Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31988D0647

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' l-Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija dwar l-importazzjoni għal ġol-Komunità ta' insalati tal-frott preservat li joriġinaw fl-Alġerija

    ĠU L 358, 27.12.1988, p. 16–18 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1988/647/oj

    Related international agreement

    31988D0647



    Official Journal L 358 , 27/12/1988 P. 0016 - 0018


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tal-21 ta' Diċembru 1988

    dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' l-Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija dwar l-importazzjoni għal ġol-Komunità ta' insalati tal-frott preservat li joriġinaw fl-Alġerija

    (88/647/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 113 tiegħu,

    Wara li kunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,

    Billi l-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija [1] ġie iffirmat fis-26 ta' April 1976 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 1978;

    Billi l-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ l-Ittri bejn il-Komunità Ewropea Ekonomika u r-Rebubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija dwar l-importazzjoni għal ġol-Komunità ta’ insalati tal-frott preservat li joriġinaw fl-Alġerija għandu jiġi approvat,

    IDDEĊIDIET DAN LI GEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ l-Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Rebubblika Demokratika tal-Poplu ta’ l-Alġerija dwar l-importazzjoni għal ġol-Komunità ta’ insalati tal-frott preservat li joriġinaw fl-Alġerija hu b’dan approvat f’ isem il-Komunità.

    It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtoriżżat illi jaħtar il-persuna li jkollha s-setgħa li tiffirma l-Ftehim sabiex torbot lill-Komunità.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fil-21 ta’ Diċembru 1988.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    V. Papandreou

    [1] ĠU L 263, tas-27.9.1978, p. 2.

    --------------------------------------------------

    Top