Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31982D0495

    Id-Deċiżjoni Tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 1982 fuq il-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja fuq il-produzzjoni, il-marketing u l-kummerċ tal-manjoka

    ĠU L 219, 28.7.1982, p. 52–52 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1982/495/oj

    Related international agreement

    31982D0495



    Official Journal L 219 , 28/07/1982 P. 0052 - 0052
    Finnish special edition: Chapter 11 Volume 10 P. 0123
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 26 P. 0006
    Swedish special edition: Chapter 11 Volume 10 P. 0123
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 26 P. 0006


    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tad-19 ta' Lulju 1982

    fuq il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja fuq il-produzzjoni, il-marketing u l-kummerċ tal-manjoka

    (82/495/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li stabbilixxa l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 113 tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,

    Billi l-konklużjoni ta' Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja dwar il-produzzjoni, il-marketing u l-kummerċ tal-manjoka huwa fl-interess kemm ta' parti kif ukoll ta' l-oħra,

    IDDEĊIDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja dwar il-produzzjoni, il-marketing u l-kummerċ tal-manjoka huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità.

    It-test tal-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna li jkollha s-setgħa li tiffirma l-Ftehim li bih jorbot il-Komunità.

    Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Lulju 1982.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    K. OLESEN

    Proofread by Stephen Zammit

    Top