Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31978L0387

    L-Ewwel Direttiva tal-Kummissjoni tat-18 ta’ April 1978 li temenda l-Annessi tad-Direttiva 66/402/KEE dwar il-kummerċ taż-żerriegħa taċ-ċereali

    ĠU L 113, 25.4.1978, p. 13–19 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1978/387/oj

    31978L0387



    Official Journal L 113 , 25/04/1978 P. 0013 - 0019
    Greek special edition: Chapter 03 Volume 20 P. 0233
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 14 P. 0003
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 14 P. 0003
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 9 P. 0209
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 9 P. 0209


    L-Ewwel Direttiva tal-Kummissjoni

    tat-18 ta’ April 1978

    li temenda l-Annessi tad-Direttiva 66/402/KEE dwar il-kummerċ taż-żerriegħa taċ-ċereali

    (78/387/KEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa taċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 78/55/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 21a tagħha,

    Billi, fid-dawl ta’ l-iżvilupp ta’ l-għarfien xjentifiku u tekniku, l-Annessi I, II u III għall-imsemmija Direttiva għandhom ikunu emendati minħabba r-raġunijiet stabbiliti hawn taħt;

    Billi l-kondizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni taż-żerriegħa tal-qamħirrum (maize) għandhom ikunu adattati għall-iskemi internazzjonali eżistenti għaċ-ċertifikazzjoni varjetali taż-żerriegħa;

    Billi, biex ittejjeb il-kwalità taż-żrieragħ, għandhom isiru disposizzjonijiet għall-kondizzjonijiet fejn huma konċernati uċuħ tar-raba’ preċedenti;

    Billi, biex jitjieb il-valur ġenetiku taż-żrieragħ, għandhom isiru disposizzjonijiet għan-normi tal-purità varjetali li l-uċuh tar-raba’ jridu jissodisfaw fil-każ ta’ xi ftit speċi oħra;

    Billi ċerti normi li jridu jiġu aderiti miż-żerriegħa tar-ross għandhom ikunu adattati għall-kwalità taż-żerriegħa li tinkiseb normalment;

    Billi, biex ikunu aderiti l-kondizzjonijiet għall-eżaminazzjoni uffiċjali taż-żerriegħa li jsiru b'mod konformi mal-metodi internazzjonali li hemm bħalissa, huwa meħtieġ li jkunu rriveduti ċerti disposizzjonijiet;

    Billi kien għadu mhux possibbli fis-sitwazzjoni preżenti li jsir provvediment għall-armonizzazzjoni sħiħa fil-Komunità tal-kondizzjonijiet applikabbli għall-preżenza ta’ l-Avena fatua; billi iżda għandu jsir attentat qabel l-1 ta’ Lulju 1983 sabiex jissaħħu l-kondizzjonijiet stabbiliti dwar id-Diretttiva 66/402/KEE biex tintlaħaq l-armonizzazzjoni sħiħa;

    Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Direttiva huma b'mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjali tal-Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Forestrija,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Id-Direttiva 66/402/KEE qed tiġi emendata kif ġej:

    1. L-Anness I għandu jaqra kif ġej:

    "

    ANNESS I

    IL-KONDIZZJONIJIET LI GĦANDHOM IKUNU MILĦUQHA MILL-UĊUĦ TAR-RABA’

    1. L-uċuħ tar-raba’ preċedenti ma setgħux ikunu inkumpatibbli mal-produzzjoni taż-żerriegħa ta’ l-ispeċi u l-varjetà ta' l-uċuħ, u l-għalqa għandha tkun ħielsa b’mod suffiċjenti minn dawn il-pjanti li huma volontarji mill-uċuħ tar-raba' preċedenti.

    2. L-uċuħ tar-raba’ għandhom ikunu konformi man-normi li ġejjin dwar id-distanzi minn sorsi mill-qrib ta’ trab dakkari li jista’ jirriżulta fi traxxix ta’ trab dakkari barrani mhux mixtieq:

    Uċuħ tar-raba' | Distanza minima |

    1 | 2 |

    Phalaris canariensis, Secale cereale: | |

    —għall-produzzjoni ta' żerriegħa bażika | 300 m |

    —għall-produzzjoni ta' żerriegħa ċċertifikata | 250 m |

    Zea mays | 200 m |

    Id-distanzi jistgħu jkunu injorati jekk ikun hemm protezzjoni biżżejjed minn kwalunkwe traxxix ta’ trab dakkari barrani mhux mixtieq.

