Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31973L0146

    Id-Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 1973 li temenda d-Direttiva tas-27 ta’ Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’sustanzi perikolużi

    ĠU L 167, 25.6.1973, p. 1–128 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2015; Impliċitament imħassar minn 32008R1272

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1973/146/oj

    31973L0146



    Official Journal L 167 , 25/06/1973 P. 0001 - 0128
    Finnish special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0003
    Greek special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0084
    Swedish special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0003
    Spanish special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0208
    Portuguese special edition Chapter 13 Volume 2 P. 0208


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    tal-21 ta’ Mejju 1973

    li temenda d-Direttiva tas-27 ta’ Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’sustanzi perikolużi

    (73/146/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li ikkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 miġjub fih;

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew;

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali;

    Billi l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’sustanzi perikolużi [1], kif l-aħħar emendat mid-Direttiva tat-22 ta’ Marzu 1971 [2], jikklassifika likwidi li jieħdu n-nar permezz tal-waqt tat-tqabbid/xegħil tagħhom; billi fl-assenza korrenti ta’ speċifikazzjoni tal-metodi wżati biex jiġi stabbilit il-waqt tat-tqabbid/xegħil, jidher tal-parir li jiġu adottati l-istess metodi ta’ analiżi bħal dawk diġà preskritti fil-ftehim internazzjonali dwar it-trasport ta’ merkanzija perikoluża;

    Billi progress tekniku jeħtieġ addattament imħaffef tal-ħtiġijiet tekniċi preskritti mid-Direttivi dwar sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi; billi, biex jiġi faċilitat id-dħul ta’ miżuri meħtieġa, sistema għandha titfassal li tipprovdi għal kollaborazzjoni fil-viċin bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni permezz ta’ Kumitat għall-addattament, fid-dawl ta’ progress tekniku, tad-Direttivi dwar it-tneħħija ta’ barrieri tekniċi għall-kummerċ fis-sustanzi u l-preparazzjonijiet perikolużi;

    Billi l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 1967 fih lista ta’ sustanzi perikolużi klassifikati min-numru atomiku tal-element li huwa l-aktar karatteristiku tal-karatteristiċi tagħhom, u l-metodi għal-ittikkettjar ta’ kull sustanza fil-forma ta’ riferenza għal l-Annessi II, III u IV;

    Billi eżami tal-lista ta’ sustanzi perikolużi kixef li addattament huwa meħtieġ fid-dawl tat-tagħrif xjentifiku u tekniku l-aktar riċenti; billi barra minn hekk ġiet miġbuda l-attenzjoni li l-formula kimika jew in-nomina ta’ diversi mis-sustanzi perikolużi ma tfasslitx b’mod eżatt; billi din il-lista għandha għalhekk tiġi rettifikata;

    Billi jkun jidher li huwa meħtieġ anness ta’ lista ta’ deskrizzjoni tar-riskji partikolari involuti;

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    L-Artikolu 1

    Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 1967 għandha tiġi emendata skond Artikoli li ġejjin.

    L-Artikolu 2

    Fit-test Taljan, il-kliem "punto di scintilla" għandu jiġi mibdul bil-kliem "punto di infiammabilitá".

    L-Artikolu 3

    "3. Il-waqt tat-tqabbid/xegħil tas-sustanzi u l-preparazzjonijiet tal-likwidu li jieħu n-nar msemmija fis-sottoparagrafu 2 (ċ) u (d) għandhom jiġu stabbiliti skond il-metodi u ma’ l-apparat preskritt f’L-Anness V."

    L-Artikolu 4

    "4. Madankollu, għal perjodu ta’ tliet snin minn notifika ta’ din id-Direttiva u permezz ta’ deroga mid-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, id-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit jistgħu jħallu l-bejgħ fis-suq fit-territorju tagħhom ta’ sustanzi perikolużi li l-imballaġġ u l-ittikkettjar tagħhom huma skond il-kondizzjonijiet fis-seħħ fit-territorju tagħhom mid-data ta’ adeżjoni."

    L-Artikolu 5

    "L-Artikolu 8a

    L-emendi meħtieġa biex jiġu addattati l-Annessi għall-progress tekniku għandhom jiġu addattati skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 8(ċ).

