Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991D0115

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Frar 1991 li tistabbilixxi Kumitat dwar l-istatistika monetarja, finanżjarja u tal-bilanċ tal-pagamenti

    ĠU L 59, 6.3.1991, p. 19–20 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/11/2006; Imħassar b' 32006D0856

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1991/115/oj

    31991D0115



    Official Journal L 059 , 06/03/1991 P. 0019 - 0020
    Finnish special edition: Chapter 10 Volume 1 P. 0064
    Swedish special edition: Chapter 10 Volume 1 P. 0064


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tal-25 ta' Frar 1991

    li tistabbilixxi Kumitat dwar l-istatistika monetarja, finanżjarja u tal-bilanċ tal-pagamenti

    (91/115/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEI,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-abbozz tad-deċiżjoni ippreżentat mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku w Soċjali [3],

    Billi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/141/KEE tat-12 ta' Marzu 1990 dwar il-kisba ta' konverġenza progressiva tal-politika u l-prestazzjoni Ekonomika uaqt l-ewwel stadju ta' l-unjoni ekonomika u monetarja [4] tinvolvi il-ħtieġa li jkunu disponibbli ndikaturi konsistenti, partikolarment fl-oqsma monetarji, finanzjarji u tal-bilanċ tal-pagamenti;

    Billi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/142/KEE tat-12 ta' Marzu 1990 li temenda d-Deċiżjoni 64/300/KEE dwar il-kooperazzjoni bejn il-banek ċentrali ta' l-Istati Membri tal-Komunità Ekonomika Ewropea [5] għandha l-għan partikolarment li tmexxi "l quddiem il-koordinazzjoni tal-politika monetarja li neċessarjament tiddipendi minn indikaturi ta' sorveljanza komuni;"

    Billi għalhekk hemm il-ħtieġa li jkun stabbilit, bħala sezzjoni tal-programm multiannwali statistiku tal-Kummissjoni, programm multiannwali ta' xogħol fil-qasam tal-istatistika monetarja, finanzjarja w tal-bilanċ tal-pagamenti;

    Billi bid-Deċiżjoni 89/382/KEE, Euratom [6] il-Kunsill stabbilixxa Kumitat għall-Programm Statistiku tal-Komunitajiet Ewropej, li jinkludi rappreżentanti tal-istituzzjonijiet tal-istatistika tal-Istati Membri, sabiex jassigura l-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni waqt li jkun stabbilit il-programm tal-istatistika;

    Billi, fl-Istati Membri, l-istatistika monetarja u bankarja titfassal mill-banek ċentrali, u l-istatistika finanzjarja u tal-bilanċ tal-pagamenti titfassal minn istituzzjonijiet differenti, li jinkludu l-banek ċentrali;

    Billi fil-preżent ma hemm ebda korp li jassigura l-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u il-Kummissjoni fl-oqsma tal-istatistiċka monetarja, finanzjarja w tal-bilanċ tal-pagamenti li fuqhom l-istituzzjonijiet nazzjonali ewlenin interessati huma rappreżentati;

    Billi jenħtieġ, biex tinkiseb din il-kooperazzjoni, partikularment bil-għan li tinkiseb l-Unjoni Ekonomika u Monetarja, li jkun stabbilit kumitat magħmul minn rappreżentanti ta' dawn l-istituzzjonijiet, li jkun responsabbli biex jgħin lill-Kummissjoni tfassal u timplimenta l-programm multiannwali ta' xogħol konness mal-istatistika monetarji, finanzjarji w tal-bilanċ tal-pagamenti;

    Billi, wara li ġie kkunsidrat ir-rwol speċifiku fl-Istati Membri li jkollhom l-istituzzjonijiet imsemmija qabel, jenħtieġ li jippermettu lill-kumitat jagħżel il-president tiegħu;

    Billi hemm, mill-aspett tal-istatistika, interdipendenza mill-qrib bejn l-oqsma monetarji, finanzjarji w tal-bilanċ tal-pagamenti minn naħa waħda, u xi oqsma oħra ta' statistika ekonomika minn naħa l-oħra;

    Billi t-talba mill-Istati Membri w mill-istituzzjonijiet tal-Komunita li żdiedet għat-titjieb fl-informazzjoni statistika titlob għat-titjib tal-kooperazzjoni bejn l-utenti w il-produtturi tal-istatistika monetarja, finanzjarja w tal-bilanċ tal-pagamenti;

    Billi eżami ta' jekk ix-xogħol tal-Kumitat ikunx jilħaq l-ħtiġiet li jista' jkun hemm fil-ġejjieni tas-Sistema tal-Bank Ċentrali Ewropew għandu jitwettaq fil-qafas ta' dak li akkwistat l-Unjoni Ekonomika u Monetarja,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Kumitat dwar l-Istatistika Monetarja, Finanzjarja u tal-Bilanċ tal-pagamenti, minn issa "il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat" huwa b'dan stabbilit."

