Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31987R0649

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) NRU 649/87 tat-3 Marzu 1987 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-ftuħ ta’ reġistru Komunitarju għall-oqsma tad-dwieli

    ĠU L 62, 5.3.1987, p. 10–17 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2009; Imħassar b' 32009R0436

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/649/oj

    31987R0649



    Official Journal L 062 , 05/03/1987 P. 0010 - 0017
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 22 P. 0218
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 22 P. 0218


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) NRU 649/87

    tat-3 Marzu 1987

    li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-ftuħ ta’ reġistru Komunitarju għall-oqsma tad-dwieli

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/79 tal-5 Frar 1979 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) No 536/87 [2],

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2392/86 ta’ l-24 Lulju 1986 li jistabbilixxi reġistru Komunitarju ta’ l-oqsma tad-dwieli [3], u partikolarment l-Artikolu 10 miġjub fih,

    Billi, sabiex jiġi żgurat illi r-reġistru jiġi stabbilit b’mod unifori fil-Komunità kollha, għandhom jiġu definiti ċerti elementi bażiċi; billi, għal dan il-għan, id-definizzjonijiet eżistenti fil-leġislazzjoni tal-Komunità jew dawk nazzjonali dwar l-inbid għandhom jintużaw kemm jista’ jkun;

    Billi, bi qbil ma’ l-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2392/86, ir-reġistru għandu jkopri kull biċċa raba fejn huma mkabbra d-dwieli; billi, wara li kkunsidrat l-għanijiet li jridu jinkisbu bir-reġistru, meta jiġi stabbilit ma għandux għalfejn jinkludi għelieqi bi produzzjoni limitata ħafna; billi r-raba li għandu jiġi inkluż fir-reġistru għandu għalhekk jiġi definit billi jittieħdu partikolarment in kunsiderazzjoni ż-żona l-livelli minimi tal-produzzjoni fiżika jew ekonomika kif stabbiliti mill-Istati Membri;

    Billi l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2392/86 jagħmel distinzjoni bejn tagħrif obbligatorju meħtieġ mir-regoli tal-Komunità u tagħrif ieħor li l-Istati Membru jistgħu jagħżlu li jiġbru b’żieda; billi għandha titfassal lista ta’ oġġetti ta’ tagħrif obbligatorju u dak ta’ għażla biex tiġi inkluża fl-inkartamenti ta’ l-ażjendi u dawk tal-produzzjoni rispettivament;

    Billi, għal ċerti reġjuni li għadhom mhumiex koperti b’reġistru ta’ l-artijiet li jista’ jservi bħala bażi għar-reġistru ta’ l-oqsma tad-dwieli, iridu jiġu adottati dispożizzjonijiet speċifiċi biex jiżguraw li dan ta’ l-aħħar jiġi stabbilit fil-limiti preskritti ta’ żmien;

    Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 154/75 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3788/85 [5], jipprovdi li għandu jiġi stabbilit reġistru ta’ kultivazzjoni tas-siġar taż-żebbuġ fl-Istati Membri li jipproduċu ż-żejt taż-żebbuġa; billi, f’ċerti Stati Membri, jistgħu jittieħdu in kunsiderazzjoni xi riżultati tax-xogħol magħmul biex jiġi stabbilit dan ir-reġistru; billi għandu jiġi speċifikat illi l-Istati Membri jistgħu jiddisponu mir-riżultati ta’ dan ix-xogħol sabiex inaqqsu n-nefqa u t-tul ta’ żmien biex jiġi stabbilit ir-reġistru ta’ l-oqsma tad-dwieli;

    Billi, għal dan il-għan, għandu jkun hemm dispożizzjonijiet għal penalitajiet fil-każ ta’ nuqqas tat-twettiq ta’ l-obbligi preskritti f’dawn il-każijiet, flimkien ma’, fejn ikun meħtieġ, penalitajiet applikati mill-Istati Membri;

    Billi għandhom jiġu preskritti limiti ta’ żmien biex jintbagħtu ċerti notifiki lill-Kummissjoni mill-Istati Membri;

    Billi, skond l-Att ta’ Adeżjoni ta’ Spanja u tal-Portugall id-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mat-twaqqif ta’ reġistru ta’ l-oqsma tad-dwieli ma japplikawx għall-Portugall matul l-ewwel fażi; billi għandhom isiru dispożizzjonijiet għal perjodi speċifiċi ta’ żmien sabiex ir-reġistru jġi stabbilit bil-ħeffa sa mill-bidu tat-tieni stadju;

    Billi l-Kumitat ta’ Ġestjoni ta’ l-Inbid ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-president tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Dan ir-Regolament jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2392/86 li jistabbilixxi reġistru Komunitarju ta’ l-oqsma tad-dwieli.