    3. L-uċuħ tar-raba’ għandhom ikollhom identità u purità varjetali biżżejjed jew, fil-każ ta’ uċuħ tar-raba’ ta’ linja mnissla taz-Zea mays, identità u purità biżżejjed fejn jidħlu l-karatteristiċi tagħha.

    Għall-produzzjoni taż-żerriegħa tal-varjetajiet ibridi taz-Zea mays, id-disposizzjonijiet imsemmija hawn fuq għandhom ikunu japplikaw ukoll għall-karatteristiċi tal-komponenti, inkluż l-isterilità maskili jew ir-restawr tal-fertilità.

    B’mod partikolari, l-uċuħ tar-raba’ tal-Phalaris canariensis, Secale cereale, Zea mays għandhom ikunu konformi man-normi li ġejjin jew il-kondizzjonijiet oħra:

    A. Phalaris canariensis, Secale cereale:

    in-numru ta’ pjanti ta’ l-ispeċi tal-uċuħ tar-raba’ li jkunu jistgħu jintgħarfu bħala li b’mod ovvju mhumiex veri għall-varjetà m’għandux jeċċedi:

    - wieħed kull 30 m2 għall-produzzjoni ta’ żerriegħa bażika,

    - wieħed kull 10 m2 għall-produzzjoni ta’ żerriegħa ċċertifikata.

    B. Zea mays:

    (a) il-persentaġġ bin-numru ta’ pjanti li jintgħarfu b’mod ovvju bħala li mhumiex veri għall-varjetà, għal-linja mnissla, jew għall-komponent m’għandux jeċċedi:

    (aa) (i) l-linji mnissla, 0 71 %,

    (ii) l-ibridu sempliċi, kull komponent, 0 71 %,

    (iii) il-varjetajiet miftuħa ta’ rxix dakkari, 0 75 %;

    (bb) (i) il-komponent ta’ varjetajiet ibridi:

    - il-linji mnissla, 0,2 %,

    - l-ibridu sempliċi, 0,2 %,

    - il-varjetà miftuħa ta’ rxix ta’ trab dakkari, 1,0 %,

    (ii) il-varjetajiet miftuħa ta’ rxix ta’ trab dakkari, 1,0 %;

    (b) in-normi jew il-kondizzjonijiet l-oħrajn li ġejjin għandhom ikunu konformi għall-produzzjoni taż-żerriegħa tal-varjetajiet ibridi:

    (aa) trab dakkari biżżejjed għandu jixxerred mill-pjanti tal-komponent masikili waqt li l-pjanti tal-komponent femminili jkunu qed iwarrdu;

    (bb) fejn xieraq, l-emaskulazzjoni għandha titwettaq;

    (ċċ) fejn 5 % jew aktar tal-pjanti tal-komponent femminili jkollhom stigmati riċettivi, il-persentaġġ tal- komponent femminili li jkollu trab dakkari mxerred jew qed ixerred trab dakkari m’għandux jeċċedi:

    - 1 % fi kwalunkwe spezzjoni uffiċjali fuq il-post, u

    - 2 % fit-total ta’ l-ispezzjonijiet uffiċjali li jsiru fuq il-post.

    Il-pjanti huma kunsidrati bħala li jkunu xerrdu t-trab dakkari jew li qegħdin ixerrdu trab dakkari meta, il-fuq 50 mm jew aktar ta' l-assi ċentrali jew laterali tax-xuxa, l-anteri jkunu spuntaw mill-ħliefa tagħhom u jkunu xerrdu jew ikunu qed ixerrdu t-trab dakkari.

    4. Organiżmi ta’ ħsara li jnaqqsu l-użu taż-żerriegħa, partikolarment l-Ustilagineae, għandhom jinżammu fl-iktar livelli baxxi possibbli.

    5. Is-sodisfazzjon tan-normi jew il-kondizzjonijiet l-oħra msemmija hawn fuq għandu jkun eżaminat waqt l-ispezzjonijiet uffiċjali fuq il-post.

    Dawn l-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom isiru b'mod konformi mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

    A. Il-kondizzjoni u l-istadju ta’ l-iżvilupp ta’ l-uċuħ tar-raba’ għandhom jippermettu eżaminazzjoni adekwata.

    B. In-numru ta’ spezzjonijiet fuq il-post għandu jkun minn ta’ lanqas:

    (a) għall-Avena sativa, Hordeum distichum, Hordeum polystichum, Oryza sativa, Phalaris canariensis, Triticum aestivum, Triticum durum, Triticum spelta, Secale cereale: wieħed;

    (b) għaż-Zea mays matul l-istaġun tal-fjuri:

    (aa) varjetajiet miftuħa ta’ rxix ta’ trab dakkari: wieħed,

    (bb) linji mnissla jew l-ibridi: tlieta.

