EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991D0690

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 1991 li tikkonċerna l-finalizzazzjoni ta' l-emendament għall-Protokoll ta' Montreal dwar is-sustanzi li qegħdin jeqirdu s-saff ta' l-ożonu kif adottat f'Ġunju 1990 f'Londra mill-Partijiet għall-Protokoll

ĠU L 377, 31.12.1991, p. 28–40 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1991/690/oj

Related international agreement

31991D0690



Official Journal L 377 , 31/12/1991 P. 0028 - 0040


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-12 ta' Diċembru 1991 li

tikkonċerna l-finalizzazzjoni ta' l-emendament għall-Protokoll ta' Montreal dwar is-sustanzi li qegħdin jeqirdu s-saff ta' l-ożonu kif adottat f'Ġunju 1990 f'Londra mill-Partijiet għall-Protokoll

(91/690/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 130s tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi ġie stabbilit li emissjonijiet kontinwi ta' sustanzi li jagħmlu ħsara lill-ożonu fil-livelli preżenti jikkawżaw dannu sinifikattiv għas-saff ta' l-ożonu, billi d-Deċiżjonijiet 80/372/KEE [4] u 82/795/KEE [5] jipprovdu għal kontrolli li għandhom effett limitat u li jkopru biss żewġ sustanzi (CFC 11 u CFC 12);

Billi l-Komunità flimkien ma' l-Istati membri tagħha kollha iffirmaw il-Konvenzjoni ta' Vienna għall-protezzjoni tas-saff ta' l-ożonu, hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa l-"Konvenzjoni ta' Vienna";

Billi l-Protokoll supplimentari għall-konvenzjoni ta' Vienna, il-Protokoll ta' Montreal dwar sustanzi li jeqirdu is-saff ta' l-ożonu, hawnhekk aktar "il quddiem imsejjaħ l-'Protokoll ta' Montreal", kien innegozjat u adottat fis-16 ta' Settembru 1987; billi l-Protokoll kien iffirmat mill-Komunità u mill-Istat Membri tagħha kollha;

Billi l-Komunità, in konsiderazzjoni tar-responsibilità tagħha għall-ambjent u l-kummerċ, approvat, bid-Deċiżjoni Nru 88/540/KEE [6], il-Konvenzjoni ta' Vienna u l-Protokoll ta' Montreal;

Billi x-xhieda xjentifika l-aktar reċenti tindika illi għall-protezzjoni xierqa tas-saff ta' l-ożonu, kontroll ta' grad ogħla ta' "chlorofluorocarbons" u "halons" huwa neċessarju minn dak provdut mill-Protokoll ta' Montreal; billi l-istess xhieda tindika illi kontrolli addizzjonali għandhom jitqiegħdu fuq "halogenated chlorofluorocarbons", "carbon tetrachloride" u 1,1,1-"trichloroethane;"

Billi emenda u aġġustament għall-Protokoll ta' Montreal biex jimplimentaw dawn il-kontrolli kienu adottati f'Londra f'Ġunju 1990 u trid tiġi approvata l-emenda biss;

Billi huwa neċessarju għall-protezzjoni, promozzjoni u titjib ta' l-ambjent li tiġi fis-seħħ l-emenda għall-Protokoll ta' Montreal, illi huwa bbażat fuq il-prinċipju ta' l-azzjoni preventiva biex jiġu evitati iktar danni għas-saff ta' l-ożonu u fuq id-data xjentifika u teknika li kienet disponibbli fiż-żmien li ġiet fis-seħħ:

Billi, għal dak il-għan, il-Komunità għandha tapprova l-imsemmija emenda;

Billi huwa partikolarment neċessarju għall-Komunità li tapprova l-emenda għall-Protokoll ta' Montreal minħabba li uħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu jistgħu jiġu eżegwiti biss jekk il-Komunità u l-Istati Membri tagħha kollha japprovawha;

Billi, biex l-obligazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt l-emenda jiġu eżegwiti b'mod xieraq, huwa neċessarju li l-Istati membri kollha għandhom japprovawha:

Billi l-Istati Membri kollha għandhom jikkonkludu malajr kemm jista' jkun il-proċeduri tagħhom għar-ratifika ta' l-imsemmija emenda, bil-għan li jippermettu d-depożitu, malajr kemm jista' jkun u simultanjament, ta' l-istrumenti għall-approvazzjoni, l-aċċettazzjoni jew ir-ratifika mill-Komunità u l-Istati Membri,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-emenda għall-Protokoll ta' Montreal fuq sustanzi li jagħmlu ħsara lis-saff ta' l-ożonu hija hawnhekk approvata f'isem il-Komunità.

It-test ta' l-emenda huwa mehmuż ma' din id-deċiżjoni.

It-testi oriġinali bl-Għarbi, Ċiniż, Ingliż, Franċiż, Russu u Spanjol huma awtentiċi ugwalment.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jiddepożita l-att ta' l-approvazzjoni ta' l-emenda għall-Protokoll ta' Montreal f'isem il-Komunità għand is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda skond l-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni ta' Vienna, kif moqri b'rabta ma' l-Artikolu 2 ta' l-emenda għall-Protokoll ta' Montreal.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi neċessarji biex jippermettu d-depożitu, malajr kemm jista' jkun u simultanjament, qabel il-31 ta' Diċembru 1991 ta' l-istrumenti għar-ratifika, l-aċċettazzjoni u l-approvazzjoni ta' l-emenda għall-Protokoll ta' Montreal mill-Komunità u l-Istati Membri.

L-Istati Membri jridu jinfurmaw lill-Kummissjoni jekk jista' jkun qabel il-15 ta' Diċembru 1991, dwar id-deċiżjoni tagħhom li jirratifikaw jew dwar id-data prospettiva għall-finalizzazzjoni tal-proċessi tagħhom għar-ratifika. Il-Kummissjoni f'koperazzjoni ma' l-Istati Membri, għandha tiffissa għall-Komunità u dawk l-Istati Membri li huma lesti, data għad-depożitu simultanju ta' l-istrumenti li jekk jista' jkun tkun qabel il-31 ta' Diċembru 1991.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fit-12 ta' Diċembru 1991.

F'isem il-Kunsill

Il-President

J. G. M. Alders

[1] ĠU C 11, tas-17.1.1991, p. 19.

[2] ĠU C 280, tat-28.10.1991, p. 29.

[3] ĠU C 120, tas-6.5.1991, p. 14.

[4] ĠU L 90, tat-3.4.1980, p. 45.

[5] ĠU L 329, tal-11.11.1982, p. 29.

[6] ĠU L 297, tal-31.10.1988, p. 8.

--------------------------------------------------

Top