This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31990L0428
Council Directive 90/428/EEC of 26 June 1990 on trade in equidae intended for competitions and laying down the conditions for participation therein
Id-Direttiva Tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kummerċ fl-equidae maħsuba għall-kompetizzjonijiet u li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fiha
Id-Direttiva Tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kummerċ fl-equidae maħsuba għall-kompetizzjonijiet u li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fiha
ĠU L 224, 18.8.1990, p. 60–61
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 03/09/2008
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 31990L0428R(01) | (SV) | |||
Implemented by | 31992D0216 | Implimentazzjoni | artikolu 4.2 | 30/03/1992 | |
Modified by | 32008L0073 | Sostituzzjoni | artikolu 4.2 | 03/09/2008 |
Official Journal L 224 , 18/08/1990 P. 0060 - 0061
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 33 P. 0178
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 33 P. 0178
Id-Direttiva Tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kummerċ fl-equidae maħsuba għall-kompetizzjonijiet u li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fiha (90/428/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 42 u 43 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi l-equidae, ġaladarba animali ħajjin, huma inklużi fil-lista tal-prodotti fl-Anness II tat-Trattat; Billi sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp razzjonali tal-produzzjoni ta’ l-equidae, b’hekk tiżdied il-prodottività fis-settur, ir-regoli li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fl-equidae maħsuba għall-kompetizzjoni jridu jkunu stabbiliti fil-livell tal-Komunità; Billi t-tnissil u t-trobbija ta’ l-equidae u b’mod partikolari taż-żwiemel huma ġeneralment inklużi fis-settur tal-biedja, billi dan jikkostitwixxi sors ta’ dħul għal parti mill-popolazzjoni tal-bdiewa; Billi jeżistu disparitajiet fil-Komunità rigward ir-regoli ta’ l-aċċess għall-kompetizzjonijiet; billi dawn id-disparitajiet jikkostitwixxu ostakolu għall-kummerċ intra-Kommuntarju; Billi l-kummerċ f’equidae maħsuba għall-kompetizzjoni u l-parteċipazzjoni f’dawn il-kompetizzjonijiet jistgħu jiġu pperikolati bid-disparitajiet li jeżistu fir-regoli li jirrigwardaw l-allokazzjoni tal-perċentwali tal-premju fi flus jew il-profitt għas-salvagward, l-iżvilupp u t-titjib fit-tnissil fl-Istati Membri; billi id-dħul ta’ l-aċċess ħieles għall-kompetizzjonijiet jippresupponi l-armonizazzjoni ta’ dawn ir-regoli; Billi, sakemm issir din l-armonizazzjoni, sabiex, b’mod partikolari, tinżamm jew tiżdied il-produttività f’dan is-settur, l-Istati Membri għandhom jiġu awtorizzati li jirriservaw perċentwali mill-premju fi flus jew mill-profitti għas-salvagward, l-iżvilupp u t-titjib ta’ l-attivitajiet tat-tnissil tagħhom; billi, madankollu, għandu jiġi ffissat il-limitu l-għoli għal dan il-perċentwali; Billi huwa tal-parir li jiġu addottati miżuri ta’ implimentazzjoni rigward ċerti aspetti tekniċi; billi, għall-għanijiet tal-miżuri ppjanati, għandha ssir dispożizzjoni għall-kooperazzjoni mill-qrib u effettiva bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti taż-Żooteknika, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Din id-Direttiva tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-kummerċ fl-equidae maħsuba għall-kompetizzjonijiet u l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-parteċipazzjoni fihom. L-Artikolu 2 Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet iddikjarati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/427/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju f’equidae [4]. Barra minn hekk, "kompetizzjoni" tfisser kull kompetizzjoni ekwestri, inklużi t-tellieq taż-żwiemel, il-qbiż għall-kompetizzjoni, id-dressage, l-avvenimentii riservati għall-vetturi misjuqa miż-żwiemel u l-klassijiet tal-wiri. L-Artikolu 3 1. Ir-regoli tal-kompetizzjonijiet ma jistgħux jiddiskriminaw bejn l-equidae li jkunu rreġistrati fl-Istati Membri fejn issir il-kompetizzjoni u l-equidae rreġistrati fi Stat Membru ieħor. 