This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31981R1292
Commission Regulation (EEC) No 1292/81 of 12 May 1981 laying down quality standards for leeks, aubergines and courgettes
Ir-regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 1292/81 tat-12 ta' Mejju 1981 li jippreskrivi l-istandards tal-kwalità għall-kurrat, il-brunġiel u l-qargħa bagħli żġħir
Ir-regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 1292/81 tat-12 ta' Mejju 1981 li jippreskrivi l-istandards tal-kwalità għall-kurrat, il-brunġiel u l-qargħa bagħli żġħir
ĠU L 129, 15.5.1981, p. 38–47
(DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2009; Impliċitament imħassar minn 32008R1221
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 31981R1292R(01) | ||||
Corrected by | 31981R1292R(02) | ||||
Corrected by | 31981R1292R(03) | (LT) | |||
Derogated in | 31983R2062 | Deroga | anness 1 | 31/07/1984 | |
Derogated in | 31984R0911 | Deroga | anness 1 | 31/07/1985 | |
Derogated in | 31984R3397 | Deroga | anness 1 | 03/08/1986 | |
Modified by | 31987R1939 | Deroga | anness 1 1/7/87-31/8/88 | ||
Derogated in | 31988R1999 | Deroga | anness 1 1/9/88-31/8/89 | ||
Modified by | 31989R1076 | Emenda | artikolu 1 | 01/08/1989 | |
Modified by | 31989R1076 | abolizzjoni | anness 1 | 01/08/1989 | |
Modified by | 31989R1076 | Emenda | artikolu 2.2 | 01/08/1989 | |
Modified by | 31997R0888 | Emenda | anness 1 | 01/07/1997 | |
Modified by | 31997R0888 | Emenda | anness 2 | 01/07/1997 | |
Modified by | 32001R1135 | Emenda | anness 3 | 29/06/2001 | |
Modified by | 32001R1135 | Emenda | anness 2 | 29/06/2001 | |
Modified by | 32003R0046 | Tlestija | anness | 31/01/2003 | |
Modified by | 32003R1757 | abolizzjoni | anness 3 | 01/12/2003 | |
Modified by | 32003R1757 | Sostituzzjoni | TITRE | 01/12/2003 | |
Modified by | 32003R1757 | Emenda | artikolu 1 | 01/12/2003 | |
Modified by | 32003R1757 | Sostituzzjoni | TITRE anness 2 | 01/12/2003 | |
Modified by | 32004R0907 | Tlestija | anness | 20/05/2004 | |
Repealed by | 32008R1221 | 01/07/2009 |
Official Journal L 129 , 15/05/1981 P. 0038 - 0047
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 13 P. 0067
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 21 P. 0199
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 13 P. 0067
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 21 P. 0199
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1292/81 tat-12 ta' Mejju 1981 li jippreskrivi l-istandards tal-kwalità għall-kurrat, il-brunġiel u l-qargħa bagħli żġħir IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1035/72 tat-18 ta' Mejju 1972 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u ħxejjex [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1116/81 [2], u b'mod partikolari Artikolu 2(2) tiegħu, Billi r-Regolament (KEE) Nru 1208/79 [3] u r-Regolament (KEE) Nru 1315/80 [4] żied il-kurrat, il-brunġiel u l-qargħa bagħli żgħir rispettivament ma’ Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72 li jelenka l-prodotti għall-kunsinna friska lill-konsumatur li huma koperti minn standards ta' kwalità; Billi huwa għalhekk meħtieġ li jiġu preskritti dawn l-istandards ta' kwalità għal dawn il-prodotti; Billi l-istandards għandhom japplikaw fl-istadji kollha