EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22013D0219

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 219/2013 tat- 13 ta' Diċembru 2013 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 154, 22.5.2014, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/219/oj

22.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 219/2013

tat-13 ta' Diċembru 2013

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/404/UE tal-25 ta' Lulju 2013 li tawtorizza lill-Ġermanja li tipprojbixxi l-użu ta' ċerti varjetajiet ta' qanneb elenkati fil-Katalogu Komuni ta' varjetajiet tal-ispeċijiet ta' pjanti agrikoli fuq it-territorju tagħha, skont id-Direttiva 2002/53/KE (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna leġiżlazzjoni rigward kwistjonijiet fitosanitarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet fitosanitarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(3)

L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Taħt l-intestatura “L-ATTI LI L-ISTATI TAL-EFTA U L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA GĦANDHOM IQISU KIF DOVUT”, jiddaħħal il-punt li ġej wara l-punt 83 (id-Deċiżjoni ta' Implementazzjoni tal-Kummissjoni 2012/340/UE) tal-Kapitolu III tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“84.

32013 D 0404: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/404/UE tal-25 ta' Lulju 2013 li tawtorizza lill-Ġermanja li tipprojbixxi l-użu ta' ċerti varjetajiet ta' qanneb elenkati fil-Katalogu Komuni ta' varjetajiet tal-ispeċijiet ta' pjanti agrikoli fuq it-territorju tagħha, skont id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE (ĠU L 202, 27.7.2013, p. 33).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/404/UE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jkunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-14 ta' Diċembru 2013, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Thórir IBSEN


(1)  ĠU L 202, 27.7.2013, p. 33.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top