This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22017D0465
Decision No 45/2016 of the Joint Committee established under the Agreement on mutual recognition between the European Community and the United States of America of 1 March 2017 related to the listing of Conformity Assessment Bodies under the Sectoral Annex for Electromagnetic Compatibility [2017/465]
Id-Deċiżjoni Nru 45/2016 tal-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim ta' Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka tal-1 ta' Marzu 2017 relatata mal-elenkar ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika [2017/465]
Id-Deċiżjoni Nru 45/2016 tal-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim ta' Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka tal-1 ta' Marzu 2017 relatata mal-elenkar ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika [2017/465]
ĠU L 72, 17.3.2017, p. 72–73
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21999A0204(01) | Żieda | anness taqsima V Test | 01/03/2017 |
17.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 72/72 |
ID-DEĊIŻJONI Nru 45/2016 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT SKONT IL-FTEHIM TA' GĦARFIEN REĊIPROKU BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA
tal-1 ta' Marzu 2017
relatata mal-elenkar ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika [2017/465]
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika u b'mod partikolari l-Artikoli 7 u 14;
Billi l-Kumitat Konġunt irid jieħu deċiżjoni li jelenka Korp jew Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità taħt Anness Settorjali;
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
1. |
Il-Korp għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Hemża A qed jiżdied mal-lista ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fil-kolonna “Aċċess tal-KE għas-suq tal-Istati Uniti” fit-Taqsima V tal-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika. |
2. |
Il-kamp ta' applikazzjoni speċifiku tal-elenkar, fir-rigward ta' prodotti u proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità, tal-Korp għall-Valutazzjoni tal-Konformità indikati fl-Hemża A, ġew miftiehma mill-Partijiet u se jinżammu minnhom. |
Din id-Deċiżjoni, magħmula f'żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata minn rappreżentanti tal-Kumitat Konġunt li huma awtorizzati joperaw f'isem il-Partijiet għall-finijiet ta' emendar tal-Ftehim. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ minn dakinhar li ssir l-aħħar waħda minn dawn il-firem.
F'isem l-Istati Uniti tal-Amerika
James C. SANFORD
Iffirmat f'Washington DC, fit-13 ta' Frar 2017
F'isem l-Unjoni Ewropea
Ignacio IRUARRIZAGA
Iffirmat fi Brussell, fl-1 ta' Marzu 2017
Hemża A
Korp għall-Valutazzjoni tal-Konformità tal-KE miżjud mal-lista ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fil-kolonna “Aċċess tal-KE għas-suq tal-Istati Uniti” fit-Taqsima V tal-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika
|