Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22018D1057

    Id-Deċiżjoni Nru 61/2018 tal-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim ta' Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka tal-5 ta' Ġunju 2018 relatata mal-Elenkar ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika [2018/1057]

    ĠU L 189, 26.7.2018, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/1057/oj

    26.7.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 189/25


    ID-DEĊIŻJONI Nru 61/2018 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT SKONT IL-FTEHIM TA' GĦARFIEN REĊIPROKU BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA

    tal-5 ta' Ġunju 2018

    relatata mal-Elenkar ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika [2018/1057]

    IL-KUMITAT KONĠUNT,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar l-Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka u b'mod partikolari l-Artikoli 7 u 14;

    Billi l-Kumitat Konġunt għandu jieħu d-deċiżjoni li jelenka Korp jew Korpi ta' Valutazzjoni tal-Konformità taħt Anness Settorjali;

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    1.

    Il-Korp ta' Valutazzjoni tal-Konformità fl-Hemża A qed jiżdied mal-lista ta' Korpi ta' Valutazzjoni tal-Konformità fil-kolonna “Aċċess tal-KE għas-suq tal-Istati Uniti” fit-Taqsima V tal-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika.

    2.

    Il-kamp ta' applikazzjoni speċifiku tal-elenkar, fir-rigward ta' prodotti u proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità, tal-Korp ta' Valutazzjoni tal-Konformità indikat fl-Hemża A ġie miftiehem mill-Partijiet u se jinżamm minnhom.

    Din id-Deċiżjoni, magħmula f'żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata minn rappreżentanti tal-Kumitat Konġunt li huma awtorizzati biex joperaw f'isem il-Partijiet għall-finijiet tal-emendar tal-Ftehim. Din id-Deċiżjoni għandha tkun effettiva minn dakinhar tal-aħħar waħda minn dawn il-firem.

    F'isem l-Istati Uniti tal-Amerka

    James C. SANFORD

    Iffirmata f'Washington DC, fit-30 ta' Mejju 2018

    F'isem l-Unjoni Ewropea

    Ignacio IRUARRIZAGA

    Iffirmata fi Brussell, fil-5 ta' Ġunju 2018


    HEMŻA A

    Korp ta' Valutazzjoni tal-Konformità tal-KE miżjud mal-lista ta' Korpi ta' Valutazzjoni tal-Konformità fil-kolonna “Aċċess tal-KE għas-suq tal-Istati Uniti” fit-Taqsima V tal-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika

    Istituto Italiano del Marchio di Qualità S.p.A.

    (IMQ S.p.A.)

    Via Quintiliano, 43

    20138 Milano

    ITALY


    Top