Help Print this page 

Document 31986L0560

Title and reference
It-Tlettax-il Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 1986 fir-rigward ta' l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-taxxi ta' ċaqliq ta' flus - Arranġamenti għar-rifond tat-taxxa fuq il-valur miżjud lil persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fit-territorju tal-Komunità
OJ L 326, 21.11.1986, p. 40–41 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 09 Volume 001 P. 130 - 131
Special edition in Swedish: Chapter 09 Volume 001 P. 130 - 131
Special edition in Czech: Chapter 09 Volume 001 P. 129 - 130
Special edition in Estonian: Chapter 09 Volume 001 P. 129 - 130
Special edition in Latvian: Chapter 09 Volume 001 P. 129 - 130
Special edition in Lithuanian: Chapter 09 Volume 001 P. 129 - 130
Special edition in Hungarian Chapter 09 Volume 001 P. 129 - 130
Special edition in Maltese: Chapter 09 Volume 001 P. 129 - 130
Special edition in Polish: Chapter 09 Volume 001 P. 129 - 130
Special edition in Slovak: Chapter 09 Volume 001 P. 129 - 130
Special edition in Slovene: Chapter 09 Volume 001 P. 129 - 130
Special edition in Bulgarian: Chapter 09 Volume 001 P. 81 - 82
Special edition in Romanian: Chapter 09 Volume 001 P. 81 - 82
Special edition in Croatian: Chapter 09 Volume 001 P. 6 - 7

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1986/560/oj
Multilingual display
Authentic language
  • Authentic language: Spanjol, Daniż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Franċiż, Taljan, Olandiż, Portugiż
Dates
  • Date of document: 17/11/1986
  • Date of effect: 01/01/1001; Dħul fis-seħħ Data tan-notifika
  • Date of notification: 01/01/1001
  • Date of transposition: 01/01/1988; Ara Art. 5
  • Date of end of validity: 31/12/9999
Miscellaneous information
  • Author: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Form: Direttiva
  • Addressee: L-Istati Membri
  • Internal reference: COM/82/0443, COM/83/0413
Procedure
  • Procedure number:
    1982/1021/CNS
  • Co author: DG03, DG07, DG19
  • Department responsible: DG21/3/0C
Relationship between documents
Text

31986L0560



Official Journal L 326 , 21/11/1986 P. 0040 - 0041
Finnish special edition: Chapter 9 Volume 1 P. 0130
Swedish special edition: Chapter 9 Volume 1 P. 0130


It-Tlettax-il Direttiva tal-Kunsill

tas-17 ta' Novembru 1986

fir-rigward ta' l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-taxxi ta' ċaqliq ta' flus - Arranġamenti għar-rifond tat-taxxa fuq il-valur miżjud lil persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fit-territorju tal-Komunità

(86/560/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 99 u 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra s-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-taxxi ta' ċaqliq ta' flus - Dwar is-sistema Komuni tat-taxxa fuq il-valur mizjud: bażi uniformi ta' stima [1] u partikolarment l-Artikolu 17(4) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [3],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [4],

Billi l-Artikolu 8 tad-Direttiva 79/1072/KEE [5] dwar l-arranġamenti tar-rifond tat-taxxa fuq il-valur miżjud lil persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż jipprovdi illi fil-każ ta' persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti fit-territorju tal-Komunità, l-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw rifondi jew jimponu kondizzjonijiet speċjali;

Billi hemm il-ħtiega li jiġi żgurat l-iżvilupp armonjuż tar-relazzjonijiet kummerċjali bejn il-Komunità u pajjiżi terzi bbażata fuq id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 79/1072/KEE, waqt illi jittieħdu in konsiderazzjoni s-sitwazzjonijiet varji li wieħed jista’ jiltaqa’ magħhom f'pajjiżi terzi;

Billi ċerti tipi ta' evażjoni ta' taxxa jew evitar ta' taxxa għandhom jiġu evitati,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:

1. "Persuna taxxabli li mhijiex stabbilita fit-territorju tal-Komunità tfisser persuna taxxabli hekk kif ġiet riferita fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 77/388/KEE illi, matul il-perjodu riferit fl-Artikolu 3(1) ta' din id-Direttiva, ma kellhiex f'dak it-territorju la kummerċ jew stabbiliment fiss illi minnu ġew effettwati transazzjonijiet kummerċjali, lanqas, jekk dan it-tip ta' kummerċ jew stabbiliment fiss ma jeżistix, l-indirizz permanenti tagħha jew tal-post tar-residenza tagħha, u illi, matul l-istess perjodu, ma fornietx oġġetti jew servizzi li għandhom jitqiesu li ġew forniti fl-Istati Membri riferiti fl-Artikolu 2, bl-eċċezzjoni ta':"

(a) servizzi ta' trasport u servizzi anċillari, eżenti skond l-Artikolu 14(1)(i), l-Artikolu 15 jew l-Artikolu 16(1), B, C u D tad-Direttiva 77/388/KEE;

(b) servizzi provduti fil-każijiet fejn it-taxxa titħallas biss mill-persuna lil minnha ġew forniti, skond l-Artikolu 21(1)(b) tad-Direttiva 77/388/KEE;

2. ‘It-Territorju tal-Komunità għandu jfisser it-territorji ta' l-Istati Membri fejn tapplika id-Direttiva 77/388/KEE.

