Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31971L0349

    Id-Direttiva tal-Kunsill tat-12 ta' Ottubru 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-kalibrar tat-tankijiet ta' bastimenti

    ĠU L 239, 25.10.1971, p. 15–21 (DE, FR, IT, NL)
    Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1971(III) P. 865 - 872

    Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (DA, EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/07/2011; Imħassar b' 32011L0017

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1971/349/oj

    31971L0349



    Official Journal L 239 , 25/10/1971 P. 0015 - 0021
    Finnish special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0088
    Danish special edition: Series I Chapter 1971(III) P. 0767
    Swedish special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0088
    English special edition: Series I Chapter 1971(III) P. 0865
    Greek special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0227
    Spanish special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0105
    Portuguese special edition Chapter 13 Volume 2 P. 0105


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    tat-12 ta' Ottubru 1971

    dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-kalibrar tat-tankijiet ta' bastimenti

    (71/349/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu;

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1];

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2];

    Billi f'bosta Stati Membri, disposizzjonijiet mandatarji jistabbilixxu l-metodi li bihom it-tankijiet, inklużi l-bunkers tal-karburanti likwidu, ta' bastimenti ta' passaġġi fuq l-ilma interni u ta' coasters nazzjonali u internazzjonali jistgħu jiġu kkalibrati u użati sabiex ikejlu l-kontenut tagħhom; billi dawn il-ħtiġiet huma differenti minn Stat Membru għal ieħor u b'hekk ikun ostakolat ir-rikonoxximent mill-Istati Membri kollha ta' kejl li jkun sar permezz ta' tank ikkalibrat minn wieħed minnhom;

    Billi ostakoli bħal dawn għall-istabbiliment u l-funzjonament tajjeb tas-suq komuni jistgħu jkunu mnaqqsa u anki eliminati jekk l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġiet, jew b'mod supplimentari għall-liġijiet eżistenti tagħhom jew minflokhom;

    Billi l-ħtiġiet tal-Komunità li għandhom x'jaqsmu mal-metodu ta' kalibrar deskritt f'din id-Direttiva jiżguraw li l-kwantità ta' likwidu fit-tankijiet ikkalibrati b'dan il-metodu tista' tiġi mkejla fil-ħinijiet kollha u bi preċiżjoni biżżejjed;

    Billi l-kalibrar tat-tankijiet tal-bastimenti huwa komparabbli mal-proċedura tal-verifika inizjali għal strumenti ta' kejl; billi ċerti disposizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta' Lulju 1971 [3] dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' disposizzjonijiet kemm għal strumenti ta' kejl kif ukoll għal metodi ta' kontroll metroloġiku jistgħu għalhekk jiġu applikati b'mod xieraq f'din il-materja;

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Din id-Direttiva għandha x'taqsam mal-kalibrar tal-KEE tat-tankijiet ta' bastimenti ta' passaġġi ta' l-ilma interni u ta' coasters.

    "Kalibrar tal-KEE" tfisser kalibrar imwettaq minn Stat Membru bi qbil ma' din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    Ir-riżultati ta' ħidmiet ta' kalibrar għandhom jiġu rrekordajti f'ċertifikat ta' kalibrar tal-KEE, f'konformità ma' l-Annessi.

    Stati Membri għandhom jagħtu l-istess valur liċ-ċertifikat ta' kalibrar tal-KEE daqs id-dokumenti nazzjonali korrispondenti.

    Artikolu 3

    L-istrumenti ta' kejl użati sabiex jistabbilixxu l-livell tal-likwidu f'tankijiet ikkalibrati bi qbil ma' din id-Direttiva għandhom ikunu addattati b'mod speċjali għal dan l-għan.

    Għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet tad-direttiva separata relevanti.

    Proviżorjament, iżda, jistgħu jiġu użati strumenti jekk ikunu aċċettati mis-servizz kompetenti fl-Istat Membru fejn jiġi stabbilit il-livell tal-likwidu.

