Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31968R0260

    Ir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 tal-Kunsill tad-29 ta' Frar, 1968, li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej

    ĠU L 56, 4.3.1968, p. 8–10 (DE, FR, IT, NL)
    Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1968(I) P. 37 - 39

    Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (DA, EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 03/10/2002

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1968/260/oj

    31968R0260



    Official Journal L 056 , 04/03/1968 P. 0008 - 0010
    Finnish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0045
    Danish special edition: Series I Chapter 1968(I) P. 0037
    Swedish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0045
    English special edition: Series I Chapter 1968(I) P. 0037
    Greek special edition: Chapter 01 Volume 1 P. 0115
    Spanish special edition: Chapter 01 Volume 1 P. 0136
    Portuguese special edition Chapter 01 Volume 1 P. 0136


    Ir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 tal-Kunsill

    tad-29 ta' Frar, 1968,

    li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi Kunsill Wieħed u Kummissjoni Waħda tal-Komunitajiet Ewropej;

    Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 13 tiegħu;

    Wara li kkunsidra il-propsta tal-Kummissjoni,

    Billi jeħtieġ li jkunu stabbiliti l-kondizzjonijiet u l-proċedura li bihom is-salarji, il-pagi, u l-emolumenti ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet, u ta' persuni li għalihom japplika wkoll l-Artikolu 13 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet, għandhom ikunu soġġetti għat-taxxa ffissata b'dak l-Artikolu;

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    It-taxxa fuq salarji, pagi u emolumenti mħallsa mill-Komunitajiet lill-uffiċjali u mpjegati oħra tagħhom, li tidher fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 13 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, għandha tkun iffissata skond il-kondizzjonijiet u miġbura skond il-proċedura stabbiliti b'dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dawn li ġejjin huma soġġetti għat-taxxa:

    - persuni li huma soġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal għal Uffiċjali jew għall-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg ta' Ħaddiema Oħra tal-Komunitajiet, magħduda dawk li jirċievu l-kumpens mogħti lil min jitneħħa mill-impjieg fl-interess tas-servizz, iżda mingħajr ma jkun magħdud persunal lokali;

    - min jirċievi kumpens għal terminazzjoni ta' servizz kif provdut fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 [1].

    Artikolu 3

    1. It-taxxa għandha titħallas kull xahar fuq salarji, pagi u emolumenti mħallsa mill-Komunitajiet lil kull persuna soġġetta għaliha.

    2. Iżda, flejjes u allowances, kemm jekk imħallsa f'ammont wieħed u kemm jekk ma jkunux, li jirrappreżentaw kumpens għal spejjeż magħmula fil-qadi ta' dmirijiet uffiċjali, m'għandhomx jingħaddu ma' l-ammont bażiku taxxabbli.

    3. L-allowance tal-familja u benefiċċji soċjali li jidhru fil-lista hawn taħt għandhom jitnaqqsu mill-ammont bażiku taxxabbli:

    (a) allowances tal-familja:

    - allowance lill-kap tal-familja,

    - allowance għal wild dipendenti,

    - allowance għall-edukazzjoni,

    - allowance tat-twelid;

    (b) assistenza soċjali;

    (ċ) allowances imħallsa minħabba mard relatat mal-post tax-xogħol jew aċċident;

    (d) dik il-parti ta' kull ħlas li tirrappreżenta allowances tal-familja.

    L-ammont li jitnaqqas għandu jkun iffissat wara li jitqiesu, fejn jixraq, id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 5.

    4. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 5, għandhom jitnaqqsu 10 % ta' l-spejjeż relatati mal-post tax-xogħol jew personali mill-ammont miksub wara li jkunu applikati d-disposizzjonijiet ta' qabel dan il-paragrafu.

    Għandu jsir tnaqqis addizzjonali li jkun id-doppju ta' l-ammont ta' l-allowance għal wild dipendenti għal kull wild dipendenti tal-persuna soġġetta għat-taxxa, kif ukoll għal kull persuna meqjusa bħala wild dipendenti skond it-tifsira ta' l-Artikolu 2(4) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal.

    5. Tnaqqis mir-rimunerazzjoni lil persuni soġġetti għat-taxxa minħabba penzjonijiet jew allowances ta' irtirar jew ta' sigurtà soċjali għandu jsir mill-ammont bażiku taxxabbli.

    Artikolu 4

    It-taxxa għandha tkun kalkolata, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 5, fuq l-ammont taxxabbli miksub wara li jkun applikat l-Artikolu 3, u mingħajr ma jitqies kull ammont li ma jeċċedix 803 FB, u billi tkun applikata r-rata ta':

    8 % | tal-frazzjoni inkluża bejn | 803 u 14178 FB |

    10 % | tal-frazzjoni inkluża bejn | 14179 u 19528 FB |

    12,50 % | tal-frazzjoni inkluża bejn | 19529 u 22380 FB |

    15 % | tal-frazzjoni inkluża bejn | 22381 u 25413 FB |

    17,50 % | tal-frazzjoni inkluża bejn | 25414 u 28265 FB |

    20 % | tal-frazzjoni inkluża bejn | 28266 u 31030 FB |

    22,50 % | tal-frazzjoni inkluża bejn | 31031 u 33883 FB |

    25 % | tal-frazzjoni inkluża bejn | 33884 u 36648 FB |

    27,50 % | tal-frazzjoni inkluża bejn | 36649 u 39500 FB |

    30 % | tal-frazzjoni inkluża bejn | 39501 u 42265 FB |

    32,50 % | tal-frazzjoni inkluża bejn | 42266 u 45118 FB |

    35 % | tal-frazzjoni inkluża bejn | 45119 u 47883 FB |

    40 % | tal-frazzjoni inkluża bejn | 47884 u 50735 FB |

    45 % | tal-frazzjoni superjuri għal 50735 FB |

    Artikolu 5

    Meta salarji, pagi u emolumenti jkunu soġġetti għal fattur korrettiv:

