This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31991L0630
Council Directive 91/630/EEC of 19 November 1991 laying down minimum standards fo the protection of pigs
Id-Direttiva Tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 1991 li tniżżel il-livelli minimi għall-protezzjoni tal-ħnieżer
Id-Direttiva Tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 1991 li tniżżel il-livelli minimi għall-protezzjoni tal-ħnieżer
ĠU L 340, 11.12.1991, p. 33–38
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 10/03/2009; Imħassar b' 32008L0120
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32001L0088 | Sostituzzjoni | artikolu 6 | 01/12/2001 | |
Modified by | 32001L0088 | Żieda | artikolu 5 BI | 01/12/2001 | |
Modified by | 32001L0088 | Sostituzzjoni | artikolu 3 | 01/12/2001 | |
Modified by | 32001L0088 | Sostituzzjoni | artikolu 10 | 01/12/2001 | |
Modified by | 32001L0093 | Sostituzzjoni | anness | 21/12/2001 | |
Modified by | 32003R0806 | Sostituzzjoni | artikolu 10 | 05/06/2003 | |
Repealed by | 32008L0120 |
Official Journal L 340 , 11/12/1991 P. 0033 - 0038
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 39 P. 0202
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 39 P. 0202
Id-Direttiva Tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 1991 li tniżżel il-livelli minimi għall-protezzjoni tal-ħnieżer (91/630/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 li joħroġ minnu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi l-Istati Membri kollha rratifikaw il-Konvenzjoni Ewropea dwar il-protezzjoni ta’ l-annimali miżmuma għall-iskopijiet tal-biedja; billi l-Komunità wkoll approvat din il-Konvenzjoni bid-Deċiżjoni 78/923/KEE [4] u ddepożitat l-istrument ta’ l-approvazzjoni tagħha; Billi l-Parlament Ewropew, bir-riżoluzzjoni tiegħu ta’ l-20 ta’ Frar 1987 fuq il-politika tas-saħħa ta’ l-annimali [5], sejjaħ lill-Kummissjoni biex tagħmel proposti fuq il-livelli minimi għall-biedja intensiva tal-ħnieżer; Billi l-ħnieżer, li huma annimali ħajjin, huma inklużi fil-lista tal-prodotti preżentati fl-Anness II tat-Trattat; Billi ż-żamma tal-ħnieżer hija parti integrali ta’ l-agrikoltura; billi tikkostitwixxi sors ta’ introjtu għal parti mill-popolazzjoni agrikola; Billi d-differenzi li jistgħu jħarbtu l-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni jfixklu l-operat tajjeb ta’ l-organiazzjoni tas-suq komuni tal-ħnieżer u l-prodotti tal-ħnieżer; Billi għalhekk hemm il-bżonn li jkunu stabiliti livelli komuni minimi għall-protezzjoni tal-ħnieżer miżmuma għat-trobbija u għas-simna sabiex ikun żgurat l-iżvilupp razzjonali tal-produzzjoni; Billi hemm bżonn li s-servizzi uffiċjali, il-produtturi, il-konsumaturi u oħrajn jinżammu aġġornati bl-iżviluppi f’dan il-qasam; billi l-Kummissjoni għandha għalhekk, fuq il-bażi ta’ rapport mill-Kumitat Veterinarju Xjentifiku, timxi lejn riċerka xjentifika attiva fis-sistema(i) ta’ l-aħjar trobbija tal-ħnieżer min-naħa ta’ l-aħjar għall-ħnieżer; billi dispożizzjonijiet għandhom għalhekk isiru f’perjodu proviżorju biex il-Kummissjoni tlesti dan l-inkarigu b’suċċess, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Din id-Direttiva tippreżenta l-livelli minimi għall-protezzjoni tal-ħnieżer li jinżammu għat-trobbija u li jissemmnu. L-Artikolu 2 Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, d-definizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu: 1. "ħanżir": annimal ta’ l-ispeċi tal-ħanżir, ta’ kull età, miżmum għat-trobbija jew għas-simna; 2. "ħanżir selvaġġ": ħanżir wara l-pubertà, maħsub għat-trobbija; 3. "gilt": ħanżira wara l-pubertà u qabel twelled il-qżieqeż; 4. "ħanżira": ħanżira wara li twelled l-ewwel qżieqeż; 5. "ħanżira li twelled il-qżieqeż": ħanżira femminili bejn il-perjodu tat-twelid u li ma tibqax tredda’ l-qżieqeż; 6. "ħanżira tqila xotta": ħanżira bejn li ma tibqax tredda’ l-qżieqeż tagħha u l-perjodu tat-tqala; 7. "qażquż": ħanżir mit-twelid sa meta jieqaf jerda’; 8. "weaner": ħanżir minn meta jieqaf jerda’ sa l-età ta’ għaxar ġimgħat; 9. "ħanżir tat-trobbija": ħanżir minn għaxar ġimgħat sal-qatla jew is-servizz; 10. "l-awtorità kompetenti": awtorità kompetenti fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2(6), tad-Direttiva 90/425/KEE [6]. L-Artikolu 3 L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi: 1. - mill-1 ta’ Jannar 1994, l-irziezet kollha mibnija ġodda jew mibnija mill-ġdid u/jew intużaw għall-ewwel darba wara dik id-data jħarsu mill-inqas il-ħtiġiet li ġejjin: il-medda ta’ l-art bla ostakoli disponibbli għal kull ħanżir li m’għadux jerda jew tat-trobbija fi grupp għandha tkun mill-inqas: - 0,15 m2 għal ħanżir b’toqol medju ta’ 10 kg jew inqas, - 0,20 m2 għal ħanżir b’toqol medju ta’ bejn 10 kg u 20 kg, - 0,30 m2 għal ħanżir b’toqol medju ta’ bejn 20 kg u 30 kg, - 0,40 m2 għal ħanżir b’toqol medju ta’ bejn 30 kg u 50 kg, - 0,55 m2 għal ħanżir b’toqol medju ta’ bejn 50 kg u 85 kg, - 0,65 m2 għal ħanżir b’toqol medju ta’ bejn 85 kg u 110 kg, - 1,00 m2 għal ħanżir b’toqol medju ta’ aktar minn 110 kg, - mill-1 ta’ Jannar 1998, il-livelli minimi li hemm provduti hawn fuq jgħoddu għaż-żammiet kollha; 2. il-bini jew il-konverzjoni ta’ l-istallazzjonijiet fejn il-ħnieżer u l-gilts huma marbuta huma projbiti wara l-31 ta’ Diċembru 1995. Iżda, l-użu ta’ l-istallazzjonijiet mibnija qabel l-1 ta’ Jannar 1996 li ma jħarsux il-ħtiġijiet tal-punt 1 jistgħu jkunu awtorizzati mill-awtorità kompetenti minħabba r-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet li hemm provduti fl-Artikolu 7(1), għal perjodu li taħt l-ebda ċirkostanzi ma jestendi aktar mill-31 ta’ Diċembru 2005; Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma jgħoddux għal irziezet li għandhom inqas minn sitt ħnieżer jew ħames ħnieżer nisa u l-qżieżeż tagħhom. L-Artikolu 4 1. L-Istati Membri jiżguraw li l-kondizzjonijiet għat-trobbija tal-ħnieżer jimxu mad-dispożizzjonijiet imniżżla fl-Anness. Iżda, sat-30 ta’ Ġunju 1995, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jistgħu jawtoriżżaw derogi mill-paragrafi 3, 5, 8 u 11 tal-Kapitolu I ta’ l-Anness. 2. Barra minn hekk, qabel din id-Direttiva tidħol fis-seħħ, il-Kummissjoni, bil-kooperazzjoni ta’ l-Istati Membri, għandha toħroġ rakkomandazzjoni li tiddefinixxi xi livelli minimi għall-protezzjoni tal-ħnieżer li tissupplimenta dawk fl-Anness. L-Artikolu 5 Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness jistgħu jkunu emendati skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 10, sabiex tikkunsidra l-progress xjentifiku. L-Artikolu 6 Sa l-1 t’Ottubru 1997, il-Kummissjoni tibgħat lill-Kunsill rapport, imħejji fuq il-bażi ta’ l-opinjoni mill-Kumitat Veterinarju Xjentifiku, dwar is-sistema(i) intensiva tat-trobbija tal-ħnieżer li jimxu mal-ħtiġiet tas-saħħa tal-ħnieżer min-naħa patoloġika, żooteknika, fisjoloġika u ta’ l-imġiba u fuq l-implikazzjonijiet soċjo-ekonomiċi tas-sistemi differenti. Ir-rapport partikolarment jikkunsidra l-istat ta’ saħħa tal-ħnieżer nisa mrobbija fi stadji varji ta’ qfil u fi gruppi u jkun akkumpanjat bil-proposti li suppost li jikkundiraw il-konklużjonijiet tar-rapport. