This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22016D2208
Decision of the EEA Joint Committee No 173/2015 of 11 June 2015 amending Protocol 31 to the EEA Agreement, on cooperation in specific fields outside the four freedoms [2016/2208]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 173/2015 tal-11 ta' Ġunju 2015 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet [2016/2208]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 173/2015 tal-11 ta' Ġunju 2015 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet [2016/2208]
ĠU L 341, 15.12.2016, p. 74–74
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(32) | Sostituzzjoni | artikolu 5 paragrafu 13 Test | 01/01/2015 | |
Modifies | 21994A0103(32) | Sostituzzjoni | artikolu 5 paragrafu 5 Test | 01/01/2015 |
15.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 341/74 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 173/2015
tal-11 ta' Ġunju 2015
li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet [2016/2208]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE sabiex tinkludi l-kooperazzjoni dwar il-moviment ħieles tal-ħaddiema, il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u l-miżuri għall-migranti, inklużi migranti minn pajjiżi terzi. |
(2) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex ikun possibbli li dik il-kooperazzjoni estiża tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2015, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fil-paragrafi 5 u 13 tal-Artikolu 5 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, il-kliem “is-sena finanzjarja 2014” huwa sostitwit bil-kliem “is-snin finanzjarji 2014 u 2015”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2015.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(*1) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.