ta' marketing; billi t-trasport fuq distanza twila, il-ħażna għal ċertu tul ta' żmien jew id-diversi operazzjonijiet ta' tbagħbis bl-idejn li għalihom ikunu suġġetti l-prodotti jistgħu jġibu d-deterjorazzjoni minħabba l-iżvilupp bijoloġiku tal-prodotti jew it-tendenza tagħhom li jmorru; billi, għalhekk, trid titqies din id-deterjorazzjoni meta jiġu applikati l-istandards fl-istadji tal-marketing wara d-dispaċċ; Billi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Frott u l-Ħxejjex, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. L-istandards ta' kwalità għall-kurrat (subintestatura ex 07.01 IJ tat-Tariffa Doganali Komuni) u l-brunġiel u l-qargħa bagħli żgħir (subintestaturi ex 07.01 T tat-Tariffa Doganali Komuni huma rispettivament preskritti f'Annessi I, II u III ta' dan ir-Regolament. 2. Dawk l-istandards għandhom japplikaw fl-istadji kollha tal-marketing, taħt il-kondizzjonijiet preskritti fir-Regolament (KEE) Nru 1035/72. Madankollu, fl-istadji ta' wara d-dispaċċ, il-prodott jista’ juri, relattivament għall-istandards preskritti, - freskezza mnaqqsa u nefħa, u/jew - daqsxejn deterjorazzjoni minħabba l-iżvilupp tagħhom u t-tendenza tagħhom li jidbielu. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara li jiġi ppubblikat fl-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu japplika b'effett minn: - l-1 ta' Awissu 1981 għall-kurrat, - l-1 ta' Lulju 1981 għall-brunġiel u l-qargħa bagħli żgħir. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-12 ta' Mejju 1981. Għall-Kummissjoni Poul Dalsager Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 118, ta' l-20.5.1972, p. 1. [2] ĠU L 118, tat-30.4.1981, p. 1. [3] ĠU L 153, tal-21.6.1979, p. 1. [4] ĠU L 134, tal-31.5.1980, p. 20. -------------------------------------------------- ANNESS I STANDARDS TA' KWALITÀ GĦALL-KURRAT I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTTI Dan l-istandard japplika għall-kurrat tal-varjetajiet (cultivars) imkabbrin mill-Allium porrum L., li għandhom jingħataw friski lill-konsumatur, għajr il-kurrat għall-ipproċessar industrijali. II. DISPOSIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ L-għan ta' l-istandard huwa li jfisser il-ħtiġijet tal-kwalità tal-kurrat wara l-preparazzjoni u l-ippakkjar. A. Ħtiġijet minimi Fil-klassijiet kollha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi li huma permessi, il-kurrat għandu jkun: - sħiħ (din il-ħtieġa ma tapplikax, madankollu, għall-għeruq u truf tal-weraq, li jistgħu jinqatgħu), - frisk fid-dehra, bil-weraq li jkunu dbielu jew nixfu imneħħijin, - ma wasalx għaż-żerriegħa (bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali għall-Klassi III), - b'saħħtu: il-prodott milqut minn taħsir jew deterjorament li jagħmlu mhux tajjeb għall-ikel huwa eskluż, - nadif, prattikament ħieles minn materja barranija li tidher; madankollu, l-għeruq jista' jkollhom il-ħamrija mwaħħla magħhom, - ħieles minn umdità esterna mhux normali, i.e., adegwatament "imnixxef" jekk kien maħsul, - ħieles minn irwejjaħ barranin u/jew togħma. Meta bil-weraq, dawn iridu jinqatgħu pulit. L-iżvilupp u l-kondizzjoni tal-kurrat għandu jkun hekk li jkun jista: - jiflaħ għat-trasport u t-tbagħbis bl-idejn, u - jasal f'kondizzjoni tajba fil-post destinatarju. B. Klassifika