Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31978L1020

    Id-Direttiva tal-Kunsill tal-5 ta' Diċembru 1978 li temenda d-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE u 69/208/KEE dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċereali u taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u l-fibri

    ĠU L 350, 14.12.1978, p. 27–27 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1978/1020/oj

    31978L1020



    Official Journal L 350 , 14/12/1978 P. 0027 - 0027
    Greek special edition: Chapter 03 Volume 23 P. 0090
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 15 P. 0066
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 15 P. 0066
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 10 P. 0130
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 10 P. 0130


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    tal-5 ta' Diċembru 1978

    li temenda d-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE u 69/208/KEE dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċereali u taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u l-fibri

    (78/1020/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 43 u 100 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2];

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi d-disposizzjonijiet dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf, taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-pjanti tal-fibri jipprovdu li, wara l-1 ta' Lulju 1977, l-ekwivalenza tal-miżuri meħuda f'pajjiżi terzi li tikkonċerna l-eżami uffiċjali taż-żrieragħ ma jistgħux jiġu aktar stabbiliti fil-livell nazzjonali; billi ċerti deċiżjonijiet ta' l-ekwivalenza meħuda fil-livell tal-Komunità bdew iseħħu biss mill-1 ta' Lulju 1978; billi l-perjodu li għalih jipprovdi l-istabbiliment ta' l-ekwivalenza fil-livell nazzjonali għandu għalhekk jiġi mtawwal b'sena biex ikunu jkopru x-xejriet tradizzjonali tal-kummerċ li ġew sostnuti wara l-1 ta' Lulju 1977 sakemm iseħħu d-deċiżjonijiet tal-Kunsill;

    Billi d-disposizzjonijiet dwar il-marketing taż-żerriegħa taċ-ċereali jippermettu li żrieragħ li ma jkunux ġew suġġetti għall-ispezzjoni uffiċjali fuq il-post li jkunu ċċertifikati uffiċjalment taħt ċerti kondizzjonijiet sal-31 ta' Diċembru 1978; billi perjodu addizzjonali għandu jingħata biex l-esperjenza meħtieġa għal soluzzjoni aktar ġenerali u definittiva tkun tista' tinkiseb,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 16 (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 78/692/KEE [5], id-data l-1 ta' Lulju 1977 għandha tiġi mibdula bil-1 ta' Lulju 1978.

    Artikolu 2

    Fl-Artikolu 2 (2) (d) tad-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa taċ-ċereali [6], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 78/692/KEE [7], id-data tal-31 ta' Diċembru 1978 għandha tiġi mibdula bi l-31 ta' Diċembru 1980.

    Artikolu 3

    Fl-Artikolu 15 (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/208/KEE tat-30 ta' Ġunju 1969 dwar il-marketing taż-żerriegħa taż-żejt u l-pjanti tal-fibri [8], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 78/388/KEE [9], id-data tal-1 ta' Lulju 1977 għandha tiġi mibdula bl-1 ta' Lulju 1978.

    Artikolu 4

    L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma':

    - l-Artikolu 1 u 3 b'effett mill-1 ta' Lulju 1977,

    - l-Artikolu 2, fil-31 ta' Diċembru 1978 l-aktar tard.

    Artikolu 5

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, 5 ta' Diċembru 1978.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. Lahnstein

    [1] ĠU C 174, tal-21.7.1978, pġ. 8.

    [2] ĠU C 239, tad-9.10.1978, pġ. 54.

    [3] L-Opinjoni mogħtija fit-12 u 13 ta’ Lulju 1978 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [4] ĠU 125, tal- 11.7.1966, pġ. 2298/66.

    [5] ĠU L 236, tas-26.8.1978, pġ. 13.

    [6] ĠU 125, tal- 11.7.1966, pġ. 2309/66.

    [7] ĠU L 169, ta’ l-10.7.1969, pġ. 3.

    [8] ĠU L 113, tal-25.4.1978, pġ. 20.

    [9] ĠU L 236, tas-26.8.1978, pġ. 13.

    --------------------------------------------------

    Top