    Artikolu 2

    Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:

    (a) "ażjenda" għandha tfisser unità waħda, kemm teknikament u ekonomikament, li jkollha tmexxija waħda u

    - li jkollha żona ta’ tkabbir ta’ dwieli ta’ mill-inqas 10 ettari,

    jew

    - li hi bla ħsara għad-dikjarazzjoni meħtieġa bil-leġislazzjoni tal-Komunità jew nazzjonali dwar l-inbid jekk l-unità involuta għandha żona bit-tkabbir ta’ dwieli ta’ inqas minn 10 ettari,

    jew

    - li r-raba fejn jitkabbru d-dwieli ma jipproduċix kwantitajiet li jaqbżu ċerti limiti fiżiċi jew ekonomiċi dikjarati mill-Istati Membri involuti jekk l-unità msemmija għandha żona għat-tkabbir tad-dwieli ta’ inqas minn 10 ettari u hi bla ħsara għad-dikjarazzjoni riferita fit-tieni inċiż;

    (b) "sid" għandha tfisser il-persuna naturali jew legali jew il-grupp ta’ persuni minn dawn li għan-nom tagħhom u f’isimhom l-ażjenda titħaddem;

    (ċ) "żona agrikola utilizzata" għandha tfisser iż-żona kollha ta’ art meħuda minn raba li jinħarat, mergħat u artijiet bil-ħaxix tal-mergħa, art użata permanentement għall-uċuh u ġonna tal-ħaxix tal-kċina;

    (d) "żona kultivata għat-tkabbir tad-dwieli" għandha tfisser l-art kollha miżrugħa dwieli, bl-uċuh assoċjati magħhom jew mingħajrhom, fil-produzzjoni jew li għadhom ma bdewx jipproduċu, li normalment tkun maħsuba għall-produzzjoni ta’ l-għeneb, mostu ta’ l-għeneb, inbid u/jew materjal għall-propagazzjoni tad-dwieli u li kienet bla ħsara għall-kultivazzjoni regolari bil-ħsieb li jinkiseb prodott marketable;

    (e) "żona għat-tkabbir tad-dwieli mitluqa" għandha tfisser il-firxa kollha ta’ raba bid-dwieli li ma għadux iktar użat għal kultivazzjoni regolari bil-ħsieb li jipproduċi prodott marketable;

    (f) "għalqa" għandha tfisser biċċa raba kontinwa kif definita fir-reġistru ta’ l-artijiet.

    Iżda, fejn ma hemm l-ebda reġistru ta’ l-artijiet, ‘għalqa’ għandha tfisser biċċa art kontinwa, ġewwa qasam wieħed u l-istess, li tikkostitwixxi entità distinta f’dik li hija forma ta’ żamma bi dritt, tip ta’ kultivazzjoni u natura tal-prodott;

    (g) "materjal għall-propogazzjoni veġetattiva tad-dwieli", "mixtliet taż-żraġen""mixtliet li jaħżnu l-għeruq" and "dwieli mamma" għandu jkollhom l-istess tifsira kif hemm fid-Direttiva tal-Kunsill 68/193/KEE [6];

    (h) "varjetajiet ta’ għeneb ta’ l-inbid", "varjetajiet ta’ għeneb tal-mejda" u "varjetajiet ta’ għeneb għaż-żbib"għandu jkollhom l-istess tifsira kif hemm fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 347/79 [7].

    Artikolu 3

    1. L-oġġetti obbligatorji u ottimali ta’ tagħrif riferiti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2392/86 li jridu jidħlu fil-fajl ta’ l-oqsma u fil-fajl tal-produzzjoni għandhom jiġu elenkati kif hemm fl-Anness I ma’ dan ir-Regolament.

