This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31991R1781
Commission Regulation (EEC) No 1781/91 of 19 June 1991 amending Regulation (EEC) No 1014/90 laying down detailed implementing rules on the definition, description and presentation of spirit drinks
Regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 1781/91 tad-19 ta' Ġunju 1991 li jemenda R-Regolament (KEE) Nru 1014/90 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni dettaljati dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta' xorb alkoħoliku
Regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 1781/91 tad-19 ta' Ġunju 1991 li jemenda R-Regolament (KEE) Nru 1014/90 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni dettaljati dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta' xorb alkoħoliku
ĠU L 160, 25.6.1991, p. 5–5
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 06/02/2009
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31990R1014 | Żieda | artikolu 7BIS | 28/06/1991 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 31991R1781R(01) | ||||
Corrected by | 31991R1781R(02) | (DE) |
Official Journal L 160 , 25/06/1991 P. 0005 - 0005
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 38 P. 0025
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 38 P. 0025
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1781/91 tad-19 ta’ Ġunju 1991 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1014/90 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni dettaljati dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ xorb alkoħoliku IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ xorb alkoħoliku [1], u b’mod partikolari Artikolu 6(3) tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1014/90 [2] stabbilixxa regoli dettaljati inizzjali; billi jeħtieġ li dawn jiġu miżjuda; Billi, sabiex jiġu meqjusa l-prattiċi li ilhom stabbiliti li kienu jeżistu meta r-Regolament (KEE) Nru 1576/89 daħal fis-seħħ, għandu jkun awtorizzat illi ċerti ismijiet mżewwqa ta’ likuri jistgħu jinżammu għalkemm l-alkoħol ma jkunx miksub jew ma jkunx miksub esklussivament mx-xorb alkoħoliku ndikat; billi huwa essenzjali li jiġu speċifikati l-kondizzjonijiet għad-deskrizzjoni ta’ dawk il-likuri sabiex jiġi evitat kull riskju ta’ konfużjoni max-xorb alkoħoliku msemmi f’Artikolu 1(4) tar-Regolament (KEE) Nru 1576/89; Billi l-mizuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ implimentazzjoni għax-Xorb Alkoħoliku, ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Artikolu 7b li ġej qiegħed jiġi mdaħħal fir-Regolament (KEE) Nru 1014/90: "Artikolu 7b 1. Skond Artikolu 6(1), it-tieni inċiż, tar-Regolament (KEE) Nru 1576/89, l-użu ta’ terminu ġeneriku f’terminu magħqud għandu jkun projbit fil-preżentazzjoni ta’ xarba alkoħolika sakemm l-alkohol f’dik ix-xarba ma toriġinax esklussivament mix-xorb alkoħoliku msemmi. 2. Madankollu, skond il-qagħda fil-waqt tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament it-termini magħquda li ġejjin biss jistgħu jintużaw fil-preżentazzjoni ta’ likuri magħmula fil-Komunità: brandi tal-pruna, brandi tal-larinġ, brandi tal-berquq, brandi taċ-ċirasa, solbaerrom, imsejjaħ ukoll rum tar-ribes. 3. Fir-rigward ta’ l-ittikkettjar u l-preżentazzjoni tal-likuri ndikati fil-paragrafu 2, it-terminu magħqud irid jidher fuq it-tikketta f’linja waħda f’ittri ta’ tipa u kulur wieħed u l-kelma "likur" trid tidher fil-viċinanza immedjata f’karattri mhux iżgħar minn din it-tipa. Jekk l-alkoħol ma jkunx joriġina mix-xorb alkoħoliku ndikat l-oriġini tiegħu jrid jidher fuq it-tikketta fl-istess post viżwali bħala t-terminu magħqud u "likur" jew billi jissemma t-tip ta’ alkoħol agrikolu jew bil-kliem "alkoħol agrikolu" li qablu għandu jinkiteb dejem "magħmul minn" jew "magħmul bl-użu ta’"." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fid-19 ta’ Ġunju 1991. Għall-Kummissjoni Ray Mac Sharry Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 160, tat-12.6.1989, p. 1. [2] ĠU L 105, tal-25.4.1990, p. 9. --------------------------------------------------