Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31976L0766

    Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tabelli ta’ l-alkoħol

    ĠU L 262, 27.9.1976, p. 149–152 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/12/2015; Imħassar b' 32011L0017

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1976/766/oj

    31976L0766



    Official Journal L 262 , 27/09/1976 P. 0149 - 0152
    Finnish special edition: Chapter 13 Volume 5 P. 0178
    Greek special edition: Chapter 13 Volume 4 P. 0123
    Swedish special edition: Chapter 13 Volume 5 P. 0178
    Spanish special edition: Chapter 13 Volume 5 P. 0188
    Portuguese special edition Chapter 13 Volume 5 P. 0188


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    tas-27 ta’ Lulju 1976

    dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tabelli ta’ l-alkoħol

    (76/766/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku w Soċjali [2],

    Billi, f’bosta Stati Membri hemm liġijiet li għandhom x’jaqsmu mad-determinazzjoni tal-qawwa alkoħolika ta’ taħlita ta’ ilma u ethanol, u billi dawn il-liġijiet huma differenti minn Stat Membru għal ieħor, u b’hekk jinħolqu ostakoli għall-kummerċ; billi, hemm għalhekk bżonn ta’ l-armonizazzjoni tal-Komunità f’dan il-qasam u li tkun stabbilita definizzjoni komuni;

    Billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Diċembru 1973 [3] dwar politika industrijali, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni sabiex tgħaddilu qabel l-1 ta’ Diċembru 1974 proposta għal Direttiva dwar meters ta’ l-alokoħol u hydrometers ta’ l-alokoħol;

    Billi l-armonizazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu mal-metodu sabiex tkun determinata l-qawwa alkoħolika mir-riżultati tal-kejl meħud hi essenzjali wkoll sabiex tikkompleta d-Direttiva dwar l-armonizazzjoni ta’ meters ta’ l-alokoħol u hydrometers ta’ l-alokoħol, sabiex jitneħħa kull riskju ta’ ambigwità jew kontestazzjoni,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    L-Artikolu 1

    Din id-Direttiva tiddefinixxi l-metodu li bih tkun espressa l-qawwa alkoħolika, skond il-volum u skond il-massa, kif definita fl-Anness, u tagħti formola sabiex ikunu jistgħu jitfasslu tabelli sabiex tinħadem il-qawwa alkoħolika fuq il-bażi tal-kejl meħud.

    L-Artikolu 2

    Sa mill-1 ta’ Jannar 1980 l-Stati Membri ma jistgħux jiddubitaw il-figuri għal qawwa alkoħolika miksubin mit-tabelli alkoħolometriċi magħmula fuq il-bażi tal-formola murija fl-Anness, u mill-kejl meħud b’meters ta’ l-alokoħol jew hydrometers ta’ l-alokoħol li juru l-marki u sinjali tal-KEE jew bi strumenti li jipprovdu ta’ l-inqas grad ekwivalenti ta’ preċiżjoni, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-użu ta’ dawn it-tabelli jew strumenti.

    L-Artikolu 3

    Is-simboli wżati sabiex jindikaw il-qawwa alkoħolika kif imsemmi fl-Artikolu 2 u ddefinit fl-Anness għandhom ikunu kif ġej:

    "% vol" għal-qawwa alkoħolika skond il-volum,

    "% mas" għal-qawwa alkoħolika skond il-massa.

    L-Artikolu 4

    Sa mill-1 ta’ Jannar 1980, Stati Membri għandhom jipprojbixxu l-użu ta’ qawwa alkoħolika li ma tikkonformax mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.

    L-Artikolu 5

    1. Stati Membri għandhom jadottaw u jippublikaw fi żmien perjodu ta’ 24 xahar mid-data ta’ notifikazzjoni ta’ din id-Direttiva l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva u għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b’dan.

    Għandhom japplikaw dawn il-miżuri mill-1 ta’ Jannar 1980 l-aktar tard.

    2. Stati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bit-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

    L-Artikolu 6

    Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fis-27 ta’ Lulju 1976.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. van der STOEL

    [1] ĠU C 76, tas-7.4.1975, p. 39.

    [2] ĠU C 248, tad-29.10.1975, p. 22.

    [3] ĠU C 117, tal-31.12.1973, p. 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    QAWWA ALKOĦOLIKA

    1. DEFINIZZJONI

    Il-"qawwa alkoħolika skond il-volum" ta’ taħlita ta’ ilma u ethanol hi r-ratio tal-volum ta’ alkoħol pur preżenti fit-taħlita f’20 ºĊ għall-volum totali tat-taħlita fl-istess temperatura.

    Is-"saħħa alkoħolika skond il-massa" ta’ taħlita ta’ ilma u ethanol hi r-ratio tal-massa ta’ alkoħol preżenti fit-taħlita għall-massa totali tat-taħlita.

    2. ESPRESSJONI TA’ QAWWA ALKOĦOLIKA

    Il-qawwa alkoħolika hi espressa bħala l-partijiet ta’ alkoħol għal kull mitt parti tat-taħlita.

    Is-simboli relevanti huma:

    "% vol" għal-qawwa alkoħolika skond il-volum,

    "% mas" għal-qawwa alkoħolika skond il-massa.