Artikolu 2

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 3 u 4, kull Stat Membru għandu jagħti r-rifond lil kull persuna taxxabbli li mhijiex stabbilita fit-territorju tal-Komunità, bla ħsara għall-kondizzjonijiet dikjarati hawn taħt, kull taxxa fuq il-valur miżjud imposta fuq servizzi jew proprjetà mobbli fornita lilha fit-territorju jew fil-pajjiż minn persuni taxxabbli oħra jew imposta fuq l-importazzjoni ta' oġġetti fil-pajjiż, safejn dawn l-oġġetti u servizzi jiġu użati għall-iskopijiet ta' transazzjonijiet riferiti fl-Artikolu 17(3)(a) u (b) tad-Direttiva 77/388/KEE jew fid-disposizzjoni ta' servizzi riferiti fil-punt 1 (b) ta' l-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva.

2. L-Istati Membri jistgħu jagħtu r-rifondi li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 bil-kondizzjoni li terzi Stati jagħtu vantaġġi simili rigward taxxi fuq ċaqliq ta' flus.

3. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu l-ħatra ta' rappreżentant tat-taxxa.

Artikolu 3

1. Ir-rifondi riferiti fl-Artikolu 2(1) għandhom jiġu konċessi konsegwentement għall-applikazzjoni mill-persuna taxxabbli. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti sabiex jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet, inklużi l-limiti taż-żmien sabiex jagħmlu dan, il-perjodu li l-applikazzjonijiet għandhom ikopru, l-awtorità kompetenti sabiex tirċevihom u l-ammonti minimi li rigward tagħhom l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi. Għandhom ukoll jistabbilixxu l-arranġamenti għall-għotja ta' rifondi, inklużi l-limiti ta' żmien sabiex jagħmlu hekk. Għandhom jimponu fuq l-applikant dawk l-obbligi kif inhuma neċessarji biex jistabbilixxu jekk l-applikazzjoni hijiex ġustifikata u biex jipprevjenu l-frodi, b'mod partikolari l-obbligazzjoni li jingħataw il-provi li hu huwa imqabbad biex jagħti skond l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 77/388/KEE. L-applikant għandu jattesta, f'dikjarazzjoni bil-miktub illi, matul il-perjodu preskritt, hu ma wettaq l-ebda transazzjoni li ma taderixxix mal-kondizzjonijiet hekk kif mniżżlin fil-punt 1 ta' l-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva.

2. Ir-Rifondi ma' jistgħux jingħataw taħt kondizzjonijiet iktar favorevoli minn dawk li japplikaw għal persuni taxxabli fil-Komunità.

Artikolu 4

1. Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, l-eliġibbiltà għar-rifondi għandha tiġi stabbilita skond l-Artikolu 17 tad-Direttiva 77/388/KEE kif applikata fl-Istati Membri fejn ir-rifond jiġi mħallas.

2. L-Istati Membri jistgħu, madanakollu, jipprovdu għall-esklużjoni ta' ċertu nfiq, jew jissoġġettaw ir-rifondi għal kondizzjonijiet addizzjonali.

3. Din id-Direttiva mhix sejra tapplika għal provvisti ta' oġġetti illi huma jew illi jistgħu jkunu eżenti taħt punt 2 ta' l-Artikolu 15 tad-Direttiva 77/388/KEE.

Artikolu 5

1. L-Istati Membri għandhom iwettqu l-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji b'konformità ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 1988. Din id-Direttiva għandha tapplika biss fir-rigward ta' applikazzjonijiet għal rifondi li jikkonċernaw it-taxxa fuq il-valur miżjud imposta fuq ix-xiri ta' oġġetti jew servizzi invojsjati jew fuq l-importazzjonijiet effetwati f'dak il-jum jew minn dak 'il quddiem.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġijiet nazzjonali li huma adottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-użu li jagħmlu mill-għażla li tingħata skond l-Artikolu 2(2). Il-Kummissjoni sejra tinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar dan.

Artikolu 6

Fi żmien tliet snin mid-data riferita fl-Artikolu 5, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta lill-Istati Membri, tissottometti rapport lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 2(2).

Artikolu 7

Mid-data ta' l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, u f'kull każ ieħor sad-data msemmija fl-Artikolu 5, l-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 17(4) tad-Direttiva 77/388/KEE u l-Artikolu 8 tad-Direttiva 79/1072/KEE għandha tieqaf milli seħħ f'kull Stat Membru.

Artikolu 8

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-17 ta' Novembru 1986.

Għall-Kunsill

Il-President

N. Lawson

[1] ĠU L 145, tat-13.6.1977, pġ. 1.

[2] ĠU C 223, tas-27.8.1982, pġ. 5 u ĠU C 196, tat-23.7.1983, pġ. 6.

[3] ĠU C 161, ta' l-20.6.1983, pġ. 111.

[4] ĠU C 176, ta' l-4.7.1983, pġ. 22.

[5] ĠU L 331, tas-27.12.1979, pġ. 11.

--------------------------------------------------

Top