    Meta jkunu jfasslu l-programm riferiti fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2392/86, l-Istati Membri għandhom jistabilixxu l-arranġement tat-tagħrif imsemmi f’kull fajl.

    2. F’każi fejn id-dwieli jitkabbru f’għaqda ma’ wċuh oħra, il-fajl ta’ l-oqsma għandu jgħarraf, flimkien mal-firxa totali ta’ l-għalqa interessata, ż-żona ta’ tkabbir tad-dwieli għall-inbid espressa f’termini ta’ kultivazzjoni pura. Għall-għanijiet ta’ bdil, għandu jsir użu minn koeffiċjenti xierqa stabbiliti mill-Istati Membri.

    3. It-tagħrif li għandu x’jaqsam mal-karatteristiċi ta’ kull għalqa għandhom jidhru distintement fil-fajl ta’ l-ażjenda. Iżda, meta l-kondizzjonijiet naturali, t-tip ta’ kultivazzjoni u n-natura tal-prodott huma suffiċjentement omoġenji, l-Istati Membri jistgħu jiġbru flimkien fil-fajl ta’ l-ażjenda tagħrif li jkollu x’jaqsam ma numru ta’ għelieqi jmissu mal-qasam jew jagħmlu parti minnu, sakemm kull għalqa tkun tista tiġi identifikata.

    4. Mal-ftuh ta’ reġistru tad-dwieli u kull aġġornament tiegħu, l-Istati Membri għandhom jagħmlu studju taż-żoni kollha ta’ tkabbir tad-dwieli mhux dipendenti fuq oqsma skond it-tifsira fl-Artikolu 2(a).

    Artikolu 4

    F’reġjuni fejn ma jeżistux reġistri ta’ l-artijiet fiż-żmien meta jitfassal ir-reġistru ta’ l-ażjendi tad-dwieli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistru ta’ l-azjendi tad-dwieli jkun aġġustat skond ir-reġistru ta’ l-artijiet kif ikun imfassal dan ta’ l-aħħar, mhux iktar tard miż-żmien ta’ l-aġġornamenti regolari riferit fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2392/86.

    Artikolu 5

    Bil-ħsieb li titnaqqas l-ispiża u li titħaffef it-tħejjija tar-reġistru ta’ l-oqsma tad-dwieli, l-Istati Membri jistgħu jużaw it-teknoloġija disinjata u l-faċilitajiet tekniċi disponibbli skond it-tfassil tar-reġistru tal-kultivazzjoni tas-siġar taż-żebbuġ kif provvdut fir-Regolament (KEE) Nru 154/75.

    Artikolu 6

    L-ismijiet ta’ l-unitajiet amministrattivi li għalhom ġie stabbilit limitu ta’ żmien inqas għat-tfassil tar-reġistru bi qbil mat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2392/86 huma elenkati fl-Anness II, flimkien mal-limitu ta’ żmien applikabbli f’kull każ.

    Artikolu 7

    1. Fil-każ ta’ nuqqas li jintlaħqu l-obbligi skond l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2392/86 dawk involuti ma għandhomx jikkwalifikaw għall-miżuri provvduti fl-Artikoli 7, 10, 11, 12a, 14, 14a u 15 tar-Regolament (KEE) Nru 337/79 sakemm dawn l-obbligi ma jkunux ġew imwettqa.

    2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jippenalizzaw, skond il-gravità tal-ksur tal-liġi, kull nuqqas li jintlaħqu l-obbligi preskritti fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2392/86.

    Artikolu 8

    L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni:

    - mhux iktar tard minn meta jibagħtu l-programmi riferiti fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2392/86, bil-livelli fiżiċi jew ekonomiċi riferiti fl-Artikolu 2(a) u bil-koeffiċjenti tal-bdil riferiti fl-Artikolu 3(2),

    - malajr kemm jista’ jkun u mhux iktar tard minn tliet xhur wara l-isturji, ż-żoni ta’ tkabbir ta’ dwieli riferiti fl-Artikolu 3(4),

    - mhux iktar tard minn meta jibagħtu l-programmi riferiti fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2392/86, lista ta’ l-awtoritajiet riferiti fl-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament,

    - mhux iktar tard mill-31 Awissu ta’ kull sena, ir-rapport riferit fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 2392/86,

    - minbarra f’każ ta’ emerġenza, fi żmien xahrejn minn meta jirċievu l-applikazzjoni, l-oġġetti addizzjonali riferiti fit-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 2392/86,

    - mhux iktar tard mit-30 Novembru ta’ kull sena, rapport fuq il-każi fejn l-obbligi riferiti fl-Artikolu 7(1) ma ġewx imwettqa u l-miżuri meħuda bħala konsegwanza tagħhom.