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq dawk il-proposti mhux aktar tard minn tliet xhur wara li jintbagħtu. L-Artikolu 7 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispezzjonijiet isiru taħt ir-responsabbiltà ta’ l-awtorità kompetenti sabiex jivverifikaw li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u l-Anness tagħha huma mħarsa. Dawn l-ispezzjonijiet, li jistgħu jsiru fl-okkażjoni ta’ l-ispezzjonijiet li saru għal skopijiet oħra, kull sena jkopru kampjun statistikament rappreżentattiv tas-sistemi differenti tat-trobbija użati f’kull Stat Membru. 2. Il-Kummissjoni, skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 10, għandha tħejji kodiċi tar-regoli li għandhom ikunu applikati meta jsiru l-ispezzjonijiet li hemm provduti fil-paragrafu 1. 3. Kull sentejn, sa l-aħħar ġurnata xogħol ta’April u għall-ewwel darba sat-30 t’April 1996, l-Istati Membri javżaw lill-Kummissjoni bir-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet li saru matul is-sentejn ta’ qabel skond dan l-Artikolu, inklużi n-numri ta’ l-ispezzjonijiet li saru fil-proporzjon tan-numru ta’ rżieżet fit-territorju tagħhom. L-Artikolu 8 L-annimali importati minn pajjiżi mhux membri jridu, rigward il-ħtiġiet ta’ l-istat ta’ saħħa tagħhom, matul it-trobbija, jirċievu trattament mill-inqas ekwivalenti għal dak garantit b’din id-Direttiva lill-annimali li ġejjin mill-Komunità. Din il-ħtieġa trid titniżżel fuq iċ-ċertifikat maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż mhux membru konċernat. L-Artikolu 9 Esperti veterinari mill-Kummissjoni jistgħu, fejn meħtieġ għall-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, iwettqu spezzjonijiet fuq il-post bil-kooperazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti. Il-persuni li qed iwettqu dawn l-ispezzjonijiet jimplimentaw il-miżuri personali speċjali ta’ l-iġjene meħtieġa biex jeskludu kull riskju li jinfirex il-mard. L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu qed issir spezzjoni għandu jagħti l-assistenza kollha li hemm bżonn lill-esperti biex iwettqu dmirijiethom. Il-Kummissjoni għandha tavża lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membru konċerant bir-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru konċernat għandha tieħu l-miżuri kollha li jistgħu jkunu meħtieġa biex jikkunsidraw ir-riżultati ta’ l-ispezzjoni. Rigward ir-relazzjonijiet ma’ pajjiżi li mhumiex membri, għandhom jgħoddu d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tad-Direttiva 91/496/KEE [7]. Ir-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 10. L-Artikolu 10 1. Fejn il-proċedura mniżżla f’ dan l-Artikolu trid tkun segwita, il-president għandu jirreferi l-kwistjoni mingħajr dewmien lill-Kumitat Veterinarju Permanenti mwaqqaf bid-Deċiżjoni 68/361/KEE [8], minn issa ’l quddiem msemmi bħala "il-Kumitat", jew fuq inizjattiva tiegħu jew fuq talba tar-rappreżentant ta’ Stat Membru. 2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li jridu jittieħdu. Il-Kumitat għandu jwassal l-opinjoni tiegħu fuq l-abbozz fil-limitu taż-żmien li l-president jista’ jippreskrivi skond l-urġenza tal-kwistjoni. L-opinjoni għandha titwassal bil-maġġoranza mniżżla fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ tad-deċiżjonijiet li l-Kunsill jeħtieġ jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri fil-Kumitat għandhom jingħataw piż bil-mod imsemmi f’dak l-Artikolu. Il-president m’għandux jivvota. 3. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri ppjanati jekk huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat. 4. Jekk il-miżuri ppjanati mhumiex b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk l-ebda opinjoni ma titwassal, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tibgħat lill-Kunsill proposta rigward il-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi fuq maġġoranza kwalifikata. Jekk, fi żmien tliet xhur mid-data tar-referenza lill-Kunsill, il-Kunsill ikun għadu m’aġixxiex, il-miżuri proposti għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni ħlief fejn il-Kunsill ikun iddeċieda kontra l-miżuri b’maġġoranza sempliċi. L-Artikolu 11 1. L-Istati Membri għandhom jġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi, inklużi xi sanzjonijiet, meħtieġa biex jimxu ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1994. Għandhom minnufih javżaw lill-Kummissjoni dwar dan. Fejn l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, ta’ l-aħħar għandhom jinkludu riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-riferenza fil-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Id-dettalji ta’ din ir-riferenza għandhom ikunu adottati mill-Istati Membri. 2. Iżda, mid-data preskritta fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu, b’konformità mar-regoli ġenerali tat-Trattat, iżommu jew japplikaw ġewwa t-territorji tagħhom dispożizzjonijiet aktar stretti għall-protezzjoni tal-ħnieżer minn dawk imniżżla f’din id-Direttiva. Huma għandhom javżaw lill-Kummissjoni b’kull miżura bħal din. L-Artikolu 12 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fid-19 ta’ Novembru 1991. F’isem il-Kunsill Il-President P. Bukman [1] ĠU C 214, tal-21.8.1989, p. 31. [2] ĠU C 113, tas-7.5.1990, p. 183. [3] ĠU C 62, tat-12.3.1990, p. 40. [4] ĠU L 323, tal-11.11.1978, p. 12. [5] ĠU C 76, tat-23.3.1987, p. 185. [6] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/496/KEE (ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 56). [7] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 56. [8] ĠU 255, tat- 18.10.1968, p. 23. -------------------------------------------------- L-ANNESS KAPITOLU I IL-KONDIZZJONIJIET ĠENERALI 1. Il-materjali użati għall-bini ta’ l-akkomodazzjoni, partikolarment l-istalel u t-tagħmir li miegħu jistgħu jkollhom kuntatt il-ħnieżer, m’għandhomx jagħmlu ħsara lill-ħnieżer u għandom ikunu kapaċi jitnaddaf u jkunu disinfettati sew. 2. Sakemm regoli tal-Komunità huma preskritti fuq din l-kwistjoni, iċ-ċirkwiti elettriċi u t-tagħmir iridu jkunu installati skond ir-regoli nazzjonali fis-seħħ biex ikunu evitati xokkijiet elettriċi. 3. Iżolament, tisħin u l-ventilazzjoni tal-bini għandhom jiżguraw li ċ-ċirkolazzjoni ta’ l-arja, il-livell tat-trab, it-temperatura, l-umdita’ relattiva ta’ l-arja u l-konċentrazzjonijiet tal-gass jinżammu fil-limiti li ma jagħmlux ħsara lill-ħnieżer. 