    - l-ammont ta' kull element magħdud fil-kalkolazzjoni tat-taxxa, ħlief għat-tnaqqis magħmul mir-rimunerazzjoni lil persuni soġġetti għat-taxxa minħabba penzjonijiet jew allowances ta' irtirar jew ta' sigurtà soċjali, għandu jinkiseb, għall-fini ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, billi jkun applikat il-fattur korrettiv għall-ammont ta' l-element kalkolat qabel ma jkun applikat il-fattur korrettiv għar-rimunerazzjoni;

    - l-ammont ta' tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 3(4) għandu jinkiseb billi jkun applikat il-fattur korrettiv għall-ammonti ta' tnaqqis kif kalkolati qabel ma jkun applikat kull fattur korrettiv għar-rimunerazzjoni;

    - l-ammonti ta' dħul murija fl-Artikolu 4 għandhom ikunu soġġetti għall-fattur korrettiv.

    Artikolu 6

    1. B'deroga mid-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 3 u 4:

    (a) is-somom imħallsa

    - bħala kumpens għal sahra,

    - għal xogħol li jkun partikolarment iebes,

    - għal servizzi eċċezzjonali,

    - għal invenzjonijiet bi privattiva,

    għandhom ikunu kkalkolati għall-finijiet tat-taxxa bir-rata li, fix-xahar ta' qabel dak li fih isir il-ħlas, kienet tapplika għall-ogħla ammont taxxabbli tar-rimunerazzjoni ta' l-uffiċjal;

    (b) ħlasijiet magħmula minħabba terminazzjoni ta' servizz għandhom ikunu ntaxxati, wara li jkun applikat it-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 3(4), b'rata ugwali għal żewġ terzi tal-proporzjon eżistenti, fiż-żmien ta' l-aħħar ħlas tas-salarju, bejn:

    - l-ammont ta' taxxa li għandu jitħallas, u

    - l-ammont bażiku taxxabbli kif imfisser fl-Artikolu 3.

    2. L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament m'għandhiex ikollha l-effett li tnaqqas salarji, pagi jew emolumenti ta' kull xorta mħallsa mill-Komunitajiet għal ammont li jkun anqas mill-minimu tar-rata ta' livell ta' għajxien kif imfisser fl-Artikolu 6 ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal għal Uffiċjali tal-Komunitajiet.

    Artikolu 7

    Meta l-ħlas taxxabbli jkun għal perjodu ta' anqas minn xahar, ir-rata tat-taxxa għandha tkun dik applikabbli għall-ħlas tax-xahar korrispondenti.

    Meta l-ħlas taxxabbli jkun għal perjodu ta' aktar minn xahar it-taxxa għandha tkun kalkolata daqs li kieku dak il-ħlas kien maqsum indaqs għax-xhur li għalihom jirreferi.

    Ħlasijiet korrettivi li ma jkunux jirreferu għax-xahar li matulu jkunu tħallsu għandhom ikunu soġġetti għat-taxxa li kienu jkunu soġġetti għaliha kieku l-ħlasijiet saru f'waqthom.

    Artikolu 8

    It-taxxa għandha tinġabar minn ras il-għajn. L-ammont għandu jkun arrotondat ‘l isfel.

    Artikolu 9

    Id-dħul mit-taxxa għandu jidher bħala dħul fl-estimi tal-Komunitajiet.

    Artikolu 10

    Il-korpi li jmexxu l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet għandhom jikkooperaw bejniethom biex dan ir-Regolament ikun applikat b'mod uniformi.

    Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta kull disposizzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 11

    Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll:

    - għall-membri tal-Kummissjoni,

    - Imħallfin, Avukati Ġenerali, Reġistratur u Assistenti Relaturi tal-Qorti tal-Ġustizzja,

    - għall-membri tal-Bord tal-Verifika.

    Artikolu 12

    Dan ir-Regolament għandu japplika għall-membri ta' l-organi tal-Bank ta' Investiment Ewropew u għall-membri tal-persunal tiegħu, u għal riċevituri ta' ħlas ta' penzjonijiet mill-Bank, li huma nklużi fil-kategoriji stabbiliti mill-Kunsill bl-applikazzjoni ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 16 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet, fir-rigward ta' salarji, pagi u emolumenti, u għall-penzjonijiet imħallsa mill-Bank għal disabilità, irtirar u lil superstiti.

    Artikolu 13

    Il-kumpens u l-ħlasijiet imsemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 32 (KEE) 12 (KEEA) [2] għandhom ikunu eżenti mit-taxxa.

    Artikolu 14

    Ir-Regolament Nru 32 (KEE, 12 (KEEA) huwa b'dan imħassar.

    Artikolu 15

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, 29 ta' Frar, 1968.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. Couve De Murville

    [1] ĠU L 56, ta' l-4.3.1968, p. 1.

    [2] ĠU C 45, ta' l-14.6.1962, p. 1461/62.

    --------------------------------------------------

    Top