    3. DETERMINAZZJONI TA’ QAWWA ALKOĦOLIKA

    Il-proċeduri li għandhom jitwettqu sabiex tkun determinata l-qawwa alkoħolika permezz ta’ l-istrumenti li għalihom hemm provdut fid-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ meters ta’ l-alkoħol u hydrometers ta’ l-alkoħol [1] għandhom ikunu kif ġej:

    - il-qari ta’ meter ta’ l-alkoħol jew hydrometer ta’ l-alkoħol, fit-temperatura tat-taħlita,

    - il-kejl tat-temperatura tat-taħlita.

    Ir-riżultati għandhom ikunu miksuba mit-tabelli internazzjonali ta’ l-alkoħol.

    4. FORMOLA GĦALL-KALKOLAZZJONI TA’ TABELLI INTERNAZZJONALI TA’ L-ALKOĦOL GĦAL TAĦLIT TA’ ILMA U ETHANOL

    Id-densità "ρ" espressa f’kilogrammi għal kull metru kubu (kg/m3), ta’ taħlita ta’ ilma u ethanol f’temperatura (t), espressa fi gradi Celsius, hi mogħtija bil-formola segwenti bħala funzjoni ta’:

    - l-proporzjon skond il-massa ‘p’, espressa bħala numru deċimali [2],

    - it-temperatura "t", espressa fi gradi Celsius (IPTS-68),

    - il-koeffiċjenti numeriċi mogħtija hawn taħt.

    Din il-formola hi valida għal temperatura bejn -20 sa + 40oC

    ρ = A

    + ∑

    A

    p

    + ∑

    B

    + ∑

    C

    p

    n | = | 5 |

    m1 | = | 11 |

    m2 | = | 10 |

    m3 | = | 9 |

    m4 | = | 4 |

    m5 | = | 2 |

    KOEFFIĊJENTI NUMERIĊI FIL-FORMULA

    k | Ak kg/m3 | Bk |

    1 | 9,982 012 300 · 102 | –2,061 851 3 · 10-1 kg/(m3 · °C) |

    2 | –1,929 769 495 · 102 | –5,268 254 2 · 10-3 kg/(m3 · °C2) |

    3 | 3,891 238 958 · 102 | 3,613 001 3 · 10-5 kg/(m3 · °C3) |

    4 | –1,668 103 923 · 103 | –3,895 770 2 · 10-7 kg/(m3 · °C4) |

    5 | 1,352 215 441 · 104 | 7,169 354 0 · 10-9 kg/(m3 · °C5) |

    6 | –8,829 278 388 · 104 | –9,973 923 1 · 10-11 kg/(m3 · °C6) |

    7 | 3,062 874 042 · 105 | |

    8 | –6,138 381 234 · 105 | |

    9 | 7,470 172 998 · 105 | |

    10 | –5,478 461 354 · 105 | |

    11 | 2,234 460 334 · 105 | |

    12 | –3,903 285 426 · 104 | |

    | C1, k kg/(m3 · °C) | C2, k kg/(m3 · °C 2) |

    1 | 1,693 443 461 530 087 · 10-1 | –1,193 013 005 057 010 · 10-2 |

    2 | –1,046 914 743 455 169 · 101 | 2,517 399 633 803 461 · 10-1 |

    3 | 7,196 353 469 546 523 · 101 | –2,170 575 700 536 993 |

    4 | –7,047 478 054 272 792 · 102 | 1,353 034 988 843 029 · 101 |

    5 | 3,924 090 430 035 045 · 103 | –5,029 988 758 547 014 · 101 |

    6 | –1,210 164 659 068 747 · 104 | 1,096 355 666 577 570 · 102 |

    7 | 2,248 646 550 400 788 · 104 | –1,422 753 946 421 155 · 102 |

    8 | –2,605 562 982 188 164 · 104 | 1,080 435 942 856 230 · 102 |

    9 | 1,852 373 922 069 467 · 104 | –4,414 153 236 817 392 · 101 |

    10 | –7,420 201 433 430 137 · 103 | 7,442 971 530 188 783 |

    11 | 1,285 617 841 998 974 · 103 | |

    k | C3, k kg/(m3 · °C 3) | C4, k kg/(m3 · °C 4) | C5, k kg/(m3 · °C 5) |

    1 | –6,802 995 733 503 803 · 10-4 | 4,075 376 675 622 027 · 10-6 | –2,788 074 354 782 409 · 10-8 |

    2 | 1,876 837 790 289 664 · 10-2 | –8,763 058 573 471 110 · 10-6 | 1,345 612 883 493 354 · 10-8 |

    3 | –2,002 561 813 734 156 · 10-1 | 6,515 031 360 099 368 · 10-6 | |

    4 | 1,022 992 966 719 220 | –1,515 784 836 987 210 · 10-6 | |

    5 | –2,895 696 483 903 638 | | |

    6 | 4,810 060 584 300 675 | | |

    7 | –4,672 147 440 794 683 | | |

    8 | 2,458 043 105 903 461 | | |

    9 | –5,411 227 621 436 812 · 10-1 | | |

    [1] Ara l-paġna 143 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    [2] Eżempju: għall-proporzjon bil-massa ta’ 12 %, p = 0.12.

    --------------------------------------------------

    Top