Il-kurrat huwa klassifikat fi tliet klassijiet kif definit hawn taħt: (i) Klassi I Il-kurrat f'din il-klassi għandu jkun ta' kwalità tajba. Madankollu, jista' jkollu difetti superfiċjali żgħar, basta li dawn ma jtellfux mid-dehra ġenerali, mill-kwalità, mil-kwalitajiet li jżomuh tajjeb jew mid-dehra tal-prodott. Il-parti l-bajda tal-kurrat għandha mill-inqas tirrappreżenta terz tat-tul kollu jew nofs il-parti mgħottija. (ii) Klassi II Din il-klassi hi magħmula minn kurrat li ma jikkwalifikax għal inklużjoni fil-Klassi I imma li jissodisfa l-ħtiġijet minimi speċifikati hawn fuq. Il-parti l-bajda tal-kurrat għandha mill-inqas tirrappreżenta kwart tat-tul kollu jew terz tal-parti mgħottija. (iii) Klassi III [1] Din il-klassi tiġbor fiha l-kurrat li ma jikkwalifikax għal inklużjoni fi klassijiet iktar għolja imma li jissodisfa l-ħtiġijet għall-Klassi II. Madankollu, jista' juri: - zokk bil-fjur, jekk dan ma jnaqqasx mill-edibilità tal-prodott, - difetti ta' kuluri u tbenġil żgħir, - traċċi ta' sadid, - traċċi żgħar ta' ħamrija. III. DISPOSIZZJONIJIET DWAR DAQS (i) Id-daqs għandu jkun stabbilit bid-dijametru mkejjel b'angoli retti ma' l-assi ta' fuq in-nefħa ta' l-għonq. L-inqas dijametru huwa dak fiss ta' 10 mm. (ii) Għall-Klassi I, id-dijametru ta' l-ikbar kurrat fl-istess qatta jew pakkett ma għandux ikun iżjed minn darbtejn tad-dijametru ta' l-iżgħar waħda. IV. DISPOSIZZJONIJIET DWAR TOLLERANZI It-tolleranzi li ġejjin dwar kwalità u daqs huma permessi għal prodotti li ma jissodisfawx il-ħtiġijiet tal-klassi indikata f'kull pakkett. A. Tolleranzi ta' kwalità (i) Klassi I 10 % fin-numru jew bil-piż tal-kurrat li ma jissodisfax il-ħtiġijet għall-klassi, imma li jissodisfa dawk ta' Klassi II jew, bħala eċċezzjoni, li jaqa' fil-limitu tat-tolleranzi għal dik il-klassi. (ii) Klassi II 10 % fin-numru jew bil-piż tal-kurrat li ma jissodisfax il-ħtiġijiet la tal-klassi lanqas dawk minimi, bl-eċċezzjoni ta' prodotti milqutin minn tħassir, tbenġil ċar jew xi deterjorazzjoni li jagħmluh mhux tajjeb għall-ikel. (iii) Klassi III 15 % fin-numru jew bil-piż tal-kurrat li ma jissodisfax la l-ħtiġijiet tal-klassi u lanqas il-ħtiġijiet minimi, bl-eċċezzjoni ta' prodotti milqutin minn tħassir, tbenġil ċar jew xi deterjorazzjoni oħra li jagħmluh mhux tajjeb għall-ikel. B. Tolleranzi ta' daqs Għall-klassijiet kollha, 10 % fin-numru jew bil-piż tal-kurrat li ma jkunx konformi mal-ħtieġa ta' dijametru minimu jew, fil-każ ta' kurrat tal-Klassi I, il-ħtieġa ta' uniformità. V. DISPOSIZZJONIJIET DWAR PREŻENTAZZJONI A. Uniformità Il-kontenut ta' kull pakkett, jew kull qatta fl-istess pakkett, għandu jkun uniformi u jkun fih kurrat biss ta' l-istess oriġini, kwalità jew daqs (meta, għal dan il-kriterju, l-uniformità hija preskritta), u fil-biċċa l-kbira ta' l-istess żvilupp u kulur. Fil-każ tal-Klassi III, huwa biżżejjed illi l-oriġini tkun uniformi. Il-parti li tidher tal-kontenut ta' kull pakkett jew qatta għandha tirrappreżenta l-kontenut kollu kemm hu. B. Preżentazzjoni Il-kurrat jista' jiġi ppreżentat kif ġej: - f'arranġament b'ordni fil-pakkett, - jew f'qatet, kemm f'pakkett u kemm le.. Ċ. Ippakkjar Il-kurrat għandu jkun ippakkjat b' mod li jipproteġi l-prodott kif jixraq. Il-materjali wżati ġol-pakkett għandhom ikunu