Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31972L0274

    Id-Direttiva tal-Kunsill tal-20 ta' Lulju 1972 li temenda d-Direttivi ta' l-14 Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-pitravi, taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċereali, tal-patata taż-żrigħ, id-Direttiva tat-30 Ġunju 1969 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa ta' pjanti taż-żejt u tal-fibra u d-Direttivi tad-29 Settembru 1970 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-ħaxix u dwar il-katalgu komuni ta' varjetajiet ta' speċi agrikoli

    ĠU L 171, 29.7.1972, p. 37–38 (DE, FR, IT, NL)
    Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1972(III) P. 763 - 764

    Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (DA, EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1972/274/oj

    31972L0274



    Official Journal L 171 , 29/07/1972 P. 0037 - 0038
    Danish special edition: Series I Chapter 1972(III) P. 0724
    English special edition: Series I Chapter 1972(III) P. 0763
    Greek special edition: Chapter 03 Volume 8 P. 0091
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 6 P. 0052
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 6 P. 0052
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 4 P. 0227
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 4 P. 0227


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    tal-20 ta' Lulju 1972

    li temenda d-Direttivi ta' l-14 Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-pitravi, taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċereali, tal-patata taż-żrigħ, id-Direttiva tat-30 Ġunju 1969 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa ta' pjanti taż-żejt u tal-fibra u d-Direttivi tad-29 Settembru 1970 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-ħaxix u dwar il-katalgu komuni ta' varjetajiet ta' speċi agrikoli

    (72/274/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 43 u 100 tiegħu;

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew;

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali,

    Billi huwa xieraq, għar-raġunijiet elenkati hawn taħt, li jiġu emendati ċerti disposizzjonijiet tad-Direttivi tal-Kunsill ta’ l-14 Ġunju 1966, kif l-aħħar emendati bid-Direttiva tat-30 Marzu 1971 [1], dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pitravi [2], dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf [3], dwar il-kummerċ taż-żerriegħa taċ-ċereali [4] u dwar il-kummerċ tal-patata taż-żrigħ [5], id-Direttiva tal-Kunsill tat-30 Ġunju 1969 [6] dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra, kif emendata bid-Direttiva tat-30 Marzu 1971, u d-Direttiva tal-Kunsill tad-29 Settembru 1970 [7] dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-ħaxix, kif emendata bid-Direttiva tat-30 Marzu 1971, u d-Direttiva tal-Kunsill tad-29 Settembru 1970 [8] dwar il-katalgu komuni ta' varjetajiet ta' speċi agrikoli;

    Billi bosta mid-Direttivi fuq imsemmija jipprovdu li mill-1 Lulju 1972, l-ekwivalenza ta' żerriegħa u xtieli żgħar maħsuda f'pajjiżi terzi ma tistax tkun aktar determinata mill-Istati Membri individwalment; billi, peress illi ma kienx possibbli fil-każi kollha li jitlestew l-eżamijiet li għandhom x'jaqsmu mad-determinazzjoni tal-Komunità dwar l-ekwivalenza, il-limitu ta' żmien imsemmi hawn fuq għandu jkun estiż sabiex ikun evitat taħwid firr-relazzjonijiet preżenti tal-kummerċ;

    Billi d-Direttivi dwar il-kummerċ taż-żerriegħa u x-xtieli żgħar japprovaw biss prodotti li joriġinaw mill-Istati Membri u li jissodisfaw il-ħtiġiet ta' dawk id-Direttivi jew tal-prodotti li joriġinaw f'pajjiżi terzi u huma magħrufa bħala ekwivalenti għall-prodotti tal-Komunità;

    Billi għandu jkun possibbli wkoll li jkun hemm kummerċ fil-prodotti li joriġinaw f'pajjiżi li deħlin fil-Komunità iżda li ma jdaħħlux dawk id-Direttivi fis-seħħ immedjatament malli jidħlu, billi huwa għalhekk meħtieġ li jsiru provvedimenti xierqa;

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Id-data ta' l-1 Lulju 1973 għandha tkun sostitwita minflok id-data ta' l-1 Lulju 1972 fit-tieni sentenza ta' l-Artikolu 16 (2) tad-Direttiva ta' l-14 Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pitravi, fit-tieni sentenza ta' l-Artikolu 16 (2) tad-Direttiva ta' l-14 Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf, fit-tieni sentenza ta' l-Artikolu 16 (2) tad-Direttiva tal-14 Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa taċ-ċereali u fit-tieni sentenza ta' l-Artikolu 15 (2) tad-Direttiva ta' l-14 Ġunju 1966 dwar il-kummerċ tal-patata taż-żrigħ.

    Artikolu 2

    "3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw ukoll fir-rigward ta' kull Stat Membru ġdid mid-data tad-dħul tiegħu sad-data li fiha huwa jdaħħal fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva."

    Artikolu 3

    L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma':

    (a) id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 1, b'effett mill-1 Lulju 1972,

    (b) id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 2, mhux aktar tard mill-1 Jannar 1973.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, 20 Lulju 1972.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    T. Westerterp

    [1] ĠU Nru L 87, 17.4.1971, p. 24.

    [2] ĠU Nru 125, 11.7.1966, p. 2290/66.

    [3] ĠU Nru 125, 11.7.1966, p. 2298/66.

    [4] ĠU Nru 125, 11.7.1966, p. 2309/66.

    [5] ĠU Nru 125, 11.7.1966, p. 2320/66.

    [6] ĠU Nru L 169, 10.7.1969, p. 3.

    [7] ĠU Nru L 225, 12.10.1970, p. 7.

    [8] ĠU Nru L 225, 12.10.1970, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top