EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22015D2168

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 301/2014 tat-12 ta’ Diċembru 2014 li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet [2015/2168]

ĠU L 311, 26.11.2015, p. 56–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/2168/oj

26.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/56


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 301/2014

tat-12 ta’ Diċembru 2014

li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet [2015/2168]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE sabiex tinkludi r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2012/73/UEtas-6 ta’ Frar 2012 dwar il-linji gwida tal-protezzjoni tad-dejta għas-Sistema ta’ Twissija u ta’ Reazzjoni fil-Pront (EWRS) (1).

(2)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jippermetti din il-kooperazzjoni estiża.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiġi miżjud fit-tieni inċiż (id-Deċiżjoni 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill) fil-paragrafu 1 tal- Artikolu 16 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE:

“Fil-kuntest ta’ kooperazzjoni prevista taħt dan l-inċiż, l-Istati tal-EFTA għandhom jieħdu nota tal-att li ġej:

32012 H 0073: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2012/73/EUtas-6 ta’ Frar 2012 dwar il-linji gwida tal-protezzjoni tad-dejta għas-Sistema ta’ Twissija fil-Pront u ta’ Reazzjoni (EWRS) (ĠU L 36, 9.2.2012, p. 31).”

Artikolu 2

It-testi tar-Rakkomandazzjoni 2012/73/UE bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Diċembru 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropeau fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 36, 9.2.2012, p. 31.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Top