ġodda, indaf u ta' kwalità li ma jikkawżawx xi ħsara minn barra jew minn ġewwa lill-prodott. L-użu ta' materjal, u b'mod partikolari ta' karti jew bolol li jkollhom speċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess basta li l-stampar u t-tikkettjar ikun sar b'linka jew kolla mhux tossika. Il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kull materja barranija. VI. DISPOSIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR Kull pakkett, jew kull qatta kunsinnata b'volum, għandu jkollhom id-dettalji li ġejjin li jistgħu jinqraw u mmarkati b'mod li ma jitħassarx u jidhru minn barra. A. Identifikazzjonidak li jagħmel l-ippakkeġġar u/jew | isem u indirizz jew marka ta' kodiċi uffiċjalment maħruġa | jew aċċettata | il-kunsinnatur | B. Natura tal-prodotti - "Kurrat", jekk il-kontenut ma jkunx jidher minn barra. Ċ. Oriġini tal-prodott - pajjiż ta' l-oriġini u, jekk wieħed irid, id-distrett fejn tkabbar jew l-isem nazzjonali, reġjonali jew tal-post lokali. D. Speċifikazzjonijiet kummerċjali - klassi, - numru ta' qatet (għal kurrat ippakkjat f'qatet u fil-kaxxi). E. Marka ta' kontroll uffiċjali (mhux obbligatorja) Meta l-kurrat ikun ippakkjat, dawn id-dettalji għandhom jinġabru fl-istess naħa. [1] Klassi addizzjonali kif previst f'Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72. L-applikazzjoni ta' din il-klassi ta' kwalitàjew ta' ftit mill-ħtiġijet tagħha għandha tkun bla ħsara għal xi deċiżjoni li tittieħed taħt Artikolu 4(1) ta' l-istess Regolament. -------------------------------------------------- ANNESS II STANDARDS TA' KWALITÀ GĦALL-BRUNĠIEL I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTTI Dan l-istandard japplika għal brunġiel, frott tal-varjetajiet (cultivars) imkabbrin mis-Solanum melongena L. var. esculentum, insanum u ovigerum, li għandhom jingħataw friski lill-konsumatur, għajr brunġiel għall-ipproċessar industrijali. Skond il-forma tagħhom, issir distinzjoni bejn: - brunġiel tawwali, - brunġiel globus. II. DISPOSIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ L-għan ta' l-istandard huwa li jfisser il-ħtiġijet fil-kwalità tal-brunġiel wara l-preparazzjoni u l-ippakkjar. A. Ħtiġijet minimi Fil-klassijiet kollha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi li huma permessi, il-brunġiel għandu jkun: - sħiħ, - frisk fid-deħra, - sod, - b'saħħtu; il-prodott milqut minn taħsir jew deterjorament li ma jkunx tajjeb għall-konsum huwa eskluż, - nadif, ħieles prattikament minn kull materja barranija li tidher, - għadu bil-buttun u l-pedunkulu li jista' kollhom xi ħsara ħafifa, - misjur biżżejjed, mingħajr ma jkollu laħmu fibruż jew iebes u mingħajr żvilupp żejjed taż-żrieragħ (bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali tal-Klassi III), - ħieles minn umdità minn barra li mhix normali, - ħieles minn xi riħa barranija u/jew togħma. L-iżvilupp u l-kondizzjoni tal-brunġiel għandu jkun hekk li jagħmlu: - jiflaħ għat-trasport u t-tbagħbis bl-idejn, u - jasal f'kondizzjoni tajba fil-post destinatarju. B. Klassifikazzjoni Il-brunġiel hu klassifikat fi tliet klassijiet kif definit hawn taħt: (i) Klassi I Brunġiel f'din il-klassi għandu jkun ta' kwalità tajba u għandu jkollu l-karatteristiċi tal-varjetà. Għandu jkun ukoll prattikament ħieles