This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22015D1809
Decision of the EEA Joint Committee No 250/2014 of 13 November 2014 amending Protocol 31 to the EEA Agreement, on cooperation in specific fields outside the four freedoms [2015/1809]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 250/2014 tat-13 ta' Novembru 2014 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet [2015/1809]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 250/2014 tat-13 ta' Novembru 2014 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet [2015/1809]
ĠU L 263, 8.10.2015, p. 42–43
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(32) | Żieda | artikolu 7 paragrafu 9 | ||
Modifies | 21994A0103(32) | Sostituzzjoni | artikolu 7 paragrafu 3 Test | ||
Modifies | 21994A0103(32) | Sostituzzjoni | artikolu 7 paragrafu 4 Test |
8.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 263/42 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 250/2014
tat-13 ta' Novembru 2014
li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet [2015/1809]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u partikolarment l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE fl-azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-operat u l-iżvilupp tas-Suq Intern. |
(2) |
Huwa xieraq li din il-kooperazzjoni tkompli wara l-31 ta' Diċembru 2013, irrispettivament minn meta din id-Deċiżjoni tkun adottata jew jekk it-twettiq tar-rekwiżiti kostituzzjonali għal din id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, jekk ikun hemm, jiġix innotifikat wara l-10 ta' Lulju 2014. |
(3) |
Entitajiet stabbiliti fl-Istati tal-EFTA għandhom ikunu intitolati jipparteċipaw fl-attivitajiet li jibdew qabel id-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni. L-ispejjeż imġarrba għal dawn l-attivitajiet, li l-implimentazzjoni tagħhom tibda wara l-1 ta' Jannar 2014, jistgħu jitqiesu eliġibbli taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk applikabbli għal spejjeż imġarrba minn entitajiet stabbiliti fl-Istati Membri tal-UE, sakemm din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ qabel ma tintemm l-azzjoni konċernata. |
(4) |
Għalhekk, il-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat sabiex jippermetti li din il-kooperazzjoni estiża tkompli għaddejja wara l-31 ta' Diċembru 2013, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 7 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
Il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 8: “9. L-Istati tal-EFTA, mill-1 ta' Jannar 2014, jipparteċipaw fl-azzjonijiet tal-Unjoni relatati mal-linji baġitarji li ġejjin, imdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014:
L-ispejjeż imġarrba għal attivitajiet li l-implimentazzjoni tagħhom tibda wara l-1 ta' Jannar 2014, jistgħu jitqiesu eliġibbli mill-bidu tal-azzjoni taħt il-ftehim tal-għotja jew id-deċiżjoni tal-għotja konċernati, dment li d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 250/2014 ta' 13 ta' Novembru 2014 tidħol fis-seħħ qabel tmiem l-azzjoni.” |
2. |
Il-kliem “paragrafi 5, 6, 7 u 8” fil-paragrafi 3 u 4 huma ssostitwiti bil-kliem “paragrafi 5 sa 9”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).
Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2014.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2014.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(*) Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.