    Artikolu 9

    Fil-Portugall ir-reġistru ta’ l-oqsma tad-dwieli għandu jitlesta, l-iktar tard, sa l-aħħar tat-tieni stadju riferit fl-Artikolu 260 ta’ l-Att ta’ Adeżjoni.

    Il-Portugall għandu jibgħat lill-Kummissjoni, fi żmien tliet xhur mill-bidu tat-tieni stadju msemmi, l-programm riferit fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2392/86 u lista ta’ l-awtoritajiet riferiti fl-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 10

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, it-3 Marzu 1987.

    Għall-Kummissjoni

    Frans Andriessen

    Viċi-President

    [1] ĠU L 54, ta’ l-5.3.1979, p. 1.

    [2] ĠU L 55, ta’ l-25.2.1987, p. 1.

    [3] ĠU L 208, ta’ l-31.7.1986, p. 1.

    [4] ĠU L tad-19, ta’ l- 24.1.1975, p. 1.

    [5] ĠU L 367, ta’ l-31.12.1985, p. 1.

    [6] ĠU L 93, tas-17.4.1968, p. 15.

    [7] ĠU L 54, tal-5.3.1979, p. 75.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    LISTA TA’ OĠĠETTI OBBLIGATORJI U FAKOLTATIVI RIFERITA FL-ARTIKOLU 2 JEW TAR-REGOLAMENT (KEE) Nru 2392/86

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    UNITAJIET AMMINISTRATTIVI LI FIHOM IR-REĠISTRU TA’ L-AŻJENDI TAD-DWIELI GĦANDU PRIJORITA

    Isem l-unità ta' Amministrazzjoni | Temma taż-żmien biex jitlesta r-reġistru |

    I.Il-Ġermanja

    Rheinland-Pfalz | fil-31 ta' Awissu 1990. |

    II.Spanja

    1. Albacete | fil-31 ta' Awissu 1990. |

    2. Toledo |

    3. Valencia |

    4. Badajoz |

    5. Ciudad Real |

    6. Cuenca |

    7. Huelva |

    8. Tarragona |

    9. Zamora |

    III.Il-Greċja

    1. Nomos Korinthias | fil-31 ta' Awissu 1990. |

    2. Nomos Achaias |

    3. Nomos Ilias |

    4. Nomos Attikis() |

    5. Diamerisma Anatolikis Attikis |

    6. Nomos Viotias |

    7. Nomos Evias |

    8. Nomos Argolidas |

    9. Nomos Arkadias |

    10. Nomos Messinias |

    11. Nomos Trifillias |

    12. Nomos Lakonias |

    13. Nomos Aitoloakarnanias |

    14. Nomos Zakinthou |

    15. Nomos Kefalinias |

    16. Nomos Irakliou |

    17. Nomos Lassithiou |

    18. Nomos Chanion |

    19. Nomos Rethimnis |

    IV.L-Italja

    1. Puglia | fil-31 ta' Awissu 1989. |

    2. Sicilia | fil-31 ta' Awissu 1989. |

    3. Toscana | fil-31 ta' Awissu 1989. |

    4. Veneto | fil-31 ta' Awissu 1989. |

    5. Lazio | fil-31 ta' Awissu 1990. |

    6. Abruzzo | fil-31 ta' Awissu 1990. |

    7. Campania | fil-31 ta' Awissu 1990. |

    8. Emilia Romagna | fil-31 ta' Awissu 1990. |

    9. Marche | fil-31 ta' Awissu 1991. |

    10. Calabria | fil-31 ta' Awissu 1991. |

    11. Umbria | fil-31 ta' Awissu 1991. |

    12. Molise | fil-31 ta' Awissu 1991. |

    13. Basilicata | fil-31 ta' Awissu 1991. |

    14. Piemonte | fil-31 ta' Awissu 1991. |

    --------------------------------------------------

    Top