4. It-tagħmir kollu awtomatiku jew mekkaniku li hu meħtieġ għas-saħħa u l-istat tajjeb tal-ħnieżer irid ikun spezzjonat mill-inqas darba kuljum. Fejn difetti jinstabu, dawn iridu jkunu rranġati minnufih jew, jekk dan ikun impossibbli, jittieħdu l-passi meħtieġa biex tkun salvagwardjata s-saħħa u l-istat tajjeb tal-ħnieżer sakemm id-difett ikun irranġat, l-aktar bl-użu ta’ metodi alternattivi ta’ għalf u li jinżamm ambjent sodisfaċenti. Fejn sistema artifiċjali ta’ ventilazzjoni hija użata, dispożizzjoni għandha ssir għal sistema tajba bħala rinforz biex tiggarantixxi li l-arja tinbidel biżżejjed biex tippriserva s-saħħa u l-istat tajjeb tal-ħnieżer fil-każ li ma taħdimx is-sistema u sistema ta’ alarm trid tkun provduta biex tavża lil dak li jżomm l-istokk bil-ħsara. Is-sistema ta’ l-alarm trid tkun eżaminata regolarment. 5. Il-ħnieżer ma jridux jinżammu dejjem fid-dlam. Biex jitħarsu l-bżonnijiet ta’ l-imġieba u fisjoloġiċi tagħhom, dispożizzjoni trid issir, biex tippermetti għall-kondizzjonijiet differenti ta’ klima fl-Istati Memberi, għal dawl xieraq naturali jew artifiċjali; jekk dan ta’ l-aħħar, irid jaħdem għal perjodu ta’ mill-inqas daqs il-perjodu tad-dawl naturali normalment disponibbli bejn id-9 a.m. u l-5 p.m. Barra minn hekk, għandu jkun disponibbli dawl xieraq (imwaħħal jew jista’ jinġarr) b’saħħtu biżżejjed biex jippermetti li l-ħnieżer jkunu spezzjonati f’kull ħin. 6. Il-ħnieżer kollha mkabbra fi gruppi jew fi stalel jridu jkunu spezzjonati mis-sid jew mill-persuna responsabbli għall-annimali mill-inqas darba kuljum. Kull ħanżir li jidher marid jew imweġġa’ jrid ikun ittrattat kif suppost mingħajr dewmien. Għandu jkun possibbli, meta jkun hemm bżonn, li jkunu iżolati l-ħnieżer morda jew imweġġa f’akkomodazzjoni adegwata b’sodda niexfa u komda. Parir ta’ veterinarju għandu jinkiseb mill-aktar fis possibbli għall-ħnieżer li mhux qed jirkupraw mill-kura ta’ dak li jżomm l-istokk. 7. Jekk ħnieżer jinżammu flimkien, iridu jittieħdu miżuri biex jevitaw ġlied li jmur kontra l-imġieba naturali. Il-ħnieżer li jibqgħu jidhru aggressivi lejn l-oħrajn jew huma vittmi tat-tali aggressjoni jridu jkunu iżolati u jinżammu separati mill-grupp. 8. L-akkomodazzjoni għall-ħnieżer trid tinbena b’tali mod li tippermetti kull ħanżir: - li jimtedd, jistrieħ u jqum bil-wiefqa mingħajr diffikultà, - ikollu post nadif fejn jista’ jistrieħ, - jara ħnieżer oħrajn. 9. Fejn ħbula huma użati, dawn m’għandhomx jagħmlu ħsara lill-ħnieżer u jridu jkunu spezzjonati regolarment u aġġustati kif hemm bżonn biex jiżguraw li jiġuhom komdi. Kull ħabel ikun ta’ tul biżżejjed biex jippermetti li l-ħnieżer jiċċaqalqu kif stipulat fil-paragrafu 8. Id-disinn għandu jkun tali li jevita, kemm jista’ jkun, kull riskju ta’ tgħalliq jew korriment. 10. Akkomodazzjoni, maqjel, tagħmir u għodda użati għall-ħnieżer jridu jitnaddfu u jkunu disinfettati sew biex ikunu evitati infezzjonijiet minn wieħed għall-ieħor u ż-żieda ta’ l-organiżmi li jġorru l-mard. Feċi, urina u ikel mhux mittiekel jew maqlub irid jitneħħa kull meta hemm bżonn biex titnaqqas ir-riħa u jkun evitat li jiġbdu l-attenzjoni tad-dubbien u l-gerriema. 11. L-art trid tkun lixxa imma mhux tiżloq biex ikun evitat l-korriment tal-ħnieżer u ddisinjata biex ma tkorrix jew tikkawża sofferenza lill-ħnieżer weqfin jew li jimteddu fuqha. Għandha tkun adattata għad-daqs u t-toqol tal-ħnieżer u tifforma wiċċ riġidu, indaqs u stabbli. In-naħa fejn jimteddu trid tkun komda, nadifa, u jitneħħa l-ilma b’mod adegwat u ma tridx taffettwa ħażin lill-ħnieżer. Fejn sodod huma provduti, dawn iridu jkunu nodfa, niexfin u ma jagħmlux ħsara lill-ħnieżer. 12. Il-ħnieżer kollha jridu jkunu provduti b’dieta xierqa għaż-żmien, il-piż u l-bżonnijiet ta’ l-imġiba u fisjoloġiċi tagħhom, biex tippromwovi stat posittiv ta’ saħħa u stat tajjeb. 