolament." 2. Parti 2 ta' l-Anness għandu jiġi sostitwit bit-test li jidher fl-Anness t'hawnhekk. L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1992. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' Novembru 1991. Għall-Kunsill Il-President P. Dankert [1] ĠU C 117, ta' l-1.5.1991, p. 6. [2] ĠU C 267, ta' l-14.10.1991. [3] ĠU C 269, ta' l-14.10.1991, p. 34. [4] ĠU L 390, tat-30.12.1989, p. 18. -------------------------------------------------- L-ANNESS "PARTI 2 LIĠI NAZZJONALI (a) Kontrolli fuq liċenzi tas-sewqan ta' persuni li jsuqu vetturi għall-ġarr ta' oġġetti u persuni (b) Kontrolli dwar il-mezzi ta' trasport ta' oġġetti perikolużi u b'mod partikolari: (i) Dokumenti - Ċertifikat ta' taħriġ ta' sewwieq - Struzzjonijiet dwar sigurtà - Ċertifikat ta' approvazzjoni (ADR jew standards ekwivalenti) - Kopja tad-deroga, jekk ikun il-każ (ADR jew standards ekwivalenti) (ii) Identifikazzjoni tal-vettura li ġġorr l-oġġetti perikolużi - Pjanċa oranġjo - konformità - tqegħid fuq il-vettura - Tabella fuq il-vettura li tindika periklu - konformità - tqegħid fuq il-vettura - Pjanċa ta' l-identifikazzjoni tat-tank (għal tankijiet fissi, li jistgħu jiġu żmuntati jew kontenituri) - preżenza u leġibilità - data ta' l-aħħar spezzjoni - timbru tal-korp li għamel l-ispezzjoni (iii) Tagħmir tal-vettura (ADR jew standards ekwivalenti) - Apparat għat-tifi tan-nar addizzjonali - Apparat speċjali (iv) Tgħabija tal-vettura - Tgħabija żejda (skond il-kapaċità tat-tank) - Sigurtà ta' pakketti - Projbizzjoni ta' tgħabija mħallta (ċ) Kontrolli dwar il-mezzi ta' trasport ta' oġġetti ta' l-ikel konsumabbli u b'mod partikolari: (i) Dokumenti - Ċertifikat ta' konformità għall-tagħmir (ii) Apparat speċjali użat għall-ġarr ta' oġġetti ta' l-ikel konsumabbli - Pjanċa ta' konformità - Marki ta' identifikazzjoni (iii) Operat ta' tagħmir speċjali - Kondizzjonijiet tat-temperatura." --------------------------------------------------