Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22013D0229

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 229/2013 tat- 13 ta' Diċembru 2013 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 154, 22.5.2014, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/229(2)/oj

    22.5.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 154/28


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 229/2013

    tat-13 ta' Diċembru 2013

    li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 691/2010 tad-29 ta' Lulju 2010 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2096/2005 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru (1), kif ikkoreġut mill-ĠU L 229, 6.9.2011, p. 18, jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1216/2011 tal-24 ta' Novembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni Nru 691/2010 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għal servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru u funzjonijiet tan-netwerk (2) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (3)

    L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE hu emendat kif ġej:

    1.

    L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 66x (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2096/2005):

    “—

    32010 R 0691: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 691/2010 tad-29 ta' Lulju 2010 (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 1), kif ikkoreġut mill-ĠU L 229, 6.9.2011, p. 18.”

    2.

    Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 66x (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2096/2005):

    “66xa.

    32010 R 0691: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 691/2010 tad-29 ta' Lulju 2010 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2096/2005 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 1), kif ikkoreġut mill-ĠU L 229, 6.9.2011, p. 18, u kif emendat minn:

    32011 R 1216: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1216/2011 tal-24 ta' Novembru 2011 (ĠU L 310, 25.11.2011, p. 3).

    Ir-Regolament għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqara bl-adattamenti li ġejjin:

    (a)

    fl-Artikolu 3, il-kelma ‘Kummissjoni’ tinqara ‘Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA’.

    (b)

    fl-Artikolu 13(1), jiżdied dan il-paragrafu li ġej:

    ‘Jekk il-valutazzjoni tirrigwarda il-pjanijiet ta' prestazzjoni, li huma relatati ma' Stat Membru tal-UE jew aktar u ma' Stat tal-EFTA jew aktar, il-valutazzjoni ssir mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA fir-rigward tal-Istat(i) tal-EFTA u mill-Kummissjoni fir-rigward tal-Istat Membru/tal-Istati Membri tal-UE. Il-Kummissjoni u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, jikkooperaw f'dan ir-rigward bil-għan li jiġu adottati pożizzjonijiet identiċi.’

    (c)

    fl-Artikolu 14(1), jiżdied dan il-paragrafu li ġej:

    ‘Jekk il-valutazzjoni tirrigwarda il-miri ta' prestazzjoni, li huma relatati ma' Stat Membru tal-UE jew aktar u ma' Stat tal-EFTA jew aktar, il-valutazzjoni ssir mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA fir-rigward tal-Istat(i) tal-EFTA u mill-Kummissjoni fir-rigward tal-Istat Membru/tal-Istati Membri tal-UE. Il-Kummissjoni u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, jikkooperaw f'dan ir-rigward bil-għan li jiġu adottati pożizzjonijiet identiċi.’

    (d)

    fl-Artikolu 17(2), jiżdied dan il-paragrafu li ġej:

    ‘Jekk blokka ta' spazju tal-ajru funzjonali tkopri Stat Membru tal-UE jew aktar u Stat tal-EFTA jew aktar, il-kompiti u s-setgħat stabbiliti f'dan il-punt jitwettqu u jiġu eżerċitati mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA fir-rigward tal-Istat(i) tal-EFTA u mill-Kummissjoni fir-rigward tal-Istat Membru/tal-Istati Membri tal-UE. Il-Kummissjoni u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, jikkooperaw f'dan ir-rigward bil-għan li jiġu adottati pożizzjonijiet identiċi.’

    (e)

    fl-Artikolu 17(3), jiżdied dan il-paragrafu li ġej:

    ‘Meta l-pjanijiet u l-miri ta' prestazzjoni jkunu marbutin ma' Stat Membru tal-UE jew aktar u Stat tal-EFTA jew aktar, il-Kummissjoni u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA jikkooperaw flimkien bil-għan li jirrappurtaw b'mod konġunt lill-Kumitat dwar Ajru Uniku dwar x'leħqu l-miri ta' prestazzjoni’.”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (UE) Nru 691/2010 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1216/2011 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-14 ta' Diċembru 2013 dejjem jekk ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*), jew dak inhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 228/2013 tat-13 ta' Diċembru 2013 (3), skont liema jkun l-aktar tard.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2013.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Thórir IBSEN


    (1)  ĠU L 201, 3.8.2010, p. 1.

    (2)  ĠU L 310, 25.11.2011, p. 3.

    (*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

    (3)  Ara l-paġna 25 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali..


    Top