minn ħruq tax-xemx. Jista, madankollu, juri d-difetti superfiċjali żgħar li ġejjin, basta li dawn ma jgħarrqux id-dehra ġenerali, il-kwalità, il-ħarsien jew il-preżentazzjoni tal-prodott: - difett żgħir fil-forma, - tibdil żgħir fil-lewn fil-bażi, - tbenġil żgħir u/jew xquq żgħar li għalqu basta li ma jkoprux iżjed minn 3 ċm2. (ii) Klassi II Din il-klassi hi magħmula minn brunġiel li ma jikkwalifikax għal inklużjoni fil-Klassi I iżda li jissodisfa l-ħtiġijiet minimi speċifikati hawn fuq. Sakemm iżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu ta' kwalità u preżentazzjoni, jista' juri d-difetti li ġejjin: - difetti fil-forma, - difetti fil-lewn, - ftit tixwit tax-xemx basta li dan ma jkoprix iżjed minn 4 ċm2, - difetti ta' nixfa żgħira u superfiċjali basta li dawn ma jkoprux iżjed minn 4 ċm2. (iii) Klassi III [1] Din il-klassi hi magħmula minn brunġiel li ma jikkwalifikax għall- inklużjoni fl-għola klassijiet imma li jissodisfa l-ħtiġijiet tal-Klassi II. Madankollu, jista: - ikun ftit fibruż, - juri żvilupp konsiderevoli taż-żerriegħa, - juri tixwit tax-xemx basta li dan ma jkoprix iżjed minn 6 ċm2, - juri difetti żgħar u mfejqa ta' nixfa superfiċjali basta li dawn ma jkoprux iżjed minn 6 ċm2. III. DISPOSIZZJONIJIET DWAR DAQS Id-daqs tal-brunġiel huwa stabbilit: - jew bid-dijametru massimu tas-sezzjoni ekwatorjali fuq l-assi lonġitudinali, - jew bil-piż. A. Għad-daqs bid-dijametru id-dijametru minimu huwa ffissat għal 40 mm għal brunġiel tawwali u għal 70 mm għal brunġiel globus. Id-differenza bejn l-iżgħar u l-ikbar brunġiel fl-istess pakkett m'għandhiex teċċedi: - 20 mm għal brunġiel tawwali, - 25 mm għal brunġiel globus. B. Għad-daqs skond il-piż il-piż minimu huwa ffissat għal 100 gramma. L-iskala li ġejja għandha tkun imħarsa: - 100 sa 300 gramma b'differenza massima ta' 75 gramma bejn l-iżgħar u l-ikbar brunġiel fl-istess pakkett, - 300 sa 500 gramma b'differenza massima ta' 100 gramma bejn l-iżgħar u l-ikbar brunġiel fl-istess pakkett, - il fuq minn 500 gramma b'differenza massima ta' 250 gramma bejn l-iżgħar u l-ikbar brunġiel fl-istess pakkett. Konformità ma' l-iskala tad-daqsijiet hija obbligatorja għall-Klassi I. Barra minn dan, il-brunġiel tawwali għandu jkollu tul minimu, eskluż il-pedunkulu, ta' 80 mm. IV. DISPOSIZZJONIJIET DWAR TOLLERANZI Tolleranzi dwar kwalità u daqs huma permessi f'kull pakkett għall-prodotti li ma jissodisfawx il-ħtiġijiet tal-klassi indikata. A. Kwalità ta' tolleranzi (i) Klassi I 10 % fin-numru jew bil-piż ta' brunġiel li ma jissodisfax il-ħtiġijiet tal-klassi, imma li jissodisfa dawk għall-Klassi II jew, eċċezzjonalment, li jaqa' fil-limiti ta' tolleranzi għal dik il-klassi. (ii) Klassi II 10 % fin-numru jew bil-piż ta' brunġiel li ma jissodisfax il-ħtiġijiet tal-klassi u lanqas dawk minimi, bl-eċċezzjoni ta' prodotti milqutin minn tħassir, tbenġil li jidher,xquq li ma għalqux jew xi deterjorazzjoni oħra li tagħmlu mhux tajjeb għall-ikel. (iii) Klassi III 15 % fin-numru jew bil-piż ta' brunġiel li ma jissodisfax il-ħtiġijiet tal-klassi u lanqas dawk minimi, bl-eċċezzjoni ta' prodotti milqutin minn tħassir, tbenġil li jidher, xquq li ma għalqux jew xi deterjorazzjoni oħra li tagħmlu mhux tajjeb għall-ikel. B. Tolleranzi fid-daqs (i) Klassi I 10 % fin-numru