This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22014D0110
Decision of the EEA Joint Committee No 110/2014 of 16 May 2014 amending Protocol 31 to the EEA Agreement, on cooperation in specific fields outside the four freedoms
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 110/2014 tas- 16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 110/2014 tas- 16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet
ĠU L 310, 30.10.2014, p. 82–82
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(32) | Żieda | artikolu 4 paragrafu 2n | 01/01/2014 | |
Modifies | 21994A0103(32) | Sostituzzjoni | artikolu 4 paragrafu 3 Test | 01/01/2014 |
30.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/82 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 110/2014
tas-16 ta' Mejju 2014
li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u partikolarment l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE biex tinkludi r-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi “Eramsus+”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE (1). |
(2) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 4 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
Il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 2 m:
|
2. |
It-test tal-paragrafu 3 huwa ssostitwit b'li ġej: “L-Istati tal-EFTA jikkontribixxu finanzjarjament f'konformità mal-Artikolu 82(1)(a) tal-Ftehim għall-programmi u l-azzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 1, 2, 2a, 2b, 2c, 2d, 2e, 2f, 2 g, 2h, 2i, 2j, 2k, 2 l, 2 m u 2n.” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (*).
Tapplika mill-1 ta' Jannar 2014.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50.
(*) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.