2. Ir-regoli tal-kompetizzjonijiet ma jridux jiddiskriminaw bejn l-equidae li joriġinaw fl-Istat Membru fejn issir il-kompetizzjoni u l-equidae li joriġinaw fi Stat Membru ieħor. L-Artikolu 4 1. L-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 3 għandhom japplikaw b’mod partikolari għal: (a) il-ħtiġiet tad-dħul fil-kompetizzjoni, b’mod partikolari l-ħtiġiet minimi jew massimi; (b) l-aġġudikazjoni tal-kompetizzjoni; (ċ) il-premju fi flus jew il-profitti li jakkumulaw mill-kompetizzjoni. 2. Madankollu, - l-obbligi riferiti fl-Artikolu 3 m’għandhomx jaffetwaw l-organizazzjoni ta’: (a) il-kompetizzjonijiet riżervati għall-equidae rreġistrati f’reġistru tat-tagħmir speċifiku għall-iskop għalbiex jippermetti it-titjib tat-tnissil; (b) il-kompetizzjonijiet reġjonali bil-ħsieb li jintagħżlu l-equidae; (ċ) l-avvenimenti storiċi jew tradizzjonali. L-Istati Membri li jkun bi ħsiebhom japprofittaw minn dawn il-possibilitajiet għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b’dan minn qabel f’termini ġenerali. - għal kull kompetizzjoni jew tip ta’ kompetizzjoni l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jirriservaw, permezz ta’ l-entitjaiet uffiċjali approvati jew irrikonoxxuti għal dan l-iskop, ċertu perċentwali tal-premju fi flus jew il-profitti riferiti fil-paragrafu 1(ċ) għas-salvagward, l-iżvilupp u t-titjib tat-tnissil. Il-perċentwali ma jistax jaqbeż it-30 % fl-1991, il-25 % fl-1992 u l-20 % mill-1993. Il-kriterji għat-tqassim ta’ dawn il-fondi fl-Istat Membru interessat għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fil-Kumitat Permanenti taż-Żooteknika. Qabel il-31 ta’ Diċembru 1992 il-Kunsill għandu jerġa’ jeżamina l-kondizzjonijiet dwar l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet fuq il-bażi ta’ rapport tal-Kummissjoni li jqis il-progress magħmul fl-armonizazzjoni rigward il-problemi kollha maħluqa minħabba l-kondizzjonijiet tat-tnissil taż-żwiemel għall-kompetizzjoni, flimkien ma’ proposti xierqa li dwarhom il-Kunsill jista’ jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata. 3. Ir-regoli ġenerali sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu għandhom jiġu addottati skond il-proċedura mfassla fl-Artikolu 6. L-Artikolu 5 1. Sakemm jiġu addottati d-deċiżjonijiet rilevanti skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 90/427/KEE, ir-raġunijiet li għalihom annimal irreġistrat fi Stat Membru jiġi rrifjutat id-dħul f’kompetizzjoni jridu jiġu kkomunikati bil-miktub lis-sid jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu. 2. Fiċ-ċirkustanzi deskritti fil-paragrafu 1, is-sid jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu huma intitolati li jiksbu opinjoni esperta skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 89/662/KEE [5], li għandhom japplikaw mutatis mutandis. 3. Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6, taddotta r-regoli sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu. L-Artikolu 6 Fejn trid tiġi użata l-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu, il-Kumitat Permanenti taż-Żooteknika, stabbilit bid-Deċiżjoni 77/505/KEE [6], għandu jaġixxi skond ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 88/661/KEE [7]. L-Artikolu 7 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għalbiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux iktar tard mill-1 ta’ Lulju 1991. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih b’dan. L-Artikolu 8 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fil-Lussemburgu, fis-26 ta’ Ġunju 1990. Għall-Kunsill Il-President M. O'Kennedy [1] ĠU C 327, tat-30.12.1989, p. 61. [2] ĠU C 149, tat-18.6.1990. [3] ĠU C 62, tat-12.3.1990, p. 46. [4] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 55. [5] ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 13. [6] ĠU L 206, tat-12.8.1988, p. 11. [7] ĠU L 382, tal-31.12.1988, p. 36. --------------------------------------------------