    Meta l-pjanta ssegwi dik taż-Zea mays jew fis-sena ta’ qabel jew f’dik kurrenti, għandha ssir minn ta’ lanqas spezzjoni speċjali waħda fuq il-post biex ikun ivverifikat is-sodisfazzjon tad-disposizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1 ta’ dan l-Anness.

    Ċ. Il-qies, in-numru u d-distribuzzjoni tal-porzjonijiet ta’ l-għalqa li għandhom ikunu spezzjonati biex ikun eżaminat is-sodisfazzjon tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Anness għandhom ikunu ddeterminati b'mod konformi mal-metodi xierqa.

    "

    2. L-Anness II għandu jaqra kif ġej:

    "

    ANNESS II

    IL-KONDIZZJONIJIET LI GĦANDHOM IKUNU MILĦUQHA MIŻ-ŻERRIEGĦA

    1. Iż-żerriegħa għandu jkollha identità u purità varjetali biżżejjed, jew fil-każ taż-żerriegħa ta’ linja mnissla taż-Zea mays, identità u purità suffiċjenti f'dak li jirrigwarda l-karatteristiċi tagħha. Għaż-żerriegħa ta’ varjetajiet ibridi ta’ Zea mays, id-disposizzjonijiet imsemmija hawn fuq għandhom ukoll ikunu japplikaw għall-karatteristiċi tal-komponenti.

    B’mod partikolari, iż-żerriegħa ta’ l-ispeċi elenkati hawn taħt għandhom ikunu konformi man-normi jew mal-kondizzjonijiet l-oħrajn li ġejjin:

    A. Avena sativa, Hordeum distichum, Hordeum polystichum, Oryza sativa, Triticum aestivum, Triticum durum, Triticum spelta:

    Kategorija | Purità varjetali |

    1 | 2 |

    Żerriegħa bażika | 99.9 |

    Żerriegħa ċċertifikata, l-ewwel ġenerazzjoni | 99.7 |

    Żerriegħa ċċertifikata, it-tieni ġenerazzjoni | 99.0 |

    Il-purità varjetali minima għandha tkun eżaminata prinċipalment waqt l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa b'mod konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I.

    B. Zea mays:

    Meta għall-produzzjoni ta’ żerriegħa ċċertifikata ta’ varjetajiet ibridi komponent femminili maskli-sterili u komponent maskili li ma jirrestawrax il-fertilità maskili jkunu intużaw, iż-żerriegħa għandha tkun prodotta:

    - jew billi jitħalltu lottijiet taż-żerriegħa fi proporzjon xieraq għall-varjetà, meta, min-naħa l-waħda, komponent femminili maskili-sterili jkun intuża u, min-naħa l-oħra, komponent femminili fertili-maskili jkun intuża,

    - jew billi jitkabbar il-komponent femminili maskili-sterili u l-komponent femminili maskili-fertili fi proporzjon xieraq għall-varjetà. Il-proporzjon ta’ dawn il-komponenti għandu jkun eżaminat fi spezzjonijiet li jsiru fuq il-post b'mod konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I.

    2. Iż-żerriegħa għandha tkun konformi man-normi jew mal-kondizzjonijiet l-oħrajn li ġejjin fejn għandhom x’jaqsmu il-ġerminazzjoni, il-purità analitika u l-kontenut taż-żerriegħa ta’ speċi ta’ pjanti oħra:

    A. Tabella:

    Speċi u kategorija | Ġerminazzjoni minima (% ta' żerriegħa pura) | Purità analitika minima (% bil-piż) | Oryza sativaKontenut massimu bin-numru ta' żrieragħ ta' speċi oħra ta' pjanti inklużi ż-żrieragħ ħomor tal- f'kampjun tal-piż speċifikat fil-kolonna 4 tal-Anness III (total għal kull kolonna) |

    Speċi oħrajn ta' pjanti (a) | Żrieragħ ħomor ta' Oryza sativa | Speċi ċereali oħrajn | Speċi ta' pjanti għajr iċ-ċereali | Avena fatua, Avena sativa, Avena ludoviciana, Lolium temulentum | Raphanus raphanistrum, Agrostemma githago | Panicum spp. |

    1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 | 9 | 10 |

    Avena sativa, Hordeum distichum, Hordeum Polystichum, Tricitum acstivum, Tricitum durum, Tricitum spelta:

    —żerriegħa bażika | 85 | 99 | 4 | | 1(b) | 3 | 0 (ċ) | 1 | |

    —zerriegħa ċċertifikata, l-ewwel u t-tieni ġenerazzjoni | 85 | 98 | 10 | | 7 | 7 | 0 (ċ) | 3 | |

    Phalaris canariensis

    —żerriegħa bażika | 75 | 98 | 4 | | 1(b) | | 0 (ċ) | | |

    —żerriegħa ċċertifikata | 75 | 98 | 10 | | 5 | | 0 (ċ | | |

    Oryza sativa

    —żerriegħa bażika | 80 | 98 | 4 | 2 | | | | | 1 |

    —żerriegħa ċċertifikata, l-ewwel ġenerazzjoni | 80 | 98 | 10 | 5 | | | | | 3 |

    —żerriegħa ċċertifikata, it-tieni ġenerazzjoni | 80 | 98 | 15 | 10 | | | | | 3 |

    Secale cereale

    —żerriegħa bażika | 85 | 98 | 4 | | 1 (b) | 3 | 0 (ċ) | 1 | |

    —żerriegħa ċċertifikata | 85 | 98 | 10 | | 7 | 7 | 0 (ċ) | 3 | |

    Zea mays | 90 | 98 | 0 | | | | | | |

    B. In-normi jew il-kondizzjonijiet l-oħrajn applikabbli meta ssir referenza dwarhom fit-tabella taħt is-Sezzjoni (2) (A) ta’ dan l-Anness:

    (a) Il-kontenuti massimi taż-żerriegħa stabbiliti fil-kolonna 4 jinkludu wkoll iż-żerriegħa ta’ l-ispeċi fil-kolonni 5 sa 10.

    (b) it-tieni żerriegħa m’għandhiex titqies bħala impurità jekk it-tieni kampjun ta’ l-istess piż ikun ħieles minn kwalunkwe żerriegħa ta’ l-speċi taċ-ċereali l-oħrajn.

    (ċ) Il-preżenza ta’ żerriegħa waħda ta’ Avena fatua, Avena sterilis, Avena ludoviciana jew Lolium temulentum f’kampjun tal-piż preskritt m’għandhiex titqies bħala impurità fejn it-tieni kampjun ta’ l-istess piż ikun ħieles minn kwalunkwe żerriegħa ta’ dawn l-ispeċi.

    3. L-organiżmi ta’ ħsara li jnaqqsu l-użu taż-żerriegħa għandhom jinżammu fl-aktar livelli baxxi possibbli.

    B’mod partikolari, iż-żerriegħa għandha tkun konformi man-normi li ġejjin:

    Kategorija | Claviceps purpurea (numru massimu ta' sclerotia jew frammenti ta' sclerotia f'kampjun |

    1 | 2 |

    Żerriegħa bażika | 1 |

    Żerriegħa ċċertifikata | 3 |

    "

    3. L-Anness III għandu jaqra kif ġej:

    "

    ANNESS III

    IL-PIŻIJIET TAL-LOTT U TAL-KAMPJUN

    Speċi | Piż massimu tal-lott (tunnellati) | Piż minimu tal-kampjun li għandu jittieħed minn lott (tunnellati) | Il-piż tal-kampjun għad-determinazzjonijiet bin-numru kif hemm ipprovdut fil-kolonni 4 sa 10 ta' l-Anness II (2) (A) u l-Anness (II) (3) (grammi) |

    1 | 2 | 3 | 4 |

    Avena sativa, Hordeum distichum, Hordeum polystichum, Triticum aestivum, Triticum durum, Triticum, spelta, Secale cereale | 20 | 1000 | 500 |

    Phalaris canariensis | 10 | 400 | 200 |

    Oryza sativa | 20 | 500 | 500 |

    Zea mays, żerriegħa bażika of tal-linji mnissla | 20 | 250 | 250 |

    Zea mays, żerriegħa bażika għajr il-linji mnissla; żerriegħa ċċertifikata | 20 | 1000 | 1000 |

    "

    Artikolu 2

    1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 Lulju 1980.

    2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li ż-żerriegħa taċ-ċereali ma tkun suġġetta għal ebda restrizzjonijiet tas-suq minħabba dati differenti ta’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, b'mod konformi mal-paragrafu 1.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, it-18 ta’ April 1978.

    Għall-Kummissjoni

    Finn Gundelach

    Viċi-President

    [1] ĠU 125, tal- 11.7.1966, p. 2309/66.

    [2] ĠU L 16, ta'-20.1.1978, p. 23.

    --------------------------------------------------

    Top