    L-arranġament proviżorju għandu jintemm sena wara d-data stabbilita għad-dħul fis-seħħ tad-direttiva separata dwar l-istrumenti in kwistjoni.

    Artikolu 4

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva fi żmien tmintax-il xahar minn notifikazzjoni tagħha u għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b'dan.

    2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-test tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni.

    Artikolu 5

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fil-Lussemburgu, it-12 ta' Ottubru 1971.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    L. Viglianesi

    [1] ĠU Nru C 108, 19.10.1968, p. 36.

    [2] ĠU Nru C 4, 14.1.1968, p. 2.

    [3] ĠU Nru L 202, 6.9.1971, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    ĦTIĠIET ĠENERALI LI GĦANDHOM X'JAQSMU MAL-KALIBRAR TAT-TANKIJIET TA' BASTIMENTI

    1. Il-kapaċità tat-tankijiet għandha tiġi stabbilita:

    - jew bit-trasferiment ta' ilma jew likwidu adatt ieħor, li l-volum tiegħu jkun imkejjel b'kejl jew apparat ta' kejl b'meters ikkalibrati speċjalment għal dan l-għan,

    - jew b'kalkolazzjoni fuq il-bażi tad-dimensjonijiet tat-tank, kif stabbilit; din il-ħidma għandha tkun issupplimentata fejn ikun possibbli, bi cross check parzjali bl-użu ta' volumi mkejla ta' likwidu.

    2. Il-ħidmiet ta' kalibrar għandhom isiru b'tali mod u bi strumenti ta' tali preċiżjoni li l-iżbalji relattivi fir-rigward tal-kapaċitajiet dikjarati fid-dokumenti maħruġa ma jaqbżux:

    (a) bħala regola ġenerali: ± 3/1000 tal-kapaċità indikata

    (b) b'mod eċċezzjonali, fil-każ ta' tankijiet ta' għamla kkumplikata ħafna li ma jistgħux ikunu kkalibrati bi trasferiment: ± 5/1000 tal-kapaċità indikata.

    3. Ir-riżultati tal-ħidmiet ta' kalibrar għandhom jiġu rrekordjati f'ċertifikat ta' kalibrar li jkun akkompanjat b'dijagrammi jew tabelli li juru, b'mod partikolari, il-volum ta' likwidu, espress f'litri jew deċimetri kubi jew metri kubi, li jkun fit-tank meta l-livell tal-wiċċ liberu tal-likwidu jkun f'għoli partikolari, espress f'ċentimetri jew deċimetri, fuq il-wiċċ vertikali tal-kejl tat-tul.

    It-tabelli ta' ċentimetri jew deċimetri jistgħu jkunu ssupplimentati b'tabella ta' interpolazzjoni millimetrika.

    Dawn id-dokumenti għandhom jikkonformaw ma' l-Annessi II, III u IV.

    4. Għandha titwaħħal pjanċa ta' kalibrar fuq kull tank, qrib il-fetħa tal-kejl.

    Għandha turi l-informazzjoni li ġejja:

    a) in-numru tat-tank,

    b) l-għoli ta' referenza totali H,

    ċ) in-numru taċ-ċertifikat ta' kalibrar.

    Għandha tkun magħmula minn materjal reżistenti biżżejjed u tkun issiġillata billi titwaħħal il-marka tas-siġill tal-KEE tal-biċċiet taċ-ċomb ipprovduti għal dan l-għan, b'tali mod li ma tkunx tista' titneħħa mingħajr ma ssir ħsara lill-marka.

    Il-karatteristiċi u l-mudell tal-marka tas-siġill tal-KEE għandhom ikunu dawk stabbiliti għall-marka ta' verifika tal-KEE parzjali bl-Artikolu 10 (2) u l-Anness 11.3 tad-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta' Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mad-disposizzjonijiet kemm għall-istrumenti ta' kejl kif ukoll għall-metodi ta' kontroll metroloġiku.

    L-Artikolu 12 ta' dik id-Direttiva huwa applikabbli, mutatis mutandis.

