EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22013D0101

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 101/2013 tat- 3 ta’ Mejju 2013 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet

ĠU L 291, 31.10.2013, p. 67–67 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 291, 31.10.2013, p. 51–51 (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/101(2)/oj

31.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 291/67


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 101/2013

tat-3 ta’ Mejju 2013

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u partikolarment l-Artikoli 86 u 98,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE sabiex tinkludi l-kooperazzjoni dwar il-moviment ħieles tal-ħaddiema, koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u miżuri għall-migranti, inklużi migranti minn pajjiżi terzi.

(2)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex ikun possibbli li dik il-kooperazzjoni estiża isseħħ mill-1 ta’ Jannar 2013,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-paragrafi 5 u 12 tal-Artikolu 5 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandhom jiġu emendati kif ġej:

Il-kliem “sena 2012” huma sostitwiti bi “snin 2012 u 2013”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2013.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Top