This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31982L0331
Commission Directive 82/331/EEC of 6 May 1982 amending Council Directive 68/193/EEC on the marketing of material for the vegetative propagation of the vine
Id-Direttiva Tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Mejju 1982 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 68/193/KEE dwar il-marketing tal-materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dwieli
Id-Direttiva Tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Mejju 1982 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 68/193/KEE dwar il-marketing tal-materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dwieli
ĠU L 148, 27.5.1982, p. 47–47
(DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 31968L0193 | Emenda | anness 3 | 11/05/1982 |
Official Journal L 148 , 27/05/1982 P. 0047 - 0047
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 15 P. 0012
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 25 P. 0136
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 15 P. 0012
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 25 P. 0136
Id-Direttiva tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Mejju 1982 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 68/193/KEE dwar il-marketing tal-materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dwieli (82/331/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 68/193/KEE tad-9 ta’ April 1968 dwar it-tqegħid fis-suq tal-materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dwieli [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 78/692/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 17a tagħha, Billi d-Direttiva msemmija hawn fuq tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li jirrigwardaw il-pakkeġġjar tal-materjal tal-propagazzjoni; Billi d-dehra fis-suq tat-tipi l-ġodda tal-pakkeġġjar tippermetti r-rilassament tal-kondizzjonijiet imsemmija filwaqt li fl-istess ħin iżżomm il-garanziji meħtieġa ta’ l-identità; Billi l-kondizzjonijiet fil-kwistjoni għandhom għalhekk ikunu adattati għas-sitwazzjoni l-ġdida; Billi l-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti taż-Żrieragħ u l-Materjal tal-Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Forestrija, ADOTTAT DIN ID- DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Id-Direttiva 68/193/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej: 1. Fil-punt 1 tat-tabella fl-Anness iii, għandu jiġi miżjud il-kliem li ġej:"jew, fejn jintużaw il-boroż tal-plastik tal-pakkeġġi ekwivalenti, 50 jew 100, filwaqt li jkun mifhum illi d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 10(1a) ma japplikawx għalihom". 2. Fil-punt 2 tat-tabella fl-Anness III, għandu jiġi mdaħħal il-kliem li ġej:"jew, fejn jintużaw il-boroż tal-plastik tal-pakkeġġi ekwivalenti, 100, filwaqt li jkun mifhum illi d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 10(1a) ma japplikawx għalihom". L-Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Lulju 1982. Għandhom jgħarrfu lill-Kummisjoni b’dan minnufih. L-Artikolu 3 Din id- Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-6 ta’ Mejju 1982. Għall-Kummissjoni Poul Dalsager Membru tal- Kummissjoni [1] ĠU L 93, tas-17.4.1968, p. 15. [2] ĠU L 236, tas-26.8.1978, p. 13. --------------------------------------------------