This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31981L0476
Council Directive 81/476/EEC of 24 June 1981 amending Directives 64/432/EEC, 64/433/EEC, 71/118/EEC, 72/461/EEC, 72/462/EEC, 77/96/EEC, 77/99/EEC, 77/391/EEC, 80/215/EEC, 80/217/EEC and 80/1095/EEC as regards the procedures of the Standing Veterinary Committee
Id-Direttiva Tal-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 1981 li temenda d-Direttivi 64/432/KEE, 64/433/KEE, 71/118/KEE, 72/461/KEE, 72/462/KEE, 77/96/KEE, 77/99/KEE, 77/391/KEE, 80/215/KEE, 80/217/KEE u 80/1095/KEE li għandhom x'jaqsmu mal-proċeduri tal-Kumitat Veterinarju Permanenti
Id-Direttiva Tal-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 1981 li temenda d-Direttivi 64/432/KEE, 64/433/KEE, 71/118/KEE, 72/461/KEE, 72/462/KEE, 77/96/KEE, 77/99/KEE, 77/391/KEE, 80/215/KEE, 80/217/KEE u 80/1095/KEE li għandhom x'jaqsmu mal-proċeduri tal-Kumitat Veterinarju Permanenti
ĠU L 186, 8.7.1981, p. 20–21
(DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32016R0429
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31964L0432 | Tħassir | artikolu 14 | 07/07/1981 | |
Modifies | 31964L0433 | Tħassir | artikolu 9TER | 07/07/1981 | |
Modifies | 31971L0118 | Tħassir | artikolu 13 | 07/07/1981 | |
Modifies | 31972L0461 | Tħassir | artikolu 10 | 07/07/1981 | |
Modifies | 31972L0462 | Tħassir | artikolu 31 | 07/07/1981 | |
Modifies | 31977L0096 | Tħassir | artikolu 10 | 07/07/1981 | |
Modifies | 31977L0099 | Tħassir | artikolu 21 | 07/07/1981 | |
Modifies | 31977L0391 | Tħassir | artikolu 12 | 07/07/1981 | |
Modifies | 31980L0215 | Emenda | artikolu 8.3 | 07/07/1981 | |
Modifies | 31980L0215 | Tħassir | artikolu 9 | 07/07/1981 | |
Modifies | 31980L0217 | Emenda | artikolu 16 | 07/07/1981 | |
Modifies | 31980L0217 | Tħassir | artikolu 17 | 07/07/1981 | |
Modifies | 31980L1095 | Emenda | artikolu 9 | 07/07/1981 | |
Modifies | 31980L1095 | Tħassir | artikolu 10 | 07/07/1981 |
Official Journal L 186 , 08/07/1981 P. 0020 - 0021
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 22 P. 0124
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 22 P. 0124
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 13 P. 0149
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 13 P. 0149
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 1981 li temenda d-Direttivi 64/432/KEE, 64/433/KEE, 71/118/KEE, 72/461/KEE, 72/462/KEE, 77/96/KEE, 77/99/KEE, 77/391/KEE, 80/215/KEE, 80/217/KEE u 80/1095/KEE li għandhom x'jaqsmu mal-proċeduri tal-Kumitat Veterinarju Permanenti (81/476/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 43 u 100 tiegħu, Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi l-Kumitat Veterinarju Permanenti li kien stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 68/361/KEE [3] jagħti l-opinjoni tiegħu bi qbil mal-proċeduri li huma validi sal-21 ta' Ġunju 1981; Billi materja kienet ġiet l-ewwel darba mgħoddija lill-Kumitat fit-22 ta' Diċembru 1972; billi għadda żmien biżżejjed biex deċiżjoni finali setgħet tintlaħaq; billi l-validità tal-proċeduri msemmija m'għandhiex għalhekk tkun aktar ristretta; Billi l-esperjenza mirbuħa mill-użu tal-proċeduri preżenti uriet li huma jikkostitwixxu metodu effettiv għall-adozzjoni mgħaġġla tad-Deċiżjoni li għaliha kienu primarjament maħsuba; Billi, aktar minn hekk, wara l-Adezzjoni tal-Greċja huwa wkoll meħtieġ li jiġi aġġustat in-numru ta' voti li jikkostitwixxu il-maġġoranza meħtieġa fil-Kumitat, għal Atti adottati wara l-adozzjoni ta' l-Att ta' l-Adozzjoni tal-1979 li għadhom ma ġewx adattati, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: L-Artikolu 1 Id-dispożizzjonijiet segwenti huma b'hekk imħassra: - l-Artikolu 14 tad-Direttiva 64/432/KEE [4], - l-Artikolu 9b tad-Direttiva 64/433/KEE [5], - l-Artikolu 13 tad-Direttiva 71/118/KEE [6], - l-Artikolu 10 tad-Direttiva 72/461/KEE [7], - l-Artikolu 31 tad-Direttiva 72/462/KEE [8], - l-Artikolu 10 tad-Direttiva 77/96/KEE [9], - l-Artikolu 21 tad-Direttiva 77/99/KEE [10], - l-Artikolu 12 tad-Direttiva 77/391/KEE [11], - l-Artikolu 9 tad-Direttiva 80/215/KEE [12], - l-Artikolu 17 tad-Direttiva 80/217/KEE [13], - l-Artikolu 10 tad-Direttiva 80/1095/KEE [14]. L-Artikolu 2 Ir-referenza għal "41" għandha tinbidel b’ "45" fl-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 80/215/KEE, l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 80/217/KEE u l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 80/1095/KEE. L-Artikolu 3 Il-Kunsill għandu, qabel l-1 ta' Lulju 1987, jeżamina mill-ġdid fuq il-bażi ta' rapport tal-Kummissjoni dwar l-operat tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, li jkunu fih, jekk meħtieġ, proposti xierqa, dwar il-proċedura ta' l-imsemmi Kumitat. L-Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fil-Lussemburgu, fl-24 ta' Ġunju 1981. Għall-Kunsill Il-President G. M. V. van Aardenne [1] ĠU C 102, tal-5.5.1981, p. 2. [2] L-opinjoni mogħtija fid-19 ta' Ġunju 1981 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU L 255, tat-18.10.1968, p. 23. [4] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 1977/64. [5] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 2012/64. [6] ĠU L 55, tat-8.3.1971, p. 23. [7] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 24. [8] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28. [9] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 67. [10] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 85. [11] ĠU L 145, tat-13.6.1977, p. 44. [12] ĠU L 47, tal-21.2.1980, p. 4. [13] ĠU L 47, tal-21.2.1980, p. 11. [14] ĠU L 325, ta' l-1.12.1980, p. 1. --------------------------------------------------