    5. Iċ-ċertifikat ta' kalibrar ma għandux jinħareġ sakemm il-kostruzzjoni u l-arranġament tat-tankijiet u tal-pajpijiet li jgħaqqdu ma jkunux tali li taħt kondizzjonijiet ta' tħaddim normali tal-bastiment, it-tankijiet u pajpijiet li jikkonnettjaw jistgħu, bla diffikultà, jiġu mbattla għal kollox jew mimlija għal kollox mingħajr ma tinqabad l-arja 'l fuq mill-likwidu li jkun qiegħed jiġi mkejjel jew fih, taħt il-livell li fih it-tank jiġi meqjus mimli.

    Jekk jitħallew eċċezzjonijiet, jew jekk ikollhom jittieħdu kwalunkwe prekawzjonijiet sabiex jiżguraw kejl korrett, dawn għandhom jissemmew fiċ-ċertifikat ta' kalibrar.

    6. Il-wiċċ vertikali tal-kejl ta' tul li fih jiġi stabbilit l-għoli tal-likwidu għandu jgħaddi, bħala regola ġenerali, bejn wieħed u ieħor miċ-ċentru ta' gravità tat-taqsimiet orizzontali tat-tank, f'kull parti fejn jista' jinħoloq wiċċ liberu tal-likwidu meta jsir il-kejl taħt kondizzjonijiet normali ta' użu

    Jekk din il-kondizzjoni ma tiġix sodisfatta minħabba l-karatteristiċi ta' kostruzzjoni tat-tank, għandu jkun speċifikat fuq iċ-ċertifikat ta' kalibrar li l-livell tal-likwidu fit-tank jista' jkun stabbilit biss meta l-bastiment ma jkollu l-ebda żjieda għall-bilanċ tal-piż u l-ebda tmejjil fuq ġenb (zero trim and heel).

    Il-fus ta' apparat ta' gwida jistabbilixxi l-pożizzjoni vertikali tal-kejl.

    Dan l-apparat għandu jiżgura l-ippustjar korrett tal-kejl; ma għandu jkun hemm l-ebda żball sistematiku ta' kejl li jirriżulta mill-mod li bih ikun mibni. Il-pjan orizzontali mit-tarf ta' fuq ta' l-apparat ta' gwida jkun id-datum ta' referenza. Id-distanza minn dan il-pjan għall-pjanċa ta' kuntatt orizzontali u li ma tistax titneħħa ppustjata b'mod vertikali taħt id-datum hija msejħa "l-għoli ta' referenza totali H" u għandha tkun ikkwotata fil-parti ta' fuq ta' kull tabella.

    Għandha tittieħed kull prekawzjoni sabiex ikun żgurat li kemm il-pożizzjoni tad-datum ta' referenza f'relazzjoni mat-tank u l-għoli ta' referenza totali H, ikunu virtwalment invarjabbli.

    Il-marka tas-siġill tal-KEE għandha titwaħħal mad-datum ta' referenza.

    7. Waqt li jittieħed kont ta’:

    (a) l-preċiżjoni li biha ġew stabbiliti l-volumi speċifikati fit-tabelli,

    (b) il-preċiżjoni li biha jista' jiġi stabbilit il-livell tal-wiċċ liberu tal-likwidu fit-tankijiet, iċ-ċertifikat ta' kalibrar juri l-preċiżjoni relattiva ta' l-użu tat-tankijiet sabiex jiġi stabbilit il-volum ta' likwidu li jesgħu.

    Fil-każ li hemm referenza għalih f'punt 2 (a) ta' dan l-Anness, in-nuqqas ta' preċiżjoni relattiva ma jistax jaqbeż ± 5/1000 tal-volum speċifikat fit-tabella; fil-każ li hemm referenza għalih f'2(b), ma jistax jaqbeż ± 8/1000 tal-volum speċifikat fit-tabella.

    L-għoli minimu li jista' jitkejjel għandu jiġi ffissat għal mhux inqas minn 500 mm.

