Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31978D1028

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 1978 li jistabbilixxi Kumitat ta' Pariri dwar it-Taħriġ Veterinarju

    ĠU L 362, 23.12.1978, p. 10–11 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1978/1028/oj

    31978D1028



    Official Journal L 362 , 23/12/1978 P. 0010 - 0011
    Finnish special edition: Chapter 16 Volume 1 P. 0043
    Greek special edition: Chapter 05 Volume 3 P. 0157
    Swedish special edition: Chapter 16 Volume 1 P. 0043
    Spanish special edition: Chapter 06 Volume 2 P. 0059
    Portuguese special edition Chapter 06 Volume 2 P. 0059


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tat-18 ta' Diċembru 1978

    li jistabbilixxi Kumitat ta' Pariri dwar it-Taħriġ Veterinarju

    (78/1028/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Waqt li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l- Komunità Ekonomika Ewropea,

    Waqt li kkunsidra l-abbozz tad-Deċiżjoni sottomess mill-Kummissjoni,

    Billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Ġunju 1974 li tikkonċerna r-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, iċ-ċertifikati u evidenza oħra ta' kwalifiki formali, il-Kunsill iddikkjara lilu nnifsu favur l-istabbiliment tal-kumitati ta' parir;

    Filwaqt li, fil-kuntest tar-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, iċ-ċertifikati u evidenza oħra ta' kwalifiki formali u l-koordinazzjoni tal-kondizzjonijiet għall-bidu u l-insegwiment ta' l-attivitajiet bħala kirurgu veterinarju, hu importanti li jiġi assigurat standard paragunabbli għoli ta' taħriġ;

    Billi, biex ikun hemm kontribuzzjoni biex jintlaħaq dan l-oġġettiv, hu mixtieq li jiġi stabbilit Kumitat ta' Pariri biex jagħti parir lill-Kummissjoni,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Kumitat ta' Pariri dwar it-Taħriġ Veterinarju, hawn iżjed ’il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat", għandu jiġi stabbilit fi ħdan il-Kummissjoni.

    Artikolu 2

    1. Ix-xogħol tal-Kumitat għandu jkun biex jgħin li jiġi assigurat standard paragunabbli għoli ta' taħriġ veterinarju fil-Komunità.

    2. Għandu jwettaq dan ix-xogħol b'mod partikolari bil-mezzi li ġejjin:

    - l-iskambju ta' informazzjoni komprensiva dwar il-metodi ta' taħriġ u l-kontenut, il-livell u l-istruttura ta' korsijiet teoretiċi u prattiċi provduti fl-Istati Membri,

    - id-diskussjoni u l-konsultazzjoni bl-iskop ta' l-iżvilupp ta' approċċi komuni għall-istandard li għandu jintlaħaq fit-taħriġ ta' kirurgi veterinarji u, kif xieraq, dwar l-istruttura u l-kontenut ta' dan it-taħriġ,

    - iż-żamma taħt kontroll ta' l-adattament ta' t-taħriġ veterinarju għall-iżviluppi fix-xjenza veterinarja u l-metodi ta' tagħlim.

    3. Il-Kumitat għandu jikkomunika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-opinjonijiet tiegħu u r-rakkomandazzjonijiet inkluż, meta jikkunsidra li dan huwa xieraq, suġġerimenti għall-emendi li għandhom isiru fl-Artikoli li għandhom x'jaqsmu mat-taħriġ veterinarju fid-Direttivi 78/1026/KEE [1] u 78/1027/KEE [2].

    4. Il-Kumitat għandu wkoll jagħti parir lill-Kumissjoni dwar kull kwistjoni li l-Kummissjoni tista’ tirreferilha fejn għandu x'jaqsam it-taħriġ veterinarju.

    Artikolu 3

    1. Il-Kumitat għandu jikkonsisti fi tliet esperti minn kull Stat Membru, kif ġej:

    - espert li jipprattika l-professjoni,

    - espert mill-istituzzjonijiet ta' tagħlim tax-xjenza veterinarja,

    - espert mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri.

    2. Għandu jkun hemm altern għal kull membru. L-alterni jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Kumitat.

    3. Il-membri u l-alterni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu nominati mill-Istati Membri. Il-membri msemmija fl-ewwel u t-tieni inċiżi tal-paragrafu 1 u l-alterni tagħhom għandhom ikunu nominati fuq il-proposta tal-professjoni prattikanti u l-istituzzjonijiet tat-tagħlim veterinarju. Il-membri u l-alterni hekk nominati għandhom ikunu maħtura mill-Kunsill.

    Artikolu 4

    1. Iż-żmien tal-kariga ta' membru tal-Kumitat għandu jkun tliet snin. Wara li jiskadi dan il-perjodu l-membri tal-Kumitat għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm ikunu provduti sostituti jew il-kariga tagħhom tiġġedded.

    2. Iż-żmien ta' kariga ta' membru jista’ jispiċċa qabel ma jiskadu tlett snin minħabba riżenja jew mewt tal-membru, jew is-sostituzzjoni tiegħu minn persuna oħra, skond il-proċedura deskritta fl-Artikolu 3. Din il-ħatra tkun għall-bqija taż-żmien tal-kariga.

    Artikolu 5

    Il-Kumitat għandu jaħtar president u żewġ presidenti deputati mill-membri tiegħu stess. Għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura. L-aġenda għal-laqgħat għandha titfassal mir-rappreżentant tal-kamra tal-Kumitat f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni.

    Artikolu 6

    Il-Kumitat jista’ jistabbilixxi gruppi tax-xogħol u jsejjaħ u jħalli osservaturi ta' l-esperti jgħinuh in konnessjoni ma’ l-aspetti speċjali tal-ħidma tiegħu.

    Artikolu 7

    Is-segretarjat għall-Kumitat għandu jkun provdut mill-Kummissjoni.

    Magħmula fi Brussel, fit-18 ta' Diċembru 1978.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    H.-D. Genscher

    [1] ĠU L 362, tat-18-12-1978, p. 1.

    [2] ĠU L 362, tat-18.12.1978, p. 7.

    --------------------------------------------------

    Top