    L-Artikolu 8b

    1. Kumitat għandu jiġi stabbilit għall-addattament għal progress tekniku ta’ Direttivi għat-tneħħija ta’ xkielijiet tekniċi għall-kummerċ fis-settur ta’ sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ "il-Kumitat", li għandu jikkonsisti minn rappreżentanti ta’ l-Istati Membri taħt il-Presidenza ta’ rappreżentant tal-Kummissjoni.

    2. Il-Kumitat għandhu jistabbilixxi r-regolamenti interni tiegħu.

    L-Artikolu 8ċ

    1. Fil-każ li ssir riferenza għall-proċedura preskritta f’ dan l-Artikolu, il-materja għandha tiġi riferita lill-Kumitat mill-President tiegħu, jew fuq l-inzijattiva tiegħu nnifsu, jew fuq it-talba tar-rappreżentant ta’ Stat Membru.

    2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li jridu jittieħdu. Il-Kumitat għandu jesprimi l-Opinjoni tiegħu dwar dan l-abbozz fil-perjodu speċifikat mill-President fid-dawl ta’ l-urġenza tal-materja msemmija. Maġġoranza ta’ 41 vot għandha tkun biżżejjed għal Deċiżjoni, bil-voti ta’ l-Istati Membri ppeżati kif preskritt fl-Artikolu 148 sottoparagrafu 2 tat-Trattat. Il-President m’għandux jivvota.

    3. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri previsti meta jkunu b’mod konformi ma’ l-Opinjoni tal-Kumitat.

    (b) Meta l-miżuri previsti ma humiex bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat, jew fl-assenza ta’ opinjoni, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill Kunsill mingħajr dewmien proposta li jkollha x’taqsam mal-miżuri li jridu jittieħdu. Il-Kunsill għandu jagħti ġudizzju b’maġġoranza kwalifikata.

    (ċ) Jekk, wara li l-materja tkun ittieħdet quddiem il-Kunsill għal perjodu ta’ tliet xhur, ma tkun ittieħdet l-ebda DeċIżjoni mill-Kunsill, il-miżuri proposti għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni."

    L-Artikolu 6

    L-Annessi I sa IV għandhom jiġu mibdula b’L-Annessi ġodda I sa IV kif anness ma’ din id-Direttiva.

    L-Artikolu 7

    Għandu jiddaħħal l-Anness V, kif anness ma’ din id-Direttiva.

    In-normi u l-metodi li għalihom jirreferi dan l-Anness għandhom jirreferu għal dawk fis-seħħ fid-data ta’ notifika ta’ din id-Direttiva lill-Istati Membri.

    L-Artikolu 8

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu d-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien 6 xhur xahar min-notifika tagħha u għandhom jgħarrfu biha mill-ewwel lill-Kummissjoni.

    2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet interni ta’ leġislazzjoni li għandhom jiġu adottati fil-qasam kopert minn din id-Direttiva jintbagħtu lill-Kummissjoni.

    L-Artikolu 9

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fil-21 ta’ Mejju 1973.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    E. Glinne

    [1] ĠU C 196, tas-16.8.1967, p. 1.

    [2] ĠU L 74, tad-29.3.1971, p. 15.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    Lista ta’ sustanzi perikolużi klassifikati fl-ordni tan-numru atomiku ta’ l-element l-aktar karatteristiku tal-karatteristiċi tagħhom

    Dan l-Anness mhuwiex riprodott minħabba li ġie mibdul bid-Direttiva 1993/72/KEE, ĠU L 258, tas-16.10.1993

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    Dan l-Anness mhuwiex riprodott minħabba li ġie mibdul bid-Direttiva 2001/59/KE, ĠU L 225, tas-6.8.2001

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS III

    Natura tar-riskji speċjali li għandhom is-sustanzi perikolużi

    Dan l-Anness mhuwiex riprodott minħabba li ġie mibdul bid-Direttiva 2001/59/KE, ĠU L 225, tas-6.8.2001

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS IV

    Parir ta’ sigurta li għandu x’ jaqsam ma’ sustanzi kimiċi

    Dan l-Anness mhuwiex riprodott minħabba li ġie mibdul bid-Direttiva 2001/59/KE, ĠU L 225, tas-6.8.2001

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS V

    Apparat u metodi biex jiġi stabbilit il-waqt ta’ tqabbid/xegħil ta’ sustanzi u preparazzjonijiet likwidi

    Dan l-Anness mhuwiex riprodott minħabba li ġie mibdul bid-Direttiva 1984/0449/KE, ĠU L 251, tad-19.9.1984

    --------------------------------------------------

    Top