Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31982L0806

    Id-Direttiva tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 1982 li temenda, għat tieni darba (il-benżina), id-Direttiva 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi

    ĠU L 339, 1.12.1982, p. 55–56 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1982/806/oj

    31982L0806



    Official Journal L 339 , 01/12/1982 P. 0055 - 0056
    Spanish special edition: Chapter 13 Volume 12 P. 0285
    Portuguese special edition Chapter 13 Volume 12 P. 0285
    Finnish special edition: Chapter 13 Volume 12 P. 0139
    Swedish special edition: Chapter 13 Volume 12 P. 0139


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    tat-22 ta’ Novembru 1982

    li temenda, għat tieni darba (il-benżina), id-Direttiva 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi

    (82/806/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1];

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2];

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi l-benżina hija rikonoxxuta bħala mill-iktar tossika u kapaċi li taffettwa s-sistema ċentrali nervuża u dik ermatopojetika u li tikkaġuna l-kanċer u b’mod partikolari il-lewċemja;

    Billi l-benżina hija wżata fost ħwejjeġ oħra bħala kostitwent fil-fabbrikazzjoni ta’ ċerti ġugarelli, li jagħmluha possibbli għat-tfal illi jassorbu l-benżina man-nifs, bl-inġestjoni jew mill-ġilda, u b’hekk tesponihom għar-riskji msemmija hawn fuq;

    Billi l-iffissar ta’ limitu massimu tal-konċentrazzjoni tal-benżina fl-istat ħieles jgħin sabiex dawn ir-riskji jiġu esklużi;

    Billi f’ċerti Stati Membri l-benżina hija rregolata b’regoli; billi dawn ir-regoli ma jaqblux ma’ xulxin dwar il-kondizzjonijiet tal-marketing u l-użu tagħha; billi dawn id-differenzi jikkostitwixxu xkiel għall-kummerċ u jaffettwaw direttament l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq komuni;

    Billi, sabiex jitneħħew dawn id-differenzi, l-Anness mad-Direttiva 76/769/KEE [4], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 79/663/KEE [5], għandu jiġi ssupplimentat;

    Billi l-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv dwar it-Tossiċità u l-Eko-Tossiċità tal-Komposti Kimiċi ta opinjoni dwar dan il-punt,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    L-Artikolu 1

    L-iskrizzjoni li ġejja hija hawnhekk miżjuda ma’ l-Anness mad-Direttiva 76/769/KEE:

    "5.Il-BenżinaNru tas-SAK (in-Numru tas- Servizz ta’ l-Astratt tal-Kimika) 71-43-2 | Mhix permessa fil-ġugarelli jew il-partijiet tal-ġugarelli fis-suq fejn il-konċentrazzjoni tal-benżina fl-istat ħieles taqbeż il-5 mg/kg tal-piż tal-ġugarell jew ta’ parti mill-ġugarell." |

    L-Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien 12-il xahar min-notifika tagħha. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

    L-Artikolu 3

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-22 ta’ Novembru 1982.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    U. Ellemann-Jensen

    [1] ĠU C 285, ta’ l-4.11.1981, p.2.

    [2] ĠU C 346, tal-31.12.1980, p. 95.

    [3] ĠU C 353, tal-31.12.1980, p. 31.

    [4] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 201.

    [5] ĠU L 197, tat-3.8.1979, p. 37.

    --------------------------------------------------

    Top