jew bil-piż ta' brunġiel li jikkonforma mad-daqs immedjatament' l isfel jew' il fuq minn dak speċifikat fuq il-pakkett. (ii) Klassijiet II u III 10 % fin-numru jew bil-piż ta' brunġiel li ma jikkonformax mad-daqs minimu. F'kull każ, it-tolleranza mhijiex applikabbli għal brunġiel b'dijametru ta' iżjed minn 5 mm taħt id-dijametru minimu jew, fil-każ ta' piż fid-daqs, għal brunġiel li jiżen inqas minn 90 gramma. V. DISPOSIZZJONIJIET DWAR PREŻENTAZZJONI A. Uniformità Il-kontenut ta' kull pakkett għandu jkun uniformi u jkollu biss brunġiel ta' l-istess oriġini, tip kummerċjali, kwalità u daqs (fejn id-daqs huwa obbligatorju) u fil-biċċa l-kbira l-istess grad ta' żvilupp u lewn. Fil-każ tal-Klassi III, huwa biżżejjed illi l-oriġini u t-tip kummerċjali jkunu uniformi. Il-brunġiel tawwali ppakkjat fl-istess pakkett għandu jkun uniformi biżżejjed għal dak li hu tul. Il-parti li tidher tal-kontenut ta' kull pakkett għandha tirrappreżenta lil kontenut kollu kemm hu. B. Ippakkjar Il-brunġiel għandu jkun ippakkjat b'mod li jiżgura l-ħarsien tal-prodott. Il-materjali wżati ġol-pakkett għandhom ikunu ġodda, nodfa u ta' kwalità li ma tikkawżax xi ħsara lill-prodott minn barra jew minn ġewwa. L-użu ta' materjali, u b'mod partikolari ta' karti jew bolol, li jkollhom speċifikazzjonijiet kummerċjali huma permessi, basta li l-istampar u t-tikkettjar ikun sar b'inka jew kolla mhux tossika. Il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kull materjal barrani. VI. DISPOSIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR Kull pakkett għandu juri d-dettalji li ġejjin, b'ittri miġburin fuq l-istess naħa, li jistgħu jinqraw u mmarkati b'mod permanenti u li jidhru minn barra: A. Identifikazzjoni dak li jagħmel l-ippakkeġġar | isem u indirizz jew marka ta' kodiċi uffiċjalment maħruġa jew aċċettata | u/jew | il-kunsinnatur | B. Natura tal-prodott - "brunġiel", jekk il-kontenut ma jkunx jidher minn barra. - isem tal-varjetà (mhux obbligatorju). Ċ. Oriġini tal-prodott - pajjiż ta' l-oriġini u, jekk wieħed irid, id-distrett fejn tkabbru jew l-isem nazzjonali, reġjonali jew tal-post lokali. D. Speċifikazzjonijiet kummerċjali - klassi, - daqs (meta applikabbli) imfisser: - jew b'dijametri massimi u minimi, meta d-daqs ikun skond id-dijametru, - jew bil-piżijiet massimi u minimi, meta d-daqs ikun skond il-piż. E. Marka uffiċjali ta' kontroll (mhux obbligatorja) [1] Klassi addizzjonali kif previst f'Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72. L-applikazzjoni ta' din il-klassi ta' kwalità jew ftit mill-ħtiġijiet tagħha għandha tkun bla ħsara għal deċiżjoni li trid tittieħed taħt Artikolu 4(1) ta' l-istess Regolament. -------------------------------------------------- ANNESS III STANDARDS TA' KWALITÀ GĦAL QARGĦA BAGĦLI ŻGĦIR I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT Dan l-istandard japplika għal qargħa bagħli, miġbur meta jkun żgħir u teneru, qabel iż-żrieragħ tiegħu ikunu ssudaw, tal-varjetajiet (cultivars) imkabbrin mill-Cucurbita pepo L. [1], li għandhom jingħataw friski lill-konsumatur, għajr qargħa bagħli żgħir għall-ipproċessar industrijali. II. DISPOSIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITA` L-għan ta' dan l-istandard huwa li jfisser il-ħtiġijiet ta' kwalità għal