EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31966R0121

Ir-Regolament Nru 121/66/KEE tal-Kunsill tat-28 ta' Lulju 1966 li jistabbilixxi l-lista ta' postijiet li għalihom tista' tingħata allowance għall-kera, l-ammont massimu ta' dik l-allowance u r-regoli biex tingħata

ĠU 150, 12.8.1966, p. 2749–2750 (DE, FR, IT, NL)
Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1965-1966 P. 212 - 213

Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (DA, EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/10/2005; Imħassar b' 32005R1734

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1966/121/oj

31966R0121



Official Journal 150 , 12/08/1966 P. 2749 - 2750
Finnish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0029
Swedish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0029
Danish special edition: Series I Chapter 1965-1966 P. 0185
English special edition: Series I Chapter 1965-1966 P. 0212
Greek special edition: Chapter 01 Volume 1 P. 0097
Spanish special edition: Chapter 01 Volume 1 P. 0113
Portuguese special edition Chapter 01 Volume 1 P. 0113


Ir-Regolament Nru 121/66/KEE tal-Kunsill

tat-28 ta' Lulju 1966

li jistabbilixxi l-lista ta' postijiet li għalihom tista' tingħata allowance għall-kera, l-ammont massimu ta' dik l-allowance u r-regoli biex tingħata

Il-Kunsill tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,

Il-Kunsill tal-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament nru 31 (KEE), 11 (KEEA) [1] dwar ir-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta' l-impieg applikabbli għall-Aġenti oħrajn tal-Komunità Ekonomika Ewropea u tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u partikolarment l-Artikolu 14a ta' l-Anness VII għall dawk ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikoli 22 u 67 ta' dawk il-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg:

Wara li kkunsidraw il-proposti mill-Kummissjoni tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Kummissjoni tal-Komunità Ekonomika Ewropea:

Billi huwa għall-Kunsilli, waqt li jaġixxu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 65(3) tar-Regolamenti tal-Persunal li jistabbilixxu l-postijiet li għalihom tista' tingħata allowance għall-kera, l-ammont massimu ta' dik l-allowance u r-regoli biex tingħata;

Adottaw dan ir-Regolament:

Artikolu 1

Uffiċċjal impjegat f'post fejn il-problema ta' akkomodazzjoni hija rikonoxxuta bħala waħda partikolarment diffiċli jista' jingħata allowance għall-kera taħt il-kondizzjonijiet elenkati hawn taħt.

Artikolu 2

1. Il-postijiet ta' impjieg li għalihom l-allowance imsemmija fl-Artikolu 1 tista' tinagħta għandhom ikunu:

Il-Ġermanja

Karlsruhe

Garching

Geesthacht

Franza

Pariġi

Dipartimenti ta' Hauts-de-Seine, Seine-St.-Denis, Val-de-Marne, Essonne, Yvelines, Val d ' Oise

Cadarache

Grenoble

Ir-Renju Unit

Londra

L-Isvizzera

Ġinevra.

2. Minbarra l-postijiet imsemmijja fl-paragrafu 1, allowance għall-kera tista' wkoll tingħata fir-rigward ta' postijiet fejn ma hemmx aktar minn tliet uffiċjali. F'dan il-każ, il-Kummissjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-Kunsilli u l-lista sottomessa għandha tkun ikkonsidrata bhala approvata jekk fi żmien sitt ġimgħat l-ebda delegazzjoni ma tkun uriet ix-xewqa li tikkontesta l-għoti ta' allowance għall-kera fir-rigward ta' dawk il-postijiet.

Artikolu 3

Qabel ma tagħti xi allowance, l-awtorità li taħtar għandha tara jekk l-akkomodazzjoni tkunx addattata għall-ħtiġiet ta' l-uffiċjal, meta jkunu kkonsidrati r-responsabbiltajiet tiegħu u ċ-ċirkustanzi familjari tiegħu, u l-għadd ta' dipendenti li attwalment jgħixu miegħu. Fejn ikun xieraq, tista' tistabbilixxi limitu fuq l-ammont ta' kera li tista' tkun ikkonsidrata biex tiġi kkalkolata l-allowance għall-akkomodazzjoni.

Artikolu 4

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 3, allowance għall-kera għandha tingħata lil uffiċċjal li l-kera tiegħu ta' kull xahar, apparti, fejn xieraq, l-ispiża ta' servizzi bħas-sistema ta' tisħin, ta' l-ilma, tal-gass, ta' l-elettriku u tal-manutenzjoni, tammonta għal aktar minn:

18 % | għal uffiċjali li jitilgħu sa, u jinkludu, l-grad B2 |

20 % | għal uffiċjali minn grad B1 sa grad A4 |

22 % | għal uffiċjali li huma ta' livell ogħla minn grad A4 |

Ta' l-emolumenti totali tiegħu kif determinati hawn taħt.

L-emolumenti totali għandhom jikkonsistu fis-salarju bażiku flimkien ma' allowance ta' l-espatrijazzjoni u l-allowance tal-kap ta' familja, bit-tnaqqis tat-tnaqqis obbligatorju immsemmija fl-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal u t-taxxa tal-Komunità. L-ammont li jirriżulta minn dan għandu jkun aġġustat bill-fattur korrettiv applikabbli fil-post ta' l-impieg ta' l-uffiċċjal ikkonċernat.

Artikolu 5

L-Istituzzjoni għandha tkun responsabbli għal dik il-parti tal-kera li teċċedi l-persentaġġi indikati fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 4 sa:

50 % | għal uffiċċjal mhux miżżewweġ li huwa kap ta' familja mingħajr dipendenti: |

55 % | għal uffiċċjal li huwa kap ta' familja b'dipendenti wieħed; |

60 % | għal uffiċċjal li huwa kap ta' familja b'aktar minn dipendenti wieħed; |

Fejn l-espressjoni "dipendenti" għandha t-tifsira mogħtija fl-Artikolu 2 ta' l-Anness VII għar-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 6

L-allowances għall-kera ma għandhom fl-ebda każ jeċċedu l-5 % ta' l-emolumenti totali indikati fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 4.

Artikolu 7

Dan ir-Regolament għandu jidhol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1966.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-28 ta' Lulju 1966.

Għall-Kunsilli

Il-President

S. A. Posthumus

[1] ĠU C 45, ta' l-14.6.1962, p. 1385/62.ĠU C 47, ta' l-24.3.1965, p. 701/65.

--------------------------------------------------

Top