Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31988L0298

    Id-Direttiva tal-Kunsill tas-16 ta’ Mejju 1988 li temenda l-Anness II tad-Direttivi 76/895/KEE u 86/362/KEE li jirrigwardjaw l-iffissar tal-livelli massimi għar-residwi tal-pestiċida fi jew fuq il-frott u l-ħxejjex u fuq iċ-ċereali rispettivament

    ĠU L 126, 20.5.1988, p. 53–54 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2008; Impliċitament imħassar minn 32005R0396

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1988/298/oj

    31988L0298



    Official Journal L 126 , 20/05/1988 P. 0053 - 0054
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 26 P. 0180
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 26 P. 0180


    ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

    tas-16 ta' Mejju 1988

    li temenda l-Anness II tad-Direttivi 76/895/KEE u 86/362/KEE li jirrigwardjaw l-iffissar tal-livelli massimi għar-residwi tal-pestiċida fi jew fuq il-frott u l-ħxejjex u fuq iċ-ċereali rispettivament

    (88/298/KEE)

    IL-KUNSILL TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidra id-Direttiva tal-Kunsill 76/895/KEE tat-23 ta' Novembru 1976 li għandha x'taqsam ma l-iffissar tal-livelli massimi għar-residwi tal-pestiċida fi jew fuq frott u ħxejjex (1), kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KEE) Nru 3768/85 (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

    Wara li kkunsidra id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE tal-24 ta' Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi għar-residwi tal-pestiċida fi u fuq ċereali (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha,

    Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku u tal-ħtiġiet tas-saħħa pubblika u ta' l-agrikoltura, huwa meħtieġ li jkunu emendati d-dispożizzjonijiet, partikolarment il-livelli massimi, misjuba fl-Anness II tad-Direttiva 76/895/KEE li għandhom x'jaqsmu ma' captafol, captan, chlorfenvinphos, diodine, fenitothion, folpet, formothion u malathion;

    Billi, għall-istess raġunijiet, jidher mixtieq li tkun aġġornata d-Direttiva 76/895/KEE biż-żieda ta' dispożizzjonijiet li għandhom x' jaqsmu ma' aktar pestiċidi, li r-residwi tagħhom jistgħu iseħħu fi jew fuq frott u ħxejjex, jiġifieri, ethion, ethylene dibromide, mevinphos, phosalone u 2, 4, 5-T,u biex tkun aġġornata d-Direttiva 86/362/KEE biż-żieda ta' dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' aktar residwi tal-pestiċidi li jistgħu iseħħu fiċ-ċereali, jiġifieri, captafol,

    ADOTTA DIN ID- DIRETTIVA:

    L-Artikolu 1

    L-Anness II tad-Direttiva 76/895/KEE hu b'hekk emendat kif ġej:

    1. Għall-pestiċidi stabbiliti hawn taħt, il-livelli massimi tar-residwi misjuba fit- tabella huma mibdula bis-segwenti:

    Isem Komuni Livelli Massimi (f'mg/kg (ppm))

    captafol captan } is-somma folpet chlorfenvinphos (is-somma ta' l-iżomeri E- u Z-iżomeri) dodine fenitrothion formothion malathion (inkluż il-malaoxon) 0,05: 3: frott tat-tip tat-tuffieħ, berries, u frott żgħir, għeneb, tadam 2: fażola, indivja tal-werqa wiesa', indivja, kurrat, frott ta' l-għadma, ħass, piżelli 0,1: prodotti oħrajn 1: frott taċ-ċitru 0,5: basal, tuberi u ħxejjex ta' l-għeruq, krafes u tursin 0,05: faqqiegħ, frott ieħor 0,1: ħxejjex oħrajn 1: Frott bħat-tuffieħ u frott bl-għadma 0,2: prodotti oħrajn 2: frott taċ-ċitru 0,5: prodotti oħrajn 0,2 frott taċ-ċitru 0,1: prodotti oħrajn 2: frott taċ-ċitru 3: ħxejjex, apparti milli ħxejjex ta' l-għeruq 0,5: prodotti oħrajn

    2. Ir-residwi tal-pestiċida segwenti flimkien mal-partikolaritajiet korrespondenti huma miżjuda fit- tabella:

    Residwi tal-Pestiċida Il-livelli Massimi (f'mg/kg (ppm))

    Isem Komuni Formula Kimika

    ethion ethylene dibromide mevinphos phosalone 2,4,5-T 0,0,0,0-tetraethyl S, S-methylene di (phosphorodithioate) 1,2-dibromoethane 2-methoxy-carbonyl-methylvinyl dimethyl phosphate (is-somma ta' cis u transisomers) S-(6-chloro-2-oxobenzo-oxazolin-3-yl) methyl 00-diethyl phosporodithioate (2,4,5-tri-chlorophenoxy)-aċidu aċetiku 2: frott taċ-ċitru 0,5: Frott bħat-tuffieħ u frott bl-għadma u għeneb 0,1: prodotti oħrajn 0,01 0,2: Frott bħat-tuffieħ u frott taċ-ċitru u għanbaqar 0,5: frott ta' l-għadma ieħor, ħxejjex bil- weraq 0,1: prodotti oħrajn 1: frott taċ-ċitru u frawli 2: Frott bħat-tuffieħ u ħawħ 0,1: ħxejjex ta' l-għeruq u żebbuġ 1: prodotti oħrajn 0,05

    L-Artikolu 2

    Ir-residwu tal-pestiċida segwenti huma b'hekk miżjuda mal-Parti A ta' l-Anness II tad-Direttiva 86/362/KEE:

    Residwi tal-Pestiċida Il-livelli massimi f'mg/kg (ppm)

    19 captafol 0,05

    L-Artikolu 3

    L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva

    - mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 1988 fil-każ ta' captafol, captane u folpet;

    - mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 1989 fil-każ tal-pestiċidi l-oħrajn.

    Għandhom jinfurmaw minnufiħ lill-Kummisjoni dwar dan.

    L-Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, fis-16 ta' Mejju 1988.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    I. KIECHLE

    1 ĠU L 340, tad-9.12.1976, p. 26.

    2 ĠU L 362, tal-31.12.1985, p. 8.

    3 ĠU L 221, tas-7.8.1986, p. 37.

    Top