    8. Il-marki tas-siġill, iċ-ċertifikati ta' kalibrar u t-tabelli ta' kalibrar jieqfu milli jibqgħu validi

    - wara tnax-il sena,

    - jew malli t-tank ikun ġie deformat, jew ikun ġie msewwi jew mibni mill-ġdid, b'tali mod li jistgħu jinbidlulu l-karatteristiċi ta' kejl tiegħu.

    Ix-xahar u s-sena finali tal-perjodu ta' validità ta' tnax-il xahar relevanti, huma speċifikati fil-parti ta' fuq taċ-ċertifikat u ta' kull tabella.

    Ċertifikati u tabelli għandhom jiġġeddu biss wara kalibrar mill-ġdid.

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    NOTAMENTI TA' KALIBRAR

    In-notamenti ta' kalibrar, maħruġ minn awtorità metroloġika kompetenti, għandha tkun magħmula mid-dokumenti li ġejjin:

    1. Iċ-ċertifikat ta' kalibrar propja, li jagħti:

    (a) l-isem u l-indirizz ta' l-awtorità kompetenti li toħroġ iċ-ċertifikat;

    (b) l-isem u pożizzjoni ta' l-operatur;

    (ċ) in-numru tas-serje taċ-ċertifikat (li jiġi riprodott fuq id-dokumenti l-oħra kollha u fuq il-pjanċi ta' kalibrar);

    (d) id-data ta' ħruġ taċ-ċertifikat u l-indirizz tal-post tax-xogħol ta' l-uffiċjal ta' kalibrar;

    (e) id-data ta' meta jiskadi ċ-ċertifikat;

    (f) l-identità tal-bastiment (l-isem, in-numru ta' reġistrazzjoni, l-isem u l-indirizz tas-sid u s-sena ta' kostruzzjoni);

    (g) lista u n-natura tad-dokumenti mehmuża;

    (h) il-gruppi tat-tankijiet li għalihom tista' tintuża l-istess tabella;

    (i) indikazzjoni tat-tankijiet li fihom ikun hemm riċevituri tad-dranaġġ jew heaters;

    (j) il-kapaċità totali;

    (k) il-preċiżjoni tar-riżultati mogħtija fit-tabelli;

    (l) il-preċiżjoni fl-użu tar-rekord ta' kalibrar sabiex jiġu stabbiliti l-volumi tal-likwidu miżmumin f'tankijiet;

    (m) l-għoli minimu li jista' jitkejjel.

    2. Dijagramma Nru 1 li turi l-pożizzjoni tat-tankijiet fil-bastiment, u għal kull tank l-għoli ta' referenza totali H, l-ippustjar tal-kejl u l-pożizzjoni ta' dan ta' l-aħħar f'relazzjoni mal-paratija ta' quddiem tat-tank u għall-paratija jew pjan lonġitudinali medjan.

    3. Dijagramma Nru 2, minħabba li hi cross-section transversali tat-tankijiet li turi, b'mod partikolari, ir-raġġ tas-sentina, il-kamber, l-għoli tat-trunk u l-metodu ta' kostruzzjoni ta' l-apparat ta' gwida.

    4. Fil-każ ta' bastiment li jkollu heaters jew riċevituri tad-dranaġġ ġewwa t-tankijiet tiegħu, Dijagramma Nru 3 li tagħti lvolum meħud minn dawn il-heaters jew riċevituri u l-volum ta' likwidu li jista' jinżamm f'dawn ta' l-aħħar, minn sluice-valve għal sluice-valve.

    5. Għal kull tank jew grupp ta' tankijiet simili, tabella ta' volum f'ċentimetri jew deċimetri li jkun fiha indikazzjoni ta' l-għoli ta' referenza totali H u d-data ta' skadenza u, fejn tkun ipprovduta, tabella ta' interpolazzjoni millimetrika.

    --------------------------------------------------

    ANNESS III

    MUDELL TA' ĊERTIFIKAT TA' KALIBRAR

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    ANNESS IV

    MUDELL TA’ TABELLA TA’ KALIBRAR

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top