    Artikolu 2

    Il-Kumitat għandu jgħin lill-Kummissjoni fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-programm multiannwali ta' xogħol konness ma' l-istatistika monetarja, finanzjarja u tal-bilanċ tal-pagamenti. Il-Kumitat għandu, partikularment, ikollu d-dover li jesprimi opinjonijiet rigward l-iżvilupp u l-koordinazzjoni ta' l-istatistika monetarja, finanzjarja u tal-bilanċ tal-pagamenti meħtieġa għall-politika kif implementata mill-Kunsill, mill-Kummissjoni, u mill-kumitati differenti li jgħinuhom.

    Il-Kumitat jista' jintalab li jesprimi opinjonijiet dwar il-konnessjonijiet bejn l-istatistika monetarja, finanzjarja u tal-bilanċ tal-pagamenti minn naħa l-waħda, u xi statistika ekonomika oħra minn naħa l-oħra, partikularment dawk li fuqhom huma bbażati l-kontijiet nazzjonali. Ix-xogħol ta' dan il-Kumitat għandu jkun ikkoordinat ma' dak tal-Kumitat tal-Programm tal-Istatistika.

    Artikolu 3

    Il-Kummissjoni, bl-inizjattiva tagħha, u, jekk ikun il-każ, wara talba minn għand il-Kunsill jew minn għand il-kumitati li jgħinuhom, għandha tikkonsulta lill-Kumitat rigward:

    (a) l-istabbiliment ta' programmi multiannwali tal-Komunità għall-istatistika monetarja, finanzjarja u tal-bilanċ tal-pagamenti;

    (b) il-miżuri li l-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li tieħu biex tilħaq l-għanijiet imsemmija fil-programmi mutliannwali għall-istatistika monetarja, finanzjarja u tal-bilanċ tal-pagamenti u r-riżorsi u l-iskedi taż-żminijiet involuti;

    (ċ) kull kwistjoni oħra, partikolararment kwistjonijiet ta' metodoloġija, li joriġinaw mill-istabbiliment jew mill-implimentazzjoni tal-Programm ta' l-Istatistika fl-oqsma rilevanti.

    Il-Kumitat jista' jesprimi opinjonijiet minn rajh dwar kull kwistjoni konnessa mal-istabbeliment jew ma' l-implimentazzjoni ta' programmi tal-istatistika fl-oqsma monetarji, finanzjarji u tal-bilanċ tal-pagamenti.

    Artikolu 4

    Il-Kumitat għandu jkun magħmul minn wieħed, tnejn jew tlett rappreżentatni għal kull Stat Membru, li jkunu ġejjin mill-istituzzjonijiet li jkunu l-aktar interessati fl-istatitika finanzjarja, monetarja u tal-bilanċ tal-pagamenti, u minn tlett rappreżentanti tal-Kummissjoni.

    B'żieda ma dan, rappreżentant wieħed tal-Kumitat tal-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali tal-Komunita u rappreżentant wieħed tal-Kumitat Monetarju jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Kumitat bħala osservaturi.

    Rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet oħrajn, kif ukoll kull persuna li tista' tikkontribwixxi fid-diskussjonijiet, tista', fuq deċiżjoni tal-Kumitat, tipparteċipa fil-laqgħat tal-Kumitat.

    Artikolu 5

    Il-Kumitat għandu jagħżel il-president tiegħu b'maġġoranza sempliċi tal-voti tal-Istati Membri. Is-segretarjat tiegħu għandu jkun ipprovdut mill-Kummissjoni.

    Artikolu 6

    Il-Kumitat għandu jistabilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu.

    Magħmula fi Brussel, fil-25 ta' Frar 1991.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J.-C. Juncker

    [1] ĠU C 212, tal-25.8.1990, p. 5.

    [2] ĠU C 324, tat-12.24.1990.

    [3] ĠU C 31, tas-6.2.1991, p. 22.

    [4] ĠU L 78, ta' l- 24.3.1990, p. 23

    [5] ĠU L 78, ta' l- 24.3.1990, p. 25

    [6] ĠU L 181, tat-28.6.1989, p. 47.

    --------------------------------------------------

    Top