qargħa bagħli żgħir wara l-preparazzjoni u l-ippakkjar. A. Ħtiġijiet minimi: Fil-klassijiet kollha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi li huma permessi, il-qargħa bagħli żgħir għandu jkun: - sħiħ, inkluż iz-zokk li jista’ jkollu ftit tal-ħsara, - ta' dehra friska, - sod, - b'saħħtu; prodotti milqutin minn taħsir jew deterjorament li jirrenduhom mhux tajbin għall-ikel huma esklużi - mingħajr ħsara kawżata minn insetti jew parassiti oħrajn, - bla toqob, - bla xquq, - nadif, prattikament ħieles minn kull materjal barrani li jidher, - misjur biżżejjed mingħajr żvilupp żejjed taż-żrieragħ (bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali għall-Klassi III), - ħieles minn umdità minn barra li mhix normali, - ħieles minn xi riħa barranija u/jew togħma. L-iżvilupp u l-kondizzjoni tal-qargħa bagħli żgħir għandu jkun hekk li jkun jista: - jiflaħ għat-trasport u tbagħbis bl-idejn, u - jasal f'kondizzjoni tajba fil-post destinatarju. B. Klassifikazzjoni Il-qargħa bagħli żgħir huwa klassifikat fi tliet klassijiet kif definit hawn taħt: (i) Klassi I Il-qargħa bagħli żgħir f’din il-klassi għandu jkun ta' kwalità tajba u għandu jkollu l-karatteristiċi tal-varjetà. Jista’, madankollu, juri d-difetti li ġejjin basta li dawn ma jtellfux mid-dehra ġenerali, il-kwalità, il-ħarsien u l-preżentazzjoni tal-prodott: - difetti żgħar fil-forma, - difetti żgħar fil-lewn, - xquq żgħar li għalqu fil-qoxra. Il-qargħa bagħli żgħir għandu jkollu zokk ta' tul massimu ta' 3 ċm. (ii) Klassi II Din il-klassi hi magħmula minn qargħa bagħli żgħir li ma jikkwalifikax għal inklużjoni fil-Klassi I imma li jissodisfa l-ħtiġijiet minimi speċifikati hawn fuq. Kemm il-darba jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu ta' kwalità u preżentazzjoni, jista’ juri d-difetti li ġejjin: - difetti fil-forma, - difetti fil-lewn, - ftit tixwit tax-xemx, - xquq li għalqu fil-qoxra, kemm il-darba dawn ma jtellfux il-konservazzjoni. (iii) Klassi III [2] Din il-klassi hi magħmula minn qargħa bagħli żgħir li ma jikkwalifikax għal inklużjoni fl-għola klassijiet imma li jissodisfa il-ħtiġijiet tal-Klassi II. Madankollu, jista’ juri: - żvilupp taż-żrieragħ, - traċċi żgħar ta' ħamrija. III. DISPOSIZZJONIJIET DWAR DAQS Id-daqs tal-qargħa bagħli żgħir huwa stabbilit: - jew skond it-tul, - jew skond il-piż. (a) Għall-kejl skond it-tul, dan isir bejn fejn jiltaqgħu iz-zokk u t-tarf tal-frotta, skond l-iskala li ġejja: - 7 ċm sa 14 ċm inklużivi, - 14 ċm (esklużivi) sa 21 ċm (inklużivi), - 21 cm (esklużivi) sa 30 ċm. (b) Għal kejl skond il-piż, għandha tkun osservata l-iskala li ġejja: - 50 g sa 100 g (inklużivi), - 100 g (esklużivi) sa 225 g (inklużivi), - 225 g (esklużivi) sa 450 g. Konformità ma’ l-iskala tad-daqs mhijiex obbligatorja għall-Klassi III. IV. DISPOSIZZJONIJIET DWAR TOLLERANZI Tolleranzi dwar kwalità u daqs huma permessi f'kull pakkett għal prodotti li ma jissodisfawx il-ħtiġijiet tal-klassi indikata. A. Tolleranzi ta' kwalità (i) Klassi I 10 % fin-numru jew bil-piż ta' qargħa bagħli żgħir li ma jissodisfax il-ħtiġijiet tal-klassi, iżda li jissodisfa il-ħtiġiet tal-Klassi II, jew, eċċezzjonalment, li jaqa’ fil-limiti ta' tolleranza għal dik il-klassi. (ii) Klassi II 10 % fin-numru jew bil-piż ta' qargħa bagħli