This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31991L0673
Council Directive 91/673/EEC of 19 December 1991 amending Directive 69/179/EEC to extend and modify the exceptions granted to Denmark and to Ireland relating to travellers' allowances
Id-Direttiva tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 1991 li temenda d-Direttiva 69/169/KEE biex testendi u timmodifika l-eċċezzjonijiet konċessi lid-Danimarka u lill-Irlanda relatati ma’ għajnuniet lill-vjaġġaturi
Id-Direttiva tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 1991 li temenda d-Direttiva 69/169/KEE biex testendi u timmodifika l-eċċezzjonijiet konċessi lid-Danimarka u lill-Irlanda relatati ma’ għajnuniet lill-vjaġġaturi
ĠU L 373, 31.12.1991, p. 33–33
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 30/11/2008; Impliċitament imħassar minn 32007L0074
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31969L0169 | Emenda | artikolu 7TER.1 | 24/12/1991 | |
Modifies | 31969L0169 | Emenda | artikolu 7QUINQUIES | ||
Modifies | 31969L0169 | Emenda | artikolu 7QUATER | 24/12/1991 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32007L0074 | 01/12/2008 |
Official Journal L 373 , 31/12/1991 P. 0033 - 0033
Finnish special edition: Chapter 9 Volume 2 P. 0031
Swedish special edition: Chapter 9 Volume 2 P. 0031
Id-Direttiva tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 1991 li temenda d-Direttiva 69/169/KEE biex testendi u timmodifika l-eċċezzjonijiet konċessi lid-Danimarka u lill-Irlanda relatati ma’ għajnuniet lill-vjaġġaturi (91/673/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Billi, sal-31 ta' Diċembru 1991, ir-Renju tad-Danimarka u l-Irlanda jibqgħu jikkwalifikaw għall-eċċezzjonijiet mid-Direttiva 69/169/KEE [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/191/KEE [4], rigward l-applikazzjoni tal-livelli ġenerali ta' għajnuniet; Billi l-eċċezzjonijiet imsemmija jridu jidhru fil-kuntest ta' l-Artikolu 8a tat-Trattat, li jiddefinixxi s-suq intern bħala firxa mingħajr funtieri interni li fih għandu jiġi żgurat il-moviment ħieles ta' l-oġġetti, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital u jiddikjara li dan is-suq għandu jkun imwaqqaf progressivament fuq perjodu ta' żmien li jintemm fil-31 ta' Diċembru 1992; Billi l-waqfien immedjat ta' l-eċċezzjonijiet imsemmija jista’ jirriżulta f'diffikultajiet ekonomiċi għar-Renju tad-Danimarka u għall-Irlanda; billi l-applikazzjoni tagħhom għandha għalhekk tkun imtawla, b'mod modifikat fil-każ ta' l-Irlanda, sal-31 ta' Diċembru 1992, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Id-Direttiva 69/169/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej: 1. fl-Artikolu 7b (1) (b), "95 ECU" għandha tinbidel f‘"150 ECU"; 2. fl-Artikolu 7c, "il-31 ta' Diċembru 1991" għandha tinbidel f‘"il-31 ta' Diċembru 1992"; 3. L-Artikolu 7d għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: "L-Artikolu 7d Minkejja l-Artikolu 2(1) u fil-limitu dikjarat fih, l-Irlanda għandha tiġi awtorizzata li tapplika limitu kwantitattiv ta' 30 litru birra għall-vjaġġaturi kollha lejn l-Irlanda sal-31 ta' Diċembru 1992. Minkejja l-Artikoli 2(1), 4 (1) u 7b (1) (b), l-Irlanda għandha tiġi awtorizzata li tapplika l-limiti li ġejjin sal-31 ta' Diċembru 1992 fuq l-oġġetti involuti fil-kwistjoni mill-vjaġġaturi mill-Irlanda, wara waqfa ta' inqas minn 24 siegħa barra mill-Irlanda: (a) għall-vjaġġaturi mill-Komunità: 175 ECU, imma l-valur ta' l-unità ma jistax jaqbeż il-110 ECU; (b) għall-birra, 15-il litru." Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattvi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta' Jannar 1992. Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri riferuti fl-ewwel subparagrafu, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jiġu akkumpanjati b'din ir-referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif jagħmlu din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bit-test tad-disposizzjonijiet ewlenija tal-liġijiet domestiċi li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva. Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, fit-19 ta' Dicembru 1991. Għall-Kunsill Il-President P. Dankert [1] Opinjoni mogħtija fl-10 ta' Diċembru 1991 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [2] Opinjoni mogħtija fis-17 ta' Diċembru 1991 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU L 133, ta' l-4.6.1969, pġ. 6. [4] ĠU L 94, tas-16.4.1991, pġ. 24. --------------------------------------------------