Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22015D2139

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 272/2014 tat-12 ta' Diċembru 2014 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2015/2139]

ĠU L 311, 26.11.2015, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/2139/oj

26.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 272/2014

tat-12 ta' Diċembru 2014

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2015/2139]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 186/2014 tas-26 ta’ Frar 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 823/2012 fir-rigward tad-dati ta’ skadenza tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi etossisulfuron, ossadiarġil u warfarin (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 13aa (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 823/2012) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32014 R 0186: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 186/2014 tas-26 ta' Frar 2014 (ĠU L 57, 27.2.2014, p. 22).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 186/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-13 ta' Diċembru 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 204/2014 tat-30 ta’ Settembru 2014 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 57, 27.2.2014, p. 22.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

(2)  ĠU L 202, 30.7.2015, p. 64.


Top