żgħir li ma jissodisfax il-ħtiġijiet tal-klassi u lanqas dawk minimi, bl-eċċezzjoni ta' prodotti milqutin minn taħsir, tbenġil li jidher, xquq li ma’ għalqux jew xi deterjorazzjoni oħra li tagħmlu mhux tajjeb għall-ikel. (iii) Klassi III 15 % fin-numru tal-piż ta' qargħa bagħli żgħir li ma jissodisfax il-ħtiġijiet tal-klassi u lanqas dawk minimi, bl-eċċezzjoni ta' prodotti milqutin minn taħsir, tbenġil li jidher, xquq li ma għalqux jew xi deterjorazzjoni oħra li tagħmlu mhux tajjeb għall-ikel. B. Tolleranzi fid-daqs (i) Klassijiet I u II 10 % fin-numru jew bil-piż ta' qargħa bagħli żgħir li jikkonforma mad-daqs immedjatament taħt jew fuq dak speċifikat fuq il-pakkett. Madankollu, din it-tolleranza hija applikabbli biss għal prodotti li jkun differenti b'mhux iżjed minn 10 % tal-limiti ta' daqs jew piż speċifikati. (ii) Klassi III 10 % fin-numru jew bil-piż ta' qargħa bagħli żgħir li jkun differenti b'mhux iżjed minn 10 % tal-limiti ta' daqs jew piż speċifikati. V. DISPOSIZZJONIJIET DWAR PREŻENTAZZJONI A. Uniformità Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkollu biss qargħa bagħli żgħir ta' l-istess oriġini, kwalità u daqs (fejn id-daqs huwa obbligatorju) u fil-biċċa l-kbira ta' l-istess grad ta' żvilupp u lewn. Fil-każ tal-Klassi III, huwa biżżejjed illi l-oriġini tkun uniformi. Il-parti li tidher tal-kontenut ta' kull pakkett għandha tirrappreżenta l-kontenut kollu kemm hu. B. Ippakjar Il-qargħa bagħli żgħir għandu jkun ippakkjat b'mod li jħares il-prodott sew. Il-materjali wżati ġol-pakkett għandhom ikunu ġodda, nodfa u ta' kwalità li ma tikkawżax xi ħsara lill-prodott minn barra jew minn ġewwa. L-użu ta' materjali u b'mod partikolari ta' karti jew bolol li jkollhom speċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess basta li l-istampar u t-tikkettjar ikunu saru b'inka jew kolla mhux tossika. Il-pakkett għandu jkun ħieles minn kull materjal barrani. VI. DISPOSIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR Kull pakkett għandu juri d-dettalji li ġejjin, b'ittri miġburin fuq l-istess naħa, li jistgħu jinqraw u li jkunu mmarkati b'mod permanenti u li jidher minn barra: A. Identifikazzjoni dak li jagħmel l-ippakkeġġar | isem u indirizz jew marka ta' kodiċi uffiċjalment maħruġa jew aċċettata | u/jew | il-kunsinnatur | B. Natura tal-prodott - "qargħa bagħli żgħir" jekk il-kontenut ma jkunx jidher minn barra. Ċ Oriġini tal-prodott Il-pajjiż ta' l-oriġini u, jekk wieħed irid, id-distrett fejn tkabbru, jew l-isem nazzjonali, reġjonali jew tal-post lokali. D. Speċifikazzjonijiet kummerċjali - klassi, - daqs (fejn applikabbli) imfisser: - jew b'kejl massimu u minimu, meta d-daqs ikun skond it-tul - jew b'piżijiet massimi u minimi, meta d-daqs ikun skond il-piż. E. Marka uffiċjali ta' kontroll (mhux obbligatorja). [1] Il-qargħa bagħli żgħir bi żrieragħ żviluppati sew, li jissejħu "qargħa bagħli" fir-Renju Unit u l-Irlanda, mhuwiex kopert b'din l-istandard. [2] Klassi addizzjonali kif previst f'Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72. L-applikazzjoni ta' din il-klassi ta' kwalità jew ta' ftit mill-ħtiġijiet tagħha għandha tkun bla ħsara għad-deċiżjoni li trid tittieħed skond Artikolu 4(1) ta' l-istess Regolament. --------------------------------------------------