13. Il-ħnieżer kollha jridu jintemgħu għall-inqas darba kuljum. Fejn il-ħnieżer jinżammu fi gruppi u mhux mgħalfa ad libitum, jew b’sistema awtomatika ta’ għalf, kull ħanżir irid ikollu aċċess għall-ikel fl-istess ħin bħall-oħrajn tal-grupp. 14. Il-ħnieżer kollha li għandhom iktar minn ġimagħtejn irid ikollhom aċċess għal kwantità suffiċjenti ta’ ilma frisk jew ikunu jistgħu jaqtgħu l-għatx tagħhom billi jixorbu likwidi oħra. 15. It-tgħamir ta’ l-għalf u ta’ l-ilma jrid ikun iddisinjat, mibni, impoġġi u miżmum sabiex il-kontaminazzjoni ta’ l-għalf u l-ilma tal-ħnieżer jitnaqqas kemm jista’. 16. Barra l-miżuri li normalment jittieħdu biex jevitaw li jingidmu d-dnub u vizzji oħra u sabiex jippermettilhom li jaqdu l-bżonnijiet ta’ l-imġiba tagħhom, il-ħnieżer kollha, wara li jkun ikkunsidrat l-ambjent u d-densità ta’ l-istokk, jridu jkunu jistgħu jiksbu it-tiben jew xi materjal jew oġġett xieraq ieħor. IL-KAPITOLU II DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-KATEGORIJI VARJI TAL-ĦNIEŻER I. ĦNIEŻER SLAVAĠĠ Il-postijiet tal-ħnieżer slavaġ għandhom jitqiegħdu u jinbnew biex jippermettu lill-ħanżir selvaġġ li jdur u li jisma’, ixomm u jara ħnieżer oħrajn, u li jipprovdu partijiet nodfa fejn jistrieħu. Il-parti fejn jimteddu trid tkun niexfa u komda. Id-daqs minimu tal-post ta’ ħanżir selvaġġ kbir irid ikun ta’ 6 m2. iżda, medda akbar trid tkun provduta fejn il-postijiet jintużaw għal servizz. II. ĦNIEŻER FEMMINILI U GILTS 1. Ħnieżer u gilts tqal iridu, jekk hemm bżonn, ikunu trattati kontra parassiti esterni u interni. Jekk jitqiegħdu f’kaxxi biex iwelldu l-qżieqeż, il-ħnieżer u l-gilts tqal iridu jitnaddfu sew. 2. Għandhom ikunu provduti b’post komdu fejn jimteddu, nadif u jixxotta ruħu tajjeb mill-ilma u jridu, jekk hemm bżonn, jingħataw materjal tajjeb biex ibejtu. 3. Medda bla ostakoli wara l-ħanżira jew il-gilt trid tkun disponibbli biex tiffaċilita t-twelid naturali jew assistit tal-qżieqeż. 4. Kaxxi fejn jitwieldu l-qżieqeż fejn il-ħnieżer femminili jinżammu liberi jridu jkollhom xi mezzi biex jipproteġu l-qżieqeż bħal kanen għat-twelid. III. QŻIEQEŻ 1. Jekk hemm bżonn, il-qżieqeż iridu jkunu provduti b’sors ta’ sħana u medda solida, niexfa u komda fejn jimteddu ’l bogħod mill-ħanżira fejn kollha kemm huma jistgħu jistrieħu fl-istess ħin. 2. Fejn hija użata kaxxa biex iwelldu, il-qżieqeż irid ikollhom spazju biżżejjed biex ikunu jistgħu jitreddgħu mingħajr diffikultà. 3. Jekk ipprattikata, it-tiswija tal-ħnieżer maskili li għandhom aktar minn erba’ ġimgħat tista’ titwettaq biss bil-loppju minn veterinarju jew persuna kwalifikata skond il-liġijiet nazzjonali. 4. La qtugħ tad-dnub u lanqas qtugħ tas-snien ma jistgħu jsiru b’rutina imma biss meta hemm evidenza, fir-razzett, li kien hemm korriment fil-beżżuli tal-ħanżira jew lill-widnejn jew id-dnub ta’ ħnieżer oħra bħala riżultat tan-nuqqas tat-twettiq ta’ dawn il-proċeduri. Fejn hemm bżonn jinqatgħu s-snien, dan għandu jsir fi żmien sebat ijiem mit-twelid. 5. Il-qżieqeż m’għandhomx jitneħħew minn mal-ħanżira qabel ikollhom tliet ġimgħat sakemm l-istat tajjeb u s-saħħa ta’ l-omm jew tal-qżieqeż ma tkunx mod ieħor affettwat ħażin. IV. ĦNIEŻER LI MA JIBQGĦUX JITREDDGĦU U TAT-TROBBIJA Il-ħnieżer iridu jitpoġġew fi gruppi mill-aktar fis possibbli wara li ma jibqgħux jitreddgħu. Għandhom inżammu fi gruppi stabbli bl-inqas taħlit possibbli. --------------------------------------------------