Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31990L0623

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni tas-7 ta' Novembru 1990 li temenda l-Anness II mad-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE dwar il-marketing taż-żerriegħa taċ-ċereali

    ĠU L 333, 30.11.1990, p. 65–65 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1990/623/oj

    31990L0623



    Official Journal L 333 , 30/11/1990 P. 0065 - 0065
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 35 P. 0165
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 35 P. 0165


    Id-Direttiva Tal-Kummissjoni

    tas-7 ta’ Novembru 1990

    li temenda l-Anness II mad-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE dwar il-marketing taż-żerriegħa taċ-ċereali

    (90/623/KEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE ta’ l-14 ta Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa taċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/2/KEE [2],

    Billi, skond it-tagħrif xjentifiku u tekniku preżenti, jidher illi ċerti varjetajiet tal-ħafur (l-Avena sativa) tat-tip "naked oat" għandhom valur potenzjali bħala għalf aħdar;

    Billi, madankollu, huwa diffiċli li tiġi prodotta ż-żerriegħa ta’ dawn il-varjetajiet bil-kapaċità tal-ġerminazzjoni daqs dik normalment miksuba miż-żerriegħa tal-varjetajiet tal-ħafur;

    Billi bid-Direttiva 88/506/KEE [3] il-Kummissjoni ddikjarat illi, fid-dawl ta’ l-iżvilupp fit-tagħrif xjentifiku u tekniku kien approprjat li jitnaqqas għall-varjetajiet tal-ħafur tat-tip "naked oat", il-kapaċità minima tal-ġerminazzjoni ta’ 85 % taż-żerriegħa pura kif stabbilit għall-ħafur fl-Anness II tad-Direttiva 66/402/KEE għal 75 %;

    Billi dan it-tnaqqis kien japplika biss sat-30 ta Ġunju 1990 sabiex ikun jista’ jinġabar u jitqies iktar tagħrif tekniku dwar dawn il-varjetajiet;

    Billi iktar tagħrif tekniku wera li huwa approprjat illi t-tnaqqis jissokta għal perjodu ieħor limitat taż-żmien sabiex ikun jista’ jinġabar u jitqies iktar tagħrif tekniku dwar dawn il-varjetajiet;

    Billi l-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti taż-Żrieragħ u l-Materjal tal-Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Forestrija,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    L-Artikolu 1

    Fit-Taqsima (2)(B)(d) ta’ l-Anness II mad-Direttiva 66/402/KEE, id-data "it-30 ta’ Ġunju 1990" tiġi mibdula bid-data "il-31 ta’ Diċembru 1992".

    L-Artikolu 2

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fis-7 ta’ Novembru 1990.

    Għall-Kummissjoni

    Ray Mac Sharry

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU 125, tal- 11.7.1966, p. 2309/66.

    [2] ĠU L 5, tas-7.1.1989, p. 31.

    [3] ĠU L 274, tas-6.10.1988, p. 44.

    --------------------------------------------------

    Top