Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31987R3556

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3556/87 tas-26 ta' Novembru 1987 li jistabbilixxi regoli dettaljati addizzjonali għall-applikazzjoni tas-sistema ta' ċertifikati ffissati bil-quddiem, fil-każ ta' ċerti prodotti tas-settur taċ-ċereali esportati fil-għamla ta' għaġin li jaqgħu taħt l-intestatura Nru 19.03 tat-Tariffa Komuni tad-Dwana

    ĠU L 337, 27.11.1987, p. 57–58 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/12/2023; Imħassar b' 32023R2835

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/3556/oj

    31987R3556



    Official Journal L 337 , 27/11/1987 P. 0057 - 0058
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 24 P. 0198
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 24 P. 0198


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3556/87

    tas-26 ta' Novembru 1987

    li jistabbilixxi regoli dettaljati addizzjonali għall-applikazzjoni tas-sistema ta' ċertifikati ffissati bil-quddiem, fil-każ ta' ċerti prodotti tas-settur taċ-ċereali esportati fil-għamla ta' għaġin li jaqgħu taħt l-intestatura Nru 19.03 tat-Tariffa Komuni tad-Dwana

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2727/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1900/87 [2], u b'mod partikolari l-Artikoli 16 (6) u 24 tiegħu,

    Billi l-Artikolu 5 (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3035/80 [3], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 2223/86 [4], jistipula li sistema ta' ffissar tar-rifużjoni bil-quddiem għandha tiġi applikata fil-każ ta' prodotti taċ-ċereali użati fil-produzzjoni ta' oġġetti koperti b'dan ir-Regolament;

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1760/83 [5], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 349/86 [6], jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' ċertifikati għall-iffissar bil-quddiem; billi l-Artikolu 3 (a) ta' dak ir-Regolament jippermetti li d-deskrizzjoni ta' iżjed minn prodott wieħed tiddaħħal fis-sezzjoni 12 taċ-ċertifikat ta’l-iffissar bil-quddiem;

    Billi skond il-politika kummerċjali komuni ġie deċiż li l-esportazzjoni Komunitarja ta’l-għaġin li jaqa’ taħt l-intestatura Nru 19.03 tat-Tariffa Komuni tad-Dwana lejn l-Istati Uniti ta’l-Amerika għandha tikkonsisti in parti minn prodotti li lilhom ġew applikati l-arranġamenti tat-traffiku għall-ipproċessar tad-dħul, u in-parti minn prodotti li għalihom jingħataw rifużjonijiet għall-esportazzjoni;

    Billi hu meħtieġ f'dan ir-rigward li ċ-ċertifikati ta’ l-ifissar minn qabel juru biss il-merkanzija li għandha tiġi esportata bhala għaġin;

    Billi l-Kummissjoni għandu jkollha għad-disposizzjoni tagħha mill-aktar fis possibli l-informazzjoni kollha li hija teħtieġ sabiex tagħmel stima tat-tendenzi probabbli fl-esportazzjonijiet tal-għagin lejn l-Istati Uniti ta’l-Amerika; billi għandu jkun possibli li din l-informazzjoni sservi bhala l-bażi għal ċerti deċiżjonijiet maħsuba biex jipprevjenu żieda mhux approprjata fil-kwantitajiet tal-prodotti bażiċi fis-settur taċ-ċereali li għalihom jinħarġu ċ-ċertifikati ta’l-ifissar bil-quddiem biex dawn jiġu esportati fil-għamla ta' għaġin lejn l-Istati Uniti tal-Amerika; billi għalhekk għandu jkun hemm perjodu ta' stennija qabel ma l-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati jiġu aċċettati;

    Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taċ-Ċereali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Meta jintużaw l-arranġamenti għall-iffissar tar-rifużjoni bil-quddiem ta’ prodott bażiku tas-settur taċ-ċereali esportat fil-għamla ta' għaġin li jaqa’ taħt it-Tariffa Komuni tad-Dwana fl-intestatura Nru 19.03:

    (a) is-sezzjoni 12 ta’l-applikazzjoni għaċ-ċertifikat ta’l-iffissar bil-quddiem u ċ-ċertifikat innifsu għandhom jindikaw biss li l-prodotti jaqgħu taħt l-intestatura Nru 19.03 tat-Tariffa Komuni tad-Dwana:

    (b) is-sezzjoni 13 ta’l-applikazzjoni għal ċertifikat ta’l-iffissar bil-quddiem u ċ-ċertifikat innifsu għandhom jimtlew 'Stati Uniti ta’l-Amerika' jew ' minbarra l-Istati Uniti ta’l-Amerika'. Iċ-ċertifikat għandu jkollu miegħu l-obbligu għall-esportazzjoni kif indikat.

    Artikolu 2

    L-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati ta’l-iffissar bil-quddiem għall-prodotti bażiċi tas-settur taċ-ċereali li għandhom jiġu esportati lejn l-Istati Uniti ta’l-Amerika fil-għamla ta' għaġin li jaqa’ taħt l-intestatura Nru 19.03 tat-Tariffa Komuni tad-Dwana għandhom jiġu kkunsinnati fil-ħames jum ta' xogħol ta' wara dak li fih tkun tressqet l-applikazzjoni, sakemm sadattant ma jkunux ittieħdu miżuri speċifiċi.

    Artikolu 3

    1. L-awtoritajiet kompetenti ta’l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni f'kull jum ta' xogħol dwar:

    - il-kwantitajiet ta' prodotti bażiċi tas-settur taċ-ċereali li għalihom kien hemm applikazzjonijiet għal ċertifikati tal-iffissar bil-quddiem fil-ġurnata ta' qabel għall-iskop ta' l-esportazzjoni lejn l-Istati Uniti ta’l-Amerika fil-għamla ta' għaġin li jaqa' taħt l-intestatura Nru 19.03 tat-Tariffa Komuni tad-Dwana,

    - il-kwantitajiet ta’l-għaġin li jaqgħu taħt l-intestatura Nru 19.03 tat-Tariffa Komuni tad-Dwana li għalihom ir-rata tar-rifużjoni ta’l-esportazzjoni mogħtija fil-ġurnata ta' xogħol ta' qabel għaċ-ċereali użati fil-fabbrikazzjoni tiegħu tkun ġiet iffissata bil-quddiem, flimkien mad-data li fiha d-dikjarazzjoni ta’l-esportazzjoni ta’l-għaġin lejn l-Istati Uniti ta’l-Amerika tkun ġiet aċċettata mill-awtoritajiet tad-dwana relevanti.

    2. L-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1 għandha, għall-finijiet tan-notifika lill-Kummissjoni, tiġi maqsuma skond is-subintestaturi tat-Tariffa Komuni tad-Dwana u għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej,III/B/2,rue de la Loi, 200,B

    Brussel.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan għandu jgħodd għal ċertifikati li tkun tressqet applikazzjonijiet għalihom bejn l-1 ta' Diċembru 1987 u t-30 ta' April 1988.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, 26 Novembru 1987.

    Għall-Kummissjoni

    Cockfield

    Viċi-President

    [1] ĠU L 281, 1.11.1975, p. 1.

    [2] ĠU L 182, 3.7.1987, p. 40.

    [3] ĠU L 323, 29.11.1980, p. 27.

    [4] ĠU L 194, 17.7.1986, p. 1.

    [5] ĠU L 172, 30.6.1983, p. 20.

    [6] ĠU L 42, 19.2.1986, p. 5.

    --------------------------------------------------

    Top