Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31977R1516

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1516/77 tas-6 ta’ Lulju 1977 li jemenda Regolament (KEE) Nru 776/73 dwar reġistrazzjoni ta’ kuntratti u informazzjoni li għandha tiġi mgħarrfa fil-każ tal-ħops

    ĠU L 169, 7.7.1977, p. 12–12 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/10/2006; Impliċitament imħassar minn 32006R1557

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1977/1516/oj

    31977R1516



    Official Journal L 169 , 07/07/1977 P. 0012 - 0012
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 9 P. 0028
    Greek special edition: Chapter 03 Volume 18 P. 0189
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 9 P. 0028
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 12 P. 0227
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 12 P. 0227


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1516/77

    tas-6 ta’ Lulju 1977

    li jemenda Regolament (KEE) Nru 776/73 dwar reġistrazzjoni ta’ kuntratti u informazzjoni li għandha tiġi mgħarrfa fil-każ tal-ħops

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1696/71 tas-26 ta’ Lulju 1971 fuq l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-ħops [1], kif emendat l-aħħar minn Regolament (KEE) Nru 1170/77 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 12(8) u 18 tiegħu,

    Billi l-Artikolu 12(3) tiegħu jistabilixxi li, fir-reġjuni tal-Komunità fejn gruppi ta’ produtturi rikonoxxuti jiżguraw li l-membri tagħhom dħul ġust u jqassmu s-suq b’mod razzjonali, l-għajnuna tingħata biss lil dawn il-gruppi;

    Billi r-Regolament imsemmi jistabilixxi li l-Kunsill, fuq proposta mressqa mill-Kummissjoni bbażata fuq it-tagħrif mogħti mill-Istati Membri, trid taddotta lista ta’ dawk ir-reġjuni; billi jrid ikun hemm għalhekk disposizzjoni biex l-Istati Membri jgħarrfu lill-Kummissjoni bir-reġjuni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq;

    Billi, sabiex il-Kunsill ikun jista’ jakkwista lista ta’ dawn ir-reġjuni għal kull ħsad qabel ma tibda il-kultivazzjoni, jeħtieġ li t-tagħrif mill-Istati Membri jasal għand il-Kummissjoni fiż-żmien;

    Billi l-Kummissjoni trid tkun f’qagħda li taġġorna qabel kull ħsad l-ammont ta’ varjetajiet ta’ħops mkabbra fil-Komunità fil-gruppi ta’ varjetajiet imsemmija fl-Artikolu 12(5) tar-Regolament (KEE) Nru 1696/71;

    Billi l-Artikolu 12(5) msemmi jagħti lok li jkun ikkalkulat, meta jsir kalkolu ta’ l-għajnuna, id-dħul fil-livell tal-gruppi ta’ produtturi rikonoxxuti; billi l-Istati Membri jridu għalhekk jagħtu tagħrif dwar l-informazzjoni li tiddistingwi bejn gruppi u produtturi individwali;

    Billi trid issir żieda għal dan il-għan mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 776/73 ta’ l-20 ta’Marzu 1973 fuq ir-reġistrazzjoni ta’ kuntratti u tagħrif ta’ informazzjoni marbuta mal-ħops [3], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 209/77 [4];

    Billi l-miżuri li jaħseb għalihom dan ir-Regolament jaqblu mal-fehma tal-Kumitat tat-Tmexxija għall-Ħops.

    ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 3a li jmiss huwa hawnhekk miżjud mar-Regolament (KEE) Nru 776/73:

    "Artikolu 3a

    Kull Stat Membru jrid jagħti tagħrif kull sena:

    (a) qabel l-1 ta’ Frar tas-sena tal-ħsad li għaliha tista’ tingħata għajnuna tal-produzzjoni, il-lista tar-reġjuni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1696/71;

    (b) qabel il-31 ta’ Marzu tas-sena tal-ħsad li għaliha tista’ tingħata l-għajnuna tal-produzzjoni, il-varjetajiet ta’ ħops imkabbra fuq iż-żona reġistrata msemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 1696/71 għall-ħsad ta’ qabel, u l-kontenut tagħhom alpha-aċtu."

    Artikolu 2

    Hawn miżjud hawnhekk ma’ l-ewwel sotftoparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1) u ma’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 776/73 il-kliem li ġej:

    "u tiddistingwi bejn gruppi ta’ produtturi rikonoxxuti u produtturi individwali."

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-6 ta’ Lulju1977.

    Għall-Kummissjoni

    Finn Gundelach

    Viċi-President

    [1] ĠU L 175, ta’ l-4.8.1971, p. 1.

    [2] ĠU L 137, tat-3.6.1977, p. 7.

    [3] ĠU L 74, tat-22.3.1973, p. 14.

    [4] ĠU L 28, ta’ l-1.2.1977